Ftehim dwar it-Tagħlim

L-għan tal-Ftehim dwar it-Tagħlim hu li jipprovdi preparazzjoni trasparenti u effiċjenti tal-iskambju biex ikun żgurat li l-istudent jirċievi r-rikonoxximent għall-attivitajiet li jwettaq b'suċċess barra l-pajjiż. 

Il-Ftehim dwar it-Tagħlim jistabbilixxi l-programm tal-istudji jew it-traineeship li għandhom isiru barra l-pajjiż u hu approvat mill-istudent, l-istituzzjoni, l-organizzazzjoni jew l-intrapriża li qed tibgħat u dik li qed tirċievi, qabel il-bidu tal-iskambju.

Il-Ftehim dwar it-Tagħlim għandu jinkludi r-riżultati kollha tat-tagħlim li l-istudent hu mistenni jikseb matul l-iskambju.

Għall-mobilità ta' student għall-istudji, il-Ftehim dwar it-Tagħlim għandu jistipula l-grupp ta' komponenti edukattivi li se jiġu sostitwiti fil-lawrja tal-istudent hekk kif itemm b'suċċess il-programm tal-istudju barra l-pajjiż. Ara l-linji gwida hawn taħt.

Għall-mobilità tal-istudent għat-traineeships, il-Ftehim dwar it-Tagħlim għandu jistipula kif it-traineeship se jiġi rikonoxxut skont jekk hux se jkun validu għal-lawrja tal-istudent, jekk jittiħidx fuq bażi volontarja (mhux obbligatorju għal-lawrja) jew jekk hux qed jitwettaq minn gradwat reċenti. Ara l-linji gwida hawn taħt.

It-tliet partijiet li jiffirmaw il-Ftehim dwar it-Tagħlim jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-arranġamenti miftiehma, u b’hekk jiġi żgurat li l-istudent se jirċievi r-rikonoxximent għall-istudji jew it-traineeship barra l-pajjiż mingħajr rekwiżiti addizzjonali.

Aqsam din il-paġna