Werrej
Fittex fil-gwida

Ammont tal-għotja

L-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni ma tfissirx impenn biex jingħata finanzjament daqs l-ammont mitlub mill-applikant. Il-finanzjament mitlub jista’ jitnaqqas abbażi tar-regoli ta’ finanzjament speċifiċi li japplikaw għal Azzjoni partikolari.

L-għoti ta’ għotja f’sensiela ta’ għażla partikolari ma jistabbilixxix intitolament għal sensieli sussegwenti.

Ta’ min jgħid li l-ammont tal-għotja previst mill-ftehim huwa massimu li ma jistax jiżdied, anki jekk il-benefiċjarju jitlob ammont ogħla.

Il-fondi ttrasferiti mill-Aġenzija Eżekuttiva jew l-Aġenzija Nazzjonali għandhom jiġu identifikati fil-kont jew is-sottokont indikat mill-benefiċjarju għall-ħlas tal-għotja.