Gwida tal-Programm

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi essenzjali biex wieħed jifhem l-Erasmus+.

Il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jsibu d-dettalji sħaħ tal-opportunitajiet kollha appoġġjati minn Erasmus+.

Il-Gwida tal-Programm 2019 hi disponibbli wkoll f’verżjoni onlajn, b’format aktar sempliċi għall-użu u aċċessibbli biex ikun iktar faċli għal min jużaha biex isib l-informazzjoni.

Aqra l-Gwida tal-Programm Iddawnlowdja l-PDF

Dwar

X'inhi?

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+  (verżjoni 2 tinkorpora r-rettifika tal-15/01/2019) hi parti integrali tas-Sejħa Ġenerali għal Proposti ta’ Erasmus+ 2019.

L-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li qed ifittxu finanzjament fil-qafas ta’ din is-sejħa għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew f’din il-Gwida.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar:

  • il-prijoritajiet tal-programm,
  • l-azzjonijiet appoġġjati,
  • il-finanzjament disponibbli għal azzjonijiet differenti,
  • l-informazzjoni dettaljata dwar il-parteċipazzjoni.

Liema verżjonijiet lingwistiċi huma disponibbli?

Bħalissa, il-Gwida tal-Programm hi disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

bg cs da de et el en es fr it lv
lt hr hu mt nl pl pt ro sk sl fi
sv  


Fil-każ ta’ tifsiriet kunfliġġenti bejn il-verżjonijiet lingwistiċi, tipprevali l-verżjoni bl-Ingliż.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet onlajn lill-Aġenzija Nazzjonali, permezz tas-sit web tal-formoli ta’ Erasmus+, fil-pajjiż rilevanti jew lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Il-formoli ta' applikazzjoni onlajn tal-2019 u d-dokumenti relatati qed ikunu ppreparati bħalissa u se jkunu disponibbli fis-siti web jew tal-Aġenziji Nazzjonali jew tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, skont l-azzjonijiet ikkonċernati.

Individwi li jixtiequ japplikaw għandhom jikkuntattjaw l-organizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-istabbiliment edukattiv tagħhom.

Fejn tista' tiskopri aktar?

L-organizzazzjonijiet li qed ifittxu aktar informazzjoni dwar il-proċess jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Nazzjonali, l-Uffiċċju Nazzjonali jew l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura fi Brussell.

Fejn tista' ssib verżjonijiet preċedenti tal-gwida?

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2019 jinkludu:

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2018 jinkludu:

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2017 jinkludu:

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2016 jinkludu:

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2015 (li tapplika biss għas-Sejħa għal Proposti Erasmus+ 2015) jinsabu disponibbli hawnhekk:

Il-Gwida tal-Programm 2014 ukoll tinsab disponibbli għall-konsultazzjoni, iżda tapplika biss għas-Sejħa għal Proposti Erasmus+ 2014.

Aqsam din il-paġna