Werrej
Fittex fil-gwida

Azzjoni ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika

L-attivitajiet b’appoġġ għar-riforma politika huma mmirati lejn l-ilħuq tal-miri tal-aġendi tal-politika Ewropej, b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020, tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) u tal-Istrateġija Ewropea dwar iż-Żgħażagħ.

Liema azzjonijiet huma appoġġati?

L-attivitajiet b'appoġġ għar-riforma politika huma mmirati lejn l-ilħuq tal-miri tal-aġendi tal-politika Ewropej, b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020, tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) u tal-Istrateġija Ewropea dwar iż-Żgħażagħ.

Liema azzjonijiet huma appoġġati?

L-azzjoni li ġejja hija implimentata permezz tal-Gwida tal-Programm:

  • Proġetti ta' Djalogu maż-żgħażagħ.

Din il-Parti B tal-Gwida tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar il-kriterji u r-regoli ta' finanzjament li japplikaw għal din l-Azzjoni.

Barra minn hekk, l-Azzjoni Ewlenija 3 tkopri bosta Azzjonijiet oħra b'appoġġ għar-riforma politika fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ li huma implimentati direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew permezz ta' sejħiet speċifiċi għall-proposti mmexxija mill-Aġenzija Eżekuttiva. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenżija Eżekuttiva u l-Aġenziji Nazzjonali. Deskrizzjoni fil-qosor ta' dawn l-Azzjonijiet hija mogħtija hawn taħt.

Għarfien fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, li jinvolvi l-ġbir, l-analiżi u t-tagħlim bejn il-pari. B'mod partikolari:

  • għarfien tematiku u speċifiku għall-pajjiż, studji dwar kwistjonijiet u riformi politiċi, inkluż l-attivitajiet imwettqa min-netwerk Eurydice u l-korrispondenti tal-Wiki taż-Żgħażagħ;;
  • appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Erasmus+ fl-istħarriġ Ewropew/internazzjonali mmirat lejn is-sorveljanza ta' xejriet u żviluppi speċifiċi, inkluż l-evoluzzjoni tal-kompetenzi lingwistiċi fl-Ewropa;
  • Avvenimenti, konferenzi u laqgħat ta' livell għoli tal-Presidenza tal-UE;
  • skambji ta' esperjenza u prattika tajba u reviżjoni bejn il-pari;
  • appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Metodi Miftuħa ta' Koordinazzjoni.

Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika mmirati biex jiġu żviluppati politiki ġodda jew titħejja l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn jinkludu sejħiet speċifiċi għal proposti ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva dwar: a) esperimenti fil-politika Ewropea, immexxija minn awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli u li jinvolvu provi fuq il-post dwar il-miżuri tal-politika f’diversi pajjiżi abbażi ta’ metodi ta’ evalwazzjoni sodi. b) proġetti ta’ kooperazzjoni li jħarsu ’l quddiem għall-iżvilupp ta’ politiki innovattivi;

Appoġġ għal għodod Ewropej ta’ politika, b’mod partikolari:

  • L-għodod ta’ trasparenza (ħiliet u kwalifiki), biex jitħaffu t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta’ krediti, titrawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità, tiġi appoġġjata l-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. Din l-Azzjoni sejra tinkludi wkoll netwerks li jipprovdu appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-għodod;
  • Tagħrif fuq il-ħiliet għall-iżvilupp u l-appoġġ tal-għodod Ewropej bħall-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE - pjattaforma onlajn;
  • Netwerks li jappoġġjaw oqsma ta’ politika speċifiċi bħal-litteriżmu u t-tagħlim tal-adulti, kif ukoll ħidma maż-żgħażagħ u l-informazzjoni għaż-żgħażagħ (SALTO u Eurodesk);
  • Għodod ta’ edukazzjoni għolja ddedikati - l-iżvilupp u l-appoġġ għal għodod bħal U-Multirank, appoġġ għall-Proċess ta’ Bologna jew għad-dimensjoni esterna tal-edukazzjoni għolja; it-timijiet nazzjonali ta’ Esperti fir-Rifoma tal-Edukazzjoni Għolja fil-lokal u t-tkabbir, kif ukoll ir-Russja u l-Asja Ċentrali;
  • Għodod ta’ ETV għall-implimentazzjoni tal-Karta tal-Mobilità tal-ETV, biex jiżdied il-livell ta’ kwalità tal-mobilità organizzata, u biex jiġu appoġġjati l-Awtoritajiet Nazzjonali fuq l-apprendistati biex tiżdied il-kwalità u l-appoġġ tal-apprendistati madwar l-Ewropa kollha.

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa. Din l-Azzjoni sejra tħeġġeġ ukoll id-djalogu politiku mal-Pajjiżi Sħab kif ukoll il-promozzjoni tal-attraenza internazzjonali tal-edukazzjoni għolja Ewropea fid-dinja. Sejra tappoġġja wkoll in-netwerk tal-Esperti fir-Riforma tal-Edukazzjoni Għolja fil-Pajjiżi Sħab ġirien tal-UE u l-assoċjazzjonijiet internazzjonali tal-alunni.

Id-djalogu bejn il-partijiet interessati, il-politika u l-promozzjoni tal-Programm, inkluż:

  • Il-Kooperazzjoni bejn is-Soċjetà Ċivili li tappoġġja l-NGOs Ewropej u n-netwerks ta’ madwar l-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ permezz ta’ sejħa speċifika għal proposti ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva;
  • avvenimenti pubbliċi, laqgħat, dibattiti u konsultazzjonijiet ma’ dawk li jfasslu l-politiki u l-partijiet interessati dwar kwistjonijiet politiċi rilevanti (bħall-Forum dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ jew il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ);
  • Djalogu fil-qasam taż-żgħażagħ, inkluż l-appoġġ għall-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali kif ukoll laqgħat li jippromwovu d-djalogu bejn iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika (ara t-taqsima ta' hawn taħt);
  • attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni u tixrid dwar ir-riżultati u l-prijoritajiet ta’ politika, il-Programm Erasmus+, ir-riżultati tiegħu u s-sinerġiji potenzjali tiegħu ma’ programmi oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

L-Azzjonijiet implimentati permezz ta’ din l-Azzjoni Ewlenija għandhom l-għan li:

  • itejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-ekwità tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ u l-politiki taż-żgħażagħ permezz tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni.
  • jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż li jirriżultaw mis-Semestri Ewropej;
  • jippromwovu l-kooperazzjoni transnazzjonali u t-tagħlim reċiproku bejn awtoritajiet kompetenti fl-ogħla livell politiku sabiex jittejbu s-sistemi, l-istrutturi u l-proċessi;
  • jiżviluppaw l-għarfien u l-kapaċità analitika biex tiġi appoġġjata l-politika bbażata fuq l-evidenza taħt il-qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020), l-Istrateġija Ewropea dwar iż-Żgħażagħ u aġendi ta’ politika speċifiċi bħall-proċessi ta’ Bologna u Kopenħagen;
  • iqiegħdu għad-dispożizzjoni dejta internazzjonali komparattiva soda u analiżijiet sekondarji xierqa għal dawk li jfasslu l-politika fil-livell Ewropew u nazzjonali, billi jiffaċilitaw il-ġbir u l-analiżi ta’ evidenza sostantiva biex tiġi vvalutata u ssorveljata l-implimentazzjoni ta’ politiki innovattivi u biex jitħeġġu t-trasferibbiltà u l-modularità;
  • jappoġġjaw in-netwerks Ewropej u jimplimentaw għodod li jrawmu t-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ ħiliet u kwalifiki miksuba permezz ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali,
  • jappoġġjaw l-involviment attiv tan-netwerks tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-politika;
  • jappoġġjaw il-mekkaniżmi tad-Djalogu maż-żgħażagħ u jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja demokratika
  • jappoġġjaw skambji ta’ prassi tajba, djalogu, għarfien reċiproku u kooperazzjoni fost dawk li jfasslu l-politika, il-prattikanti u l-partijiet interessati minn Pajjiżi Sħab u tal-Programm;
  • iqajmu kuxjenza dwar ir-riżultati tal-politiki Ewropej u tal-Programm Erasmus+ u jiffaċilitaw l-isfruttament tagħhom fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. Itejbu il-viżibbiltà u l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja Ewropea madwar id-dinja;
  • irawmu s-sinerġiji ma’ programmi oħra tal-UE, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, kif ukoll mal-iskemi ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali jew reġjonali.