Werrej
Fittex fil-gwida

PASS 1: IRREĠISTRA FIL-PORTAL TAL-ORGANIZZAZZJONI

L-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-applikazzjoni għandhom ikunu rreġistrati jekk ma jkunux għamlu dan diġà.
Biex tirreġistra fil-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti, il-persuna li tirrappreżenta organizzazzjoni (jew grupp informali ta' żgħażagħ) għandha twettaq il-passi li ġejjin:

L-organizzazzjoni/il-grupp iridu jirreġistraw darba biss. Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-organizzazzjoni/il-grupp jiksbu Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC). Il-PIC, li huwa identifikatur uniku u huwa neċessarju għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, jippermetti lill-organizzazzjoni/grupp sabiex jimla l-formoli tal-applikazzjoni b'mod sempliċi (jiġifieri billi jiddaħħal in-numru PIC fil-formola, l-informazzjoni kollha pprovduta mill-organizzazzjoni/grupp fil-fażi tar-reġistrazzjoni tintwera awtomatikament fil-formola).


AZZJONIJIET IMMANIĠĠJATI MILL-AĠENZIJI NAZZJONALI
Biex tirreġistra fis-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni ta’ Erasmus+ u tal-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej, il-persuna li tirrappreżenta organizzazzjoni (jew grupp informali ta' żgħażagħ) għandha twettaq il-passi li ġejjin:

L-organizzazzjoni/il-grupp iridu jirreġistraw darba biss. Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-organizzazzjoni/il-grupp jiksbu ID tal-Organizzazzjoni .
Organizzazzjonijiet li diġà kisbu PIC u qabel kienu applikaw għal finanzjament fil-programmi tal-Erasmus+ jew tal-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej permezz tal-Aġenziji Nazzjonali jiġu assenjati ID tal-Organizzazzjoni awtomatikament. Organizzazzjoni tista’ tivverifika l-ID tal-Organzzazzjoni tagħha jew tibdel xi informazzjoni marbuta magħha permezz tas-sisterma tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Erasmus+ u l-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej.

Bħal PIC, meta jiddaħħal l-ID tal-Organizzazzjoni fil-formola, l-informazzjoni kollha pprovduta mill-organizzazzjoni/grupp fil-fażi tar-reġistrazzjoni tintwera awtomatikament fil-formola.


PROVA TAL-ISTATUS LEGALI U L-KAPAĊITÀ FINANZJARJA

Bħala parti mill-proċess tar-reġistrazzjoni, l-organizzazzjonijiet għandhom ittellgħu wkoll id-dokumenti li ġejjin:

Għal għotjiet li jaqbżu EUR 60 000, l-applikanti jaf ikollhom bżonn ittellgħu dokumenti speċifiċi biex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. Għal aktar dettalji, ara l-għażla "Kriterji tal-Għażla" hawn taħt.

Għandha tiġi pprovduta l-Formola ta' Identifikazzjoni Finanzjarja biss għall-organizzazzjoni applikanti, iżda mhix meħtieġa għall-organizzazzjonijiet sħab.