Werrej
Fittex fil-gwida

Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar

X'inhuma l-miri ta' Sħubija Kollaborattiva żgħira?

Is-Sħubijiet Kollaborattivi żgħar se jippermettu lill-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw u jsaħħu n-netwerks, iżidu l-kapaċità tagħhom biex joperaw fil-livell transnazzjonali, jiskambjaw prattiki tajba, jikkonfrontaw ideat u metodi fl-oqsma differenti relatati mal-isport u l-attività fiżika. IL-proġetti magħżula jistgħu wkoll jipproduċu riżultati tanġibbli u huma mistennija li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet tagħhom, għalkemm b'mod li huwa proporzjonali għall-għan u l-ambitu tal-proġett. Is-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar, inklużi b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, organizzazzjonijiet sportivi, organizzazzjonijiet relatati mal-isport u l-korpi edukattivi. Is-Sħubijiiet Kollaborattivi żgħar b'mod partikolari se jimmiraw li jiżguraw il-kontinwità tal-azzjonijiet preparatorji tal-2013 u huma, b'mod partikolari, proġetti immirati biex:

  • Iħeġġu l-inklużjoni soċjali u opportunitajiet ugwali fl-isport;
  • Jippromwovu l-isports u l-logħob tradizzjonali Ewropew;
  • Jappoġġjaw għall-mobilità ta' voluntiera, kowċis, maniġers u l-persunal ta' organizzazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ;
  • Jpproteġu l-atleti, speċjalment l-iżgħar fosthom, minn perikli għas-saħħa u s-sigurtà permezz tat-titjib tal-kundizzjonijiet tat-taħriġ u tal-kompetizzjoni;
  • Jippromwovu l-edukazzjoni fl-isport u permezz tal-isport u b'attenzjoni speċjali fuq l-iżvilupp tal-ħiliet.

Sħubijiiet kollaborattivi żgħar għandhom jippromwovu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' netwerks transnazzjonali fil-qasam tal-isport. L-UE b'hekk tkun tista' tipprovdi opportunitajiet għal koperazzjoni msaħħa fost il-partijiet interessati, li ma kienux jeżistu mingħajr l-azzjoni tal-UE Is-Sħubijiet Kollaborattivi żgħar għandhom irawmu sinerġija mal-politika lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali u bejniethom biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika u biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-isport.

Is-Sħubijiiet Kollaborattivi Żgħar għandhom jinkludu mill-inqas klabb sportiv lokali jew reġjonali wieħed.

Il-Kummissjoni, permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva tagħha, sejra twettaq rawnd wieħed ta' għażla tul is-sena.

Liema attivitajiet huma appoġġjati minn din l-Azzjoni?

Erasmus+ joffri flessibbiltà kbira f'termini ta' attivitajiet li s-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar jistgħu jimplimentaw, diment li proposta turi li dawn l-attivitajiet huma l-aktar xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ddefiniti għall-proġett. Is-Sħubijiet Kollaborattivi żgħar jistgħu ġeneralment ikopru firxa wiesgħa ta' attivitajiet, bħal pereżempju:

  • in-netwerking fost il-partijiet ikkonċernati;
  • il-promozzjoni, l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni ta' prassi tajba;
  • il-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' moduli u għodod edukattivi u ta' taħriġ;
  • attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar il-valur miżjud tal-isport u l-attività fiżika fir-rigward tal-iżvilupp personali, soċjali u professjonali tal-individwi;
  • konferenzi, seminars, laqgħat, avvenimenti u azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni li jsostnu l-attivitajiet imsemmija qabel.

Min jista’ jieħu sehem fi Sħubija Kollaborattiva Żgħira?

Is-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar huma miftuħa għal kwalunkwe tip ta' istituzzjoniijet pubbliċi jew organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-isport u l-attività fiżika. Skont l-objettiv tal-proġett, is-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar għandhom jinvolvu firxa ta' sħab xierqa u varjata sabiex jittieħed benefiċċju mill-esperjenzi, il-profili u l-għarfien espert differenti u biex jinħolqu riżultati rilevanti u ta' kwalità tal-proġetti.

Is-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar jimmiraw għall-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet stabbiliti fil-Pajjiżi tal-Programm.

Sħubija Kollaborattiva Żgħira għandha tkun magħmula minn:

  • Applikant/koordinatur: organizzazzjoni li tissottometti l-proposta għal proġett f'isem is-sħab kollha. Meta l-proġett jingħata għotja, l-applikant/koordinatur sejjer isir il-benefiċjarju ewlieni tal-għotja tal-UE u sejjer jiffirma ftehim ta' għotja lil benefiċjarji. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għal aktar informazzjoni dwar arranġamenti finanzjarji u kuntrattwali. Ir-rwol koordinattiv tiegħu jinkludi d-dmirijiet li ġejjin:
    • jirrappreżenta u jaġixxi f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti vis-à-vis il-Kummissjoni Ewropea,
    • jerfa' r-responsabbiltà finanzjarja u legali għall-implimentazzjoni operattiva, amministratittiva u finanzjarja xierqa tal-proġett kollu;
    • jikkoordina s-Sħubija Kollaborattiva b'kooperazzjoni mas-sħab l-oħra kollha fil-proġett.
    • jirċievi l-appoġġ finanzjarju tal-UE mill-Programm Erasmus+ u huwa responsabbli għad-distribuzzjoni tal-fondi fost is-sħab involuti fil-proġett.
  • sieħba: organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tas-Sħubija Kollaborattiva Żgħira.

X’inhuma l-kriterji użati biex tiġi vvalutata Sħubija Kollaborattiva Żgħira?

Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi l-kriterji formali li Proġett Kollaborattiv Żgħir għandu jħares sabiex ikun eliġibbli għal għotja Erasmus+:

Kriterji tal-Eliġibbiltà

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Kwalunkwe organizzazzjoni jew korp pubbliku attivi fil-qasam tal-isport, stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm jew f'Pajjiż Sieħeb tad-dinja (ara t-taqsima "Pajjiżi Eliġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida).

Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun (lista mhux eżawrjenti):

  • korp pubbliku li jieħu ħsieb l-isport fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • Kumitat Olimpiku Nazzjonali jew konfederazzjoni Nazzjonali tal-Isport;
  • organizzazzjoni tal-isport fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • kampjonat sportiv nazzjonali;
  • klabb tal-isport;
  • organizzazzjoni jew għaqda li tirrappreżenta l-atleti;
  • organizzazzjonijiet jew għaqdiet li jirrappreżentaw il-professjonisti u l-voluntiera fl-isport (bħal kowċis, maniġers, eċċ);
  • organizzazzjoni li tirrappreżenta l-moviment 'sport għal kulħadd';
  • organizzazzjoni attiva fil-qasam tal-promozzjoni tal-attività fiżika;
  • organizzazzjoni li tirrappreżenta s-settur tad-divertiment attiv;

Min jista’ japplika?

L-applikant jista’ jkun kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f’Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f’isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

Sħubija Kollaborattiva Żgħira hija transnazzjonali u tinvolvi tal-inqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet Pajjiżi tal-Programm differenti. Ma hemm ebda numru massimu ta’ sħab. Madankollu, il-baġit għall-ispejjeż amministrattivi u ta’ implimentazzjoni tal-proġett għandu massimu (u ekwivalenti għal 5 sħab). L-organizzazzjonijiet sħab kollha għandhom jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja.

Durata tal-proġett

Minn 12-il xahar sa 24 xahar. Id-durata għandha tintgħażel fl-istadju ta’ applikazzjoni (12, 18, jew 24 xahar), abbażi tal-objettiv tal-proġett u t-tip ta’ attivitajiet previsti maż-żmien.

Post(ijiet) tal-attività

L-attivitajiet għandhom jiġu organizzati fil-pajjiżi (wieħed jew aktar) tal-organizzazzjonijiet involuti fl-Isħubija Kollaborattiva Żgħira.

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta napplika?

Għall-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sat-2 ta April fil-17:00 (ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

Kif napplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta’ din il-Gwida għal aktar dettalji dwar kif għandek tapplika.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

Kriterji tal-għoti

F’dawn il-kategoriji, il-proġett sejrin jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevenza tal-proġett

(massimu 30 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal:
    • l-objettivi tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-isport;
    • l-objettivi u l-prijoritajiet ta' din l-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' Sħubija Kollaborattiva").
  • Kemm:
    • il-proposta hija bbażata fuq analiżi ġenwina u xierqa tal-bżonnijiet;
    • l-objettivi huma ddefiniti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-gruppi fil-mira;
    • il-proposta hija innovattiva u/jew komplimentari għal inizjattivi oħra li diġà twettqu mill-organizzazzjonijiet parteċipanti;
    • il-proposta ġġib valur miżjud fil-livell tal-UE permezz ta' riżultati li ma kinux jinkisbu minn attivitajiet imwettqa unikament f'pajjiż wieħed waħdu.

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett

(massimu ta’ 20 punt)

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid;
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett, il-metodoloġija, l-attivitajiet u l-baġit propost;
  • Il-kwalità u l-fattibbiltà tal-metodoloġija proposta;
  • L-eżistenza u l-kwalità tal-arranġamenti ta' ġestjoni (l-iskedi ta' żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma ddefiniti sew u realistiċi);
  • L-eżistenza u r-rilevanza tal-miżuri ta' kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġett hija ta' kwalità, titlesta fil-ħin u skont il-baġit;
  • Kemm il-proġett huwa kosteffettiv u jalloka riżorsi xierqa għal kull attività.

Il-kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta’ koperazzjoni

(massimu 20 punt)

  • Kemm:
    • fejn ikun xieraq, il-proġett jinvolvi taħlita xierqa ta' organizzazzjonijiet parteċipanti komplimentari bil-profil, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa biex jitlestew b'suċċess l-aspetti kollha tal-proġett, inkluż il-profil meħtieġ u l-għarfien espert tal-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tal-politika u tal-prattika sportiva;
    • id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-kompiti turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha;
    • Jekk ikun applikabbli, il-punt sa liema l-involviment ta' organizzazzjoni parteċipanti minn Pajjiż Sieħeb iġib valur miżjud għall-proġett.

Impatt u tixrid

(massimu 30 punt)

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-proġett
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li ħadu sehem direttament fil-proġett, f'livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej
  • Il-kwalità tal-pjan ta' tixrid: l-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn il-kondiviżjoni tar-riżultati tal-proġett fi ħdan l-organizzazzjonijiet parteċipanti u barra minnhom;
  • Jekk ikun rilevanti, kemm il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-midja prodotti ser jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas u jiġu promossi permezz ta' liċenzji miftuħa, u ma jkunx fihom limitazzjonijiet mhux proporzjonati;
  • Il-kwalità tal-pjanijiet biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-proġett: il-kapaċita tiegħu li jibqa' jkollu impatt u jipproduċi riżultati wara li tkun intużat l-għotja tal-UE.

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji għall-għotjiet imsemmija hawn fuq (jiġifieri tal-inqas 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 10 punti għall-kategoriji "kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni" u "kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni").

X’inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett irid jiġi abbozzat skont ir-regoli ta’ finanzjament li ġejjin (f’euro):

Għotja massima mogħtija għas-Sħubijiiet Kollaborattivi Żgħar: 60 000 EUR

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Ġestjoni u implimentazzjoni tal-proġett

Il-ġestjoni tal-proġett (eż. l-ippjanar, il-finanzi, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn is-sħab, eċċ.); materjali, għodod, approċċi eċċ ta’ tagħlim/taħriġ fuq skala żgħira. Kooperazzjoni virtwali u attivitajiet ta’ proġetti lokali; informazzjoni, promozzjoni u tixrid (eż. opuskoli, fuljetti, informazzjoni fuq il-web, eċċ.).

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal kull unità

Kontribuzzjoni għallattivitajiet ta' organizzazzjoni ta' koordinazzjoni:

EUR 500 fix-xahar

Massimu ta' EUR 1.500 fix-xahar

Abbażi tad-durata tas-Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar u abbażi tan-numru ta’ organizzazzjonijiet involuti

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal kull unità

Kontribuzzjoni għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti l-oħra:
250 EUR għal kull organizzazzjoni fix-xahar

Laqgħat dwar il-proġetti transnazzjonali

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat bejn is-sħab tal-proġett u ospitati mill-organizzazzjonijiet parteċipanti għal finijiet ta’ implimentazzjoni u koordinazzjoni. Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal kull unità

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 1999 KM:
575 EUR għal kull parteċipant għal kull laqgħa

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 KM jew iktar:
760 EUR għal kull parteċipant għal kull laqgħa

Kundizzjonali: l-applikanti jridu jiġġustifikaw il-ħtieġa għal-laqgħat f’termini ta’ numru ta’ laqgħat u parteċipanti involuti. Id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-kalkolatur appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea. Id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-kalkolatur tad-distanza appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Spejjeż eċċezzjonali

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż reali relatati mas-sottokuntrattar jew ix-xiri ta' prodotti jew servizzi

Spejjeż reali

80% tal-ispejjeż eleġibbli
Massimu ta’ 10.000 EUR għal kull proġett (esklużi spejjeż għall-għoti ta’ garanzija finanzjarja)

Kundizzjonali: is-sottokuntrattar għandu jkun relatat ma’ servizzi li ma jistgħux jiġu pprovduti direttament mill-organizzazzjonijiet parteċipanti għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq. It-tagħmir ma jistax jikkonċerna tagħmir tal-uffiċċju normali jew tagħmir li normalment jintuża mill-organizzazzjonijiet parteċipanti