Werrej
Fittex fil-gwida

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

X'inhuma l-miri ta' avveniment sportiv ewropew mingħajr skop ta' qligħ?

Din l-Azzjoni għandha l-għan li tappoġġja

  • Il-volontarjat fl-isport;
  • L-inklużjoni soċjali permezz tal-isport;
  • L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport;
  • L-Attività Fiżika Favur is-Saħħa;
  • L-implimentazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Il-Kummissjoni, permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva tagħha, se twettaq rawnd wieħed ta’ għażla tul is-sena.

Fi ħdan l-avvenimenti sportivi Ewropej mhux għall-profitt, l-allokazzjoni indikattiva għal kategoriji differenti se tkun kif ġej:

  • madwar 30% għal avvenimenti biex tiġi implimentata l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport;
  • madwar 70% għall-avvenimenti mhux marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport (eż relatati mal-volontarjat fl-isport, l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport, l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, l-attività fiżika favur is-saħħa).

Għandhom jintagħżlu madwar erba' avvenimenti għall-implimentazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Huma għandhom jiffokaw fuq it-temi identifikati għall-implimentazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport (jiġifieri: l-edukazzjoni, il-post tax-xogħol, attivitajiet ta' barra, klabbs sportivi u ċentri ta' fitness.

Għandhom jintgħażlu madwar tmien avvenimenti mhux marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Fejn jidħlu t-temi msemmija hawn fuq (jiġifieri l-volontarjat, l-inklużjoni soċjali, il-ġeneru, l-HEPA), mill-inqas avveniment wieħed għandu jiffoka fuq id-dimensjoni esterna tal-isport (eż id-diplomazija tal-isport) u mill-inqas avveniment wieħed għandu jiffoka fuq ir-rwol tal-isport tal-massa fl-appoġġ tal-għanijiet ta' din l-azzjoni (il-volontarjat fl-isport, l-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport, l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, l-attività fiżika favur is-saħħa).

Għandha tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-avvenimenti kollha u titħeġġeġ il-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Sħab.

X'inhu avveniment sportiv ewropew mingħajr skop ta' qligħ?

Din l-Azzjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-

  • organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi madwar l-Ewropa organizzati f'Pajjiż tal-Programm wieħed;
  • avvenimenti nazzjonali - organizzati fl-istess ħin f'diversi Pajjiżi tal-Programm minn organizzazzjonijiet jew korpi pubbliċi attivi fil-qasam tal-isport.

Ir-riżultati mistennija ta' dawn l-avvenimenti huma:

  • żieda fl-għarfien fir-rigward tar-rwol tal-isport fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika tajba għas-saħħa;
  • żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport, l-attività fiżika u l-attività volontarja.

Liema Attivitajiet huma appoġġjati minn din l-Azzjoni?

L-appoġġ għall-avvenimenti se jimplika l-għoti ta’ għotjiet mill-UE lil organizzazzjonijiet individwali li jieħdu ħsieb it-tħejjija, l-organizzazzjoni u s-segwitu ta’ avveniment partikolari. L-attivitajiet standard li ġejjin se jkunu appoġġjati minn din l-Azzjoni (lista mhux eżawrjenti):

  • it-tħejjija tal-avveniment;
  • l-organizzazzjoni ta' attivitajiet edukattivi għal atleti, kowċis, organizzaturi u voluntiera fit-tħejjija għall-avveniment;
  • l-organizzazzjoni tal-avveniment;
  • l-organizzazzjoni ta' avvenimenti sekondarji għall-avveniment sportiv (konferenzi, seminars);
  • l-implimentazzjoni ta' attivitajiet istituzzjonali (evalwazzjonijiet, abbozzar ta' pjanijiet futuri);
  • attivitajiet ta' komunikazzjoni relatati mas-suġġett tal-avveniment.

Liema attivitajiet mhumiex appoġġjati minn din l-azzjoni?

  • Il-kompetizzjonijiet tal-isport organizzati mill-federazzjonijiet/kampjonati internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali fuq bażi regolari;
  • Kompetizzjonijiet sportivi professjonali.

X’inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat avveniment sportiv Ewropew mingħajr skop ta’ qligħ?

Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi l-kriterji formali li avveniment tal-isport Ewropew mingħajr skop ta’ qligħ għandu jħares sabiex ikun eleġibbli għal għotja Erasmus+:

Kriterji tal-Eleġibilità

Min jista' japplika?

Kwalunkwe korp pubbliku jew organizzazzjoni attivi fil-qasam tal-isport, stabbilita f'Pajjiż tal-Programm. Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun (lista mhux eżawrjenti):

  • korp pubbliku li jieħu ħsieb l-isport fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • organizzazzjoni sportiva fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali;
  • il-koordinatur ta' avveniment nazzjonali organizzat fil-qafas ta' avveniment Ewropej fil-qasam tal-isport.

Avvenimenti eleġibbli u parteċipanti

Avvenimenti sportivi minn madwar l-Ewropa kollha organizzati f'pajjiż wieħed għandhom jinvolvu parteċipanti għall-avveniment minn għall-inqas 10-il Pajjiż tal-Programm differenti.

JEW

Avvenimenti sportivi organizzati simultanjament f'diversi Pajjiżi tal-Programm għandhom jinvolvu parteċipanti għall-avveniment minn għall-inqas 10-il Pajjiż tal-Programm differenti. Din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata diment li dawn il-parteċipanti jkunu involuti fl-avvenimenti meqjusa fit-totalità tagħhom.

L-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha għandhom jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja.

Tul ta’ żmien tal-proġett

Sa sena (mit-tħejjija tal-avveniment sas-segwitu tiegħu).

Dati tal-avveniment

L-avveniment għandu jseħħ matul is-sena ta’ wara (kwalunkwe żmien sal-31 ta’ Ottubru).

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja sat-2 ta' April fil-17:00 (ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta’ Novembru tal-istess sena.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta’ din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

Kriterji tal-għotja

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett

(massimu ta' 30 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal:
    • l-objettivi tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-isport;
    • l-objettivi u l-prijoritajiet ta' din l-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' avveniment sportiv Ewropew mingħajr skop ta' qligħ?" ).
  • Kemm:
    • il-proposta hija bbażata fuq analiżi ġenwina u xierqa tal-bżonnijiet;
    • l-objettivi huma ddefiniti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-gruppi fil-mira;
    • il-proposta hija innovattiva u/jew komplimentari għal inizjattivi oħra li diġà twettqu mill-organizzazzjonijiet parteċipanti;
  • il-proposta ġġib valur miżjud fil-livell tal-UE permezz ta' riżultati li ma kinux jinkisbu minn attivitajiet imwettqa unikament f'pajjiż wieħed waħdu.

Kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett

(massimu ta' 40 punt)

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid;
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett, il-metodoloġija, l-attivitajiet u l-baġit propost;
  • Il-kwalità u l-fattibbiltà tal-metodoloġija proposta;
  • L-eżistenza u l-kwalità tal-arranġamenti ta' ġestjoni (l-iskedi ta' żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma ddefiniti sew u realistiċi);
  • L-eżistenza u r-rilevanza tal-miżuri ta' kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġett hija ta' kwalità, titlesta fil-ħin u skont il-baġit;
  • Kemm il-proġett huwa kosteffettiv u jalloka riżorsi xierqa għal kull attività.

Impatt u tixrid (massimu ta’ 30 punt)

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-proġett
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li ħadu sehem direttament fil-proġett, f'livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej
  • Il-kwalità tal-pjan ta' tixrid: l-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn il-kondiviżjoni tar-riżultati tal-proġett fi ħdan l-organizzazzjonijiet parteċipanti u barra minnhom;
  • Il-kwalità tal-miżuri biex tiġi żgurata l-viżibbiltà u l-kopertura tal-avveniment u tal-appoġġ tal-UE.

Biex jiġu kkunsidrati għal finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji tal-għotja msemmija hawn fuq (jiġifieri tal-inqas 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 20 punt għall-kategorija “kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett”)

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett irid jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f’euro):

Spejjeż eleġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola ta’ allokazzjoni

Spejjeż tal-attività

Spejjeż marbutin direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet komplimentari tal-proġett, inkluż:

Spejjeż diretti eliġibbli:

  • Persunal
  • Vjaġġi u sussistenza
  • Tagħmir
  • Affarijiet konsumabbli u provvisti
  • Sottokuntrattar
  • Dazji, taxxi u imposti
  • Spejjeż oħrajn

Spejjeż indiretti:

Ammont b'rata fissa, li ma jaqbiżx is-7% tal-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett, hu eliġibbli taħt l-ispejjeż indiretti, u jirrappreżenta l-ispejjeż amministrattivi ġenerali tal-benefiċjarju li mhumiex diġà koperti bl-ispejjeż diretti eliġibbli (eż. kontijiet tad-dawl jew tal-Internet, spejjeż tal-post, eċċ) iżda li jistgħu jitqiesu bħala debitabbli lill-proġett.

Spejjeż reali

L-għotja massima mogħtija:

  • Għall-avvenimenti sportivi Ewropej li ma għandhomx skop ta' qligħ organizzati matul il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport: EUR 300,000

  • Għall-avvenimenti sportivi Ewropej li ma għandhomx skop ta' qligħ mhux relatati mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport:

massimu ta' EUR 500 000

Massimu ta' 80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

Kundizzjonali: il-baġit mitlub huwa ġġustifikat fir-rigward tal-attivitajiet ippjanati.