Erasmus+ Gwida tal-Programm 2019

Years:
2019
Type of document:
Dokument tal-programm

Din il-Gwida tal-Programm hija għodda għal kull min jixtieq ikollu informazzjoni dettaljata dwar il-Programm Erasmus+. Dan id-dokument jindirizza b'mod partikolari lil dawk li jixtiequ jkunu:

  • organizzazzjonijiet parteċipanti: jiġifieri dawk l-organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet jew entitajiet li jorganizzaw attivitajiet appoġġjati mill-Programm;
  • parteċipanti: jiġifieri dawk l-individwi (studenti, persuni f'taħriġ, apprendisti, studenti tfal, studenti adulti, żgħażagħ, voluntiera, jew professuri, għalliema, ħarrieġa, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, eċċ) involuti f'attivitajiet organizzati mill-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Kull sena, jiġu ppreżentati eluf ta' proġetti minn organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa sabiex jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Programm Erasmus+; għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni stabbiliet proċess ta' evalwazzjoni trasparenti bl-għan li jipprovdi għotjiet għall-aqwa proġetti:

  • għall-maġġoranza tal-Azzjonijiet, ir-regoli u l-kundizzjonijiet kollha biex jirċievu għotja mill-Programm huma speċifikati f'din il-Gwida tal-Programm;
  • għal xi Azzjonijiet oħra, li huma msemmijin biss f'din il-Gwida tal-Programm, ir-regoli u l-kundizzjonijiet biex jirċievu għotja huma deskritti f'sejħiet speċifiċi għal proposti ppubblikati minn jew f'isem il-Kummissjoni Ewropea.

Meta jippjanaw applikazzjoni, l-organizzazzjonijiet parteċipanti potenzjali jistgħu wkoll ikunu ispirati u infurmati minn dokumenti ta' referenza oħrajn; uħud minn dawn id-dokumenti huma elenkati fl-Anness IV ta' din il-Gwida.

Aqsam din il-paġna