Konsultazzjoni pubblika

Reġjuni li qegħdin jikbru, Ewropa li qegħda tikber: Konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni ta’ l-UE

Merħba fil- homepage tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni ta’ l-UE. Din il-konsultazzjoni ġiet imnedija mill-Kummissarju Danuta Hübner fis-27 ta’ Settembru 2007 matul ir- "Raba’ Forum Ewropew dwar il-Koeżjoni". Timmira li tiġbor ideat u kontribuzzjonijiet fuq il-mistoqsija ta’ kif il-politika ta’ koeżjoni ta’ l-Unjoni għandha taddatta ruħha għall-isfidi l-ġodda u kif it-twassil tagħha għandu jitjieb sabiex fil-futur, l-impatt tagħha jiżdied kemm jista’ jkun.

Il-konsultazzjoni hija miftuħa sal-31 ta’ Jannar 2008. Huma mistennija kontribuzzjonijiet minn Stati Membri, reġjuni, bliet, istituzzjonijiet ta’ l-UE, imsieħba ekonomiċi u soċjali, akkademiċi u ċittadini. Għandhom ikunu bbażati fuq numru ta’ mistoqsijiet li kienu ppubblikati fir- Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali tal-Kummissjoni Ewropea u li huma elenkati hawnhekk.
Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq dan l-e-mail: consultation-cohesion@ec.europa.eu u għandu jkun hemm miktub ċar l-isem ta’ l-istituzzjoni inkluż id-dettalji ta’ kuntatt. Il-kontribuzzjonijiet kollha se jkunu magħmulin disponibbli għall-pubbliku.
Rapport dwar din il-konsultazzjoni sejjer jiġi ppreżentat fir-rebbiegħa ta’ l-2008, flimkien mal-Ħames Rapport dwar il-Progress tal-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali.