Werrej
Fittex fil-gwida

X’għandek tagħmel sabiex tissottometti applikazzjoni tal-erasmus+?

Biex jissottomettu proġett Erasmus+, l-applikanti għandhom isegwu l-erba' passi deskritti hawn taħt:

  • Kull organizzazzjoni involuta fl-applikazzjoni għandha tkun irreġistra:
  • Għal azzjonijiet immaniġġjaati mill-Aġenzija Eżekuttiva, l-organizzazzjonijiet għandhom jirreġistraw fil-portal tal-opportunitajiet ta’ Finanzjamanet u Offerti u jirċievu Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC). Organizzazzjonijiet/gruppi li diġà kisbu PIC permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-UE oħrajn ma għandhomx għalfejn jirreġistraw mill-ġdid. Il-PIC miksub minn din ir-reġistrazzjoni preċedenti huwa validu wkoll għall-applikazzjoni taħt Erasmus+;
  • Għal azzjonijiet immaniġġjati minn Agenzi Nazzjonali, l-organizzazzjonijiet għandhom jirreġistraw permezz tas-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Erasmus+ u l-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej u jirċievu ID tal-Organizzazzjoni. L-organizzazzjonijiet li għandhom PIC u jkunu applikaw qabel għal finanzjament fil-programmi tal-Erasmus+ jew l-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej permezz tal-Aġenziji Nazzjonali ma għandhomx jirreġistraw mill-ġdid – huma jiġu assenjati ID tal-Organizzazzjoni awtomatikament.
  • jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tal-Programm għall-Azzjoni/qasam rilevanti;
  •  jivverifikaw il-kundizzjonijiet finanzjarji;
  • jimlew u jissottomettu l-formola ta' applikazzjoni.