Werrej
Fittex fil-gwida

Sottokuntrattar u għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist

Il-benefiċjarju jista’ jirrikorri għas-sottokuntrattar għal servizzi tekniċi speċifiċi li jeħtieġu ħiliet speċjalizzati (relatati mal-qasam legali, kontabilistiku, tat-taxxa, tar-riżorsi umani, tal-IT, eċċ.) jew kuntratti ta’ implimentazzjoni. Għalhekk, l-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarju għal dan it-tip ta’ servizzi jistgħu jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli sakemm ikunu jissodisfaw il-kriterji l-oħra kollha deskritti fil-ftehim ta’ għotja jew id-deċiżjoni ta’ għotja.

Meta l-implimentazzjoni tal-proġett tkun teħtieġ l-akkwist ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi (kuntratt ta’ implimentazzjoni), il-benefiċjarji jridu jagħtu l-kuntratt lill-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, jiġifieri l-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew, kif ikun xieraq lill-offerta bl-irħas prezz, filwaqt li jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interessi u li d-dokumentazzjoni tinżamm f’każ ta’ awditjar.

F’każ ta’ kuntratt ta’ implimentazzjoni li jaqbeż valur ta’ 60 000 EUR (jew 25 000 EUR għall-Bini tal-Kapaċità fl-azzjoni tal-edukazzjoni għolja), l-aġenzija Nazzjonali jew Eżekuttiva tista’ timponi regoli speċjali fuq il-benefiċjarju, flimkien ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu preċedenti. Dawk ir-regoli speċjali jkunu ppubblikati fuq il-websajts tal-Aġenziji Nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva.