Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja

Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tipprovdi l-qafas ġenerali tal-kwalità għal attivitajiet ta' kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali li jistgħu jitwettqu minn istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja fi ħdan l-Erasmus+. L-għoti tal-ECHE hu prerekwiżit għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kollha li jinsabu f’Pajjiż tal-Programm u li jixtiequ jipparteċipaw fil-mobbiltà tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont l-Erasmus+.

Għall-għajnuna biex issaħħaħ il-konformità mal-ECHE tal-istituzzjoni tiegħek, ikkonsulta l-linji gwida tal-ECHE kif ukoll il-gwida ta’ monitoraġġ tal-ECHE.

Awtovalutazzjoni

Tixtieq tifhem kemm l-istituzzjoni tiegħek qed timplimenta tajjeb il-karta? Il-mexxejja tal-iskejjel jew il-koordinaturi tal-Erasmus+ jistgħu jużaw l-għodda ta’ awtovalutazzjoni tal-ECHE biex itejbu l-prestazzjoni tal-istituzzjoni tagħhom.

Ibda l-awtovalutazzjoni tiegħek

Għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu f'Pajjiżi Sħab, l-ECHE mhijiex meħtieġa, u l-qafas ta' kwalità se jiġi stabbilit permezz tal-ftehimiet interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. L-ECHE tingħata għat-tul sħiħ tal-programm Erasmus+ sal-perjodu 2020-2021.






Verżjonijiet lingwistiċi tal-Karta
BG CS DA DE EL EN
ES ET FI FR HR HU
IS IT LT MK MT PL
PT SL SV TR

Se ssir sejħa għal proposti għall-għoti ta’ ECHE fuq bażi annwali.

Hi disponibbli lista ta' istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li għandhom ECHE.

Aqsam din il-paġna