Werrej
Fittex fil-gwida

Pubbliċità

Minbarra r-rekwiżiti rigward il-viżibbiltà tal-proġett u għat-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati tiegħu (li huma kriterji għall-għotja), hemm obbligu ta’ pubbliċità minima għal kull proġett aġġudikat.

Il-benefiċjarji għandhom jirrikonoxxu biċ-ċar l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-komunikazzjonijiet jew il-pubblikazzjonijiet kollha, f’kull forma jew b’kull mezz, inkluż l-Internet, jew fl-okkażjoni ta’ attivitajiet li għalihom tintuża l-għotja.

Dan irid isir skont id-dispożizzjonijiet inklużi fil-ftehim ta’ għotja jew id-deċiżjoni ta’ għotja. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux osservati għal kollox, l-għotja tal-benefiċjarju tista’ titnaqqas.

Jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida dwar it-Tixrid għall-benefiċjarji fl-Anness II ta’ din il-Gwida għal aktar rekwiżiti dwar il-viżibbiltà tal-proġett.