Mudell tal-formoli ta’ applikazzjoni

 

Nitolbuk tinnota li dawn id-dokumenti japplikaw għas-Sejħa għal Proposti 2019.

Id-dokumenti tal-2018, id-dokumenti tal-2017, id-dokumenti tal-2016, id-dokumenti tal-2015 u d-dokumenti tal-2014 ġew arkivjati.

Il-mudelli tal-formola ta' applikazzjoni elettronika huma disponibbli għall-konsultazzjoni biex jassistu fil-preparazzjonijiet għal applikazzjonijiet.

KA1 - Mobilità għat-tagħlim tal-Individwi

KA2 – Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

KA3 – Appoġġ għar-Riforma Politika

Azzjonijiet Jean Monnet:

Azzjonijiet tal-Isport:

Formoli mudell

Il-mudelli standard li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-formoli ta' applikazzjoni, b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Gwida tal-Programm għal kull azzjoni.

Azzjoni Ewlenija 1: Formola mudell għall-iskeda ta’ attivitajiet (skambji taż-żgħażagħ/mobilità ta’ ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ) li għandha tkun mehmuża mal-formola ta’ applikazzjoni għall-Mobilità taż-Żgħażagħ.

Azzjoni Ewlenija 3: Formola mudell għall-iskeda tal-attivitajiet li għandha tkun mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni għal Proġett ta' Djalogu maż-Żgħażagħ.

Mandati: Jekk applikabbli, l-organizzazzjonijiet sħab u l-membri tal-konsorzju għandhom jiffirmaw mandati li l-koordinatur hu awtorizzat li jaġixxi għan-nom tagħhom matul l-implimentazzjoni tal-proġett. Il-mandati għandhom ikunu mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni. Il-mandati jistgħu jkunu ddawlowdjati fil-formola ta’ applikazzjoni. Template tal-mandat hu disponibbli.

Dokumenti oħra ta’ appoġġ

Għall-appoġġ ta’ għotja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar fil-programm Erasmus+, id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-kalkulatur tad-distanza.

Jekk qed tapplika għall-mobilità tal-istudenti u tal-persuna tal-edukazzjoni għolja bejn Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Sħab, jekk jogħġbok iċċekkja X'għandek u x'ma għandikx tagħmel għall-applikanti tal-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja.

L-organizzazzjonijiet kollha li jieħdu sehem fi proġett għandhom ikunu reġistrati mal-Faċilità Unika ta’ Reġistrazzjoni (URF). L-organizzazzjonijiet għandhom jirreġistraw fil-URF permezz tal-Portal tal-Parteċipanti. Biex jirreġistraw fil-portal, l-utenti se jkollhom jiftħu kont ma’ EU Login. Fil-mistoqsijiet frekwenti tal-Portal, kif ukoll fil-Gwida tal-Utent hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar l-użu tal-portal.

 

Linji gwida ta’ kif jimtlew formoli tal-web u linji gwida li jispjegaw il-proċess tal-applikazzjoni fuq il-web.

Dokumenti addizzjonali tal-edukazzjoni għolja

Aqsam din il-paġna