Werrej
Fittex fil-gwida

Parti C - Informazzjoni għall-applikanti

Dawk l-organizzazzjonijiet kollha (inklużi gruppi informali) li beħsiebhom jissottomettu proposta ta' proġett sabiex jirċievu appoġġ finanzjarju mill-UE taħt il-Programm Erasmus+ huma mistiedna li jaqraw b'attenzjoni t-taqsima li hi abbozzata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju1 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem definit bħala r-"Regolament Finanzjarju tal-UE").

L-individwi mhumiex intitolati li jissottomettu proposti ta' proġett fil-qafas tal-Programm Erasmus+, ħlief għall-individwi li japplikaw f'isem ta' grupp ta' (tal-anqas erba') żgħażagħ attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ iżda mhux neċessarjament fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ (minn hawn 'il quddiem definita bħala "grupp informali ta' żgħażagħ").