Werrej
Fittex fil-gwida

Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

X'INHUMA L-GĦANIJIET U L-PRIJORITAJIET TAS-SĦUBIJIET STRATEĠIĊI?

Is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom l-għan li jappoġġjaw l-iżvilupp, it-trasferiment u/jew l-implimentazzjoni ta' prattiki innovattivi kif ukoll l-implimentazzjoni ta' inizjattivi konġunti li jippromwovu l-kooperazzjoni, it-tagħlim bejn il-pari u l-iskambji ta' esperjenza fil-livell Ewropew.

Il-proġetti jistgħu jkunu ta' żewġ tipi, skont l-objettivi u l-kompożizzjoni tas-Sħubija Strateġika:

  • Sħubijiet Strateġiċi li jappoġġjaw l-innovazzjoni:

Il-proġetti huma mistennija li jiżviluppaw ħruġ innovattivi, u/jew jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' tixrid u sfruttament intensivi ta' prodotti eżistenti u li għadhom kif ġew prodotti jew ideat innovattivi. L-applikanti għandhom il-possibbiltà li jitolbu baġit iddedikat għall-Ħruġ Intelletwali u l-Avvenimenti Multiplikaturi sabiex tingħata tweġiba b'mod dirett għall-aspett ta' innovazzjoni tal-Azzjoni. Dawn it-tipi ta' proġetti huma miftuħa għall-oqsma kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

  • Sħubijiet Strateġiċi li jappoġġjaw l-iskambju ta' prattiki tajbin:

L-għan primarju hu li l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiżviluppaw u jsaħħu n-netwerks, iżidu l-kapaċità tagħhom biex joperaw fuq livell transnazzjonali, jaqsmu u jikkonfrontaw ideat, prattiki u metodi. Il-proġetti magħżula jistgħu wkoll jipproduċu ħruġ tanġibbli u huma mistennija li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet tagħhom, għalkemm b'mod li hu proporzjonali għall-għan u l-ambitu tal-proġett. Dawn ir-riżultati u l-attivitajiet se jkunu kofinanzjati mill-baġit standard għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-proġett. Is-Sħubijiiet Strateġiċi rilevanti għall-qasam tal-edukazzjoni għolja mhux se jappoġġjaw dawn it-tipi ta' proġetti Barra minn hekk, xi formati ta' Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jitwettqu taħt dawn it-tipi ta' sħubijiet:

  • Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel: Skejjel biss jistgħu jipparteċipaw f'dawn it-tipi ta' Sħubijiet Strateġiċi. Il-proġetti jistgħu jużaw opportunitajiet ta' mobilità għat-tfal tal-iskola u persunal biex jgħinu l-iskejjel parteċipanti jiżviluppaw bħala organizzazzjonijiet u jżidu l-kapaċità tagħhom li jaħdmu fi proġetti internazzjonali. Barra dan, it-tgħaqqid tal-mobilità u l-iskambji fiżiċi ma’ kooperazzjoni virtwali permezz tal-Ġemellaġġ elettroniku huwa mħeġġeġ bis-sħiħ.
  • Inizjattivi Transnazzjonali taż-Żgħażagħ: Dawn is-Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom l-għan li jrawmu l-impenn soċjali u l-ispirtu intraprenditorjali taż-żgħażagħ. Il-karatteristika distintiva ta' dan il-format ta' Sħubijiet Strateġiċi hu li Inizjattiva taż-Żgħażagħ tinbeda, tiġi stabbilita u titwettaq miż-żgħażagħ infushom.

Aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' dawn il-formati ta' proġetti speċifiċi jistgħu jinstabu taħt it-taqsima "Formati Speċifiċi ta' Sħubijiet Strateġiċi"

Irrispettivament mill-qasam milqut mill-proġett, is-Sħubijiet Strateġiċi huma miftuħin għal kwalunkwe tip ta' organizzazzjoni attiva fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jew setturi soċjoekonomiċi oħrajn kif ukoll għal organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet mifruxa f'oqsma differenti (eż. awtoritajiet lokali u reġjonali, ċentri ta' rikonoxximent u validazzjoni, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet kummerċjali, ċentri ta' gwida, organizzazzjonijiet kulturali). Skont il-prijorità u l-għanijiet indirizzati mill-proġett, is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom jinvolvu l-firxa l-aktar adegwata u varjata ta' sħab biex jibbenefikaw mill-esperjenzi, il-profili u l-ħila speċifika differenti tagħhom u biex jipproduċu riżultati tal-proġett rilevanti u ta' kwalità għolja.

Biex ikunu ffinanzjati, is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom jindirizzaw jew a) tal-anqas prijorità orizzontali waħda jew b) tal-anqas prijorità speċifika waħda rilevanti għall-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ li hi l-aktar milquta, kif deskritt hawn taħt. Fost dawn il-prijoritajiet, l-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jagħtu aktar attenzjoni lil dawk li huma speċjalment rilevanti fil-kuntest nazzjonali tagħhom ("Prijoritajiet Ewropej fil-kuntest nazzjonali"). L-Aġenziji Nazzjonali għandhom jinfurmaw kif xieraq lill-applikanti potenzjali permezz tas-siti web uffiċjali tagħhom.

Prijoritajiet orizzontali

  • Opportunitajiet t’appoġġ għal kulħadd biex jiġu akkwistati u żviluppati l-kompetenzi ewlenin, inklużi ħiliet bażiċi: Sabiex jitrawmu l-impjegabbiltà, l-edukazzjoni soċjali u l-iżvilupp personali, kif ukoll il-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika u soċjali. Se tingħata prijorità lil proġetti li jappoġġjaw u jirrinforzaw l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin għall-individwi kollha minn età bikrija u tul il-ħajja. F’dinja li qed tinbidel b’mod mgħaġġel, dan jinkludi kompetenzi multilingwi, inklinazzjoni intraprenditorjali, il-ħsieb kritiku u l-kreattività, il-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STE(A)M), kif ukoll ħiliet f’oqsma bħall-azzjoni klimatika, l-intelliġenza artifiċjali, iżda wkoll kompetenzi soċjali u ta’ tagħlim dwar kif titgħallem. Dan jinkludi azzjonijiet ta’ kooperazzjoni mal-atturi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjetà ċivili kif ukoll fis-settur privat u pubbliku. 
  • Inklużjoni soċjali: L-inklużjoni soċjali hija prijorità ewlenija għas-setturi kollha tal-programm. Tippromwovi - b'mod partikolari permezz ta' approċċi innovattivi u integrati - il-pussess ta' valuri komuni, l-ugwaljanza, l-inklużjoni soċjali, id-diversità u n-nondiskriminazzjoni. Se tingħata prijorità lil proġetti li jappoġġjaw u jivvalutaw onlajnonlajnapproċċi ġodda biex inaqqas id-disparitajiet fl-aċċess u l-impenn mal-edukazzjoni formali u mhux formali, kif ukoll proġetti li jindirizzaw id-diskriminazzjoni, is-segregazzjoni u r-razziżmu. Il-programm se jappoġġja l-integrazzjoni tan-nies ma’ dawk bi sfondi ta’ migranti inklużi l-ġbir u t-tixrid ta’ prattiċi tajba dwar il-kwistjoni. Se tingħata priorità lil proġetti li jinkoraġixxu l-istabbiliment ta’ rabtiet sostenibbli bejn l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u s-soċjetà ġenerali, inkluż il-livell lokali u reġjonali.
  • Valuri komuni, impennċiviku u parteċipazzjoni: Il-Programm se jappoġġja ċ-ċittadinanza u l-etika attivi fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja; dan se jrawwem l-iżvilupp tal-kompetenzi soċjali u interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu fil-media. Se tingħata prijorità wkoll lil proġetti li joffru opportunitajiet għal parteċipazzjoni tan-nies fil-ħajja demokratika, l-impenn soċjali u ċiviku permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim formali u mhux formali. Il-fowkus se jkun wkoll fuq il-qawmien ta’ kuxjenza u l-fehim tal-kuntest tal-Unjoni Ewropea, notevolment fir-rigward tal-valuri komuni tal-UE, il-prinċipji tal-unità u tad-diversità, kif ukoll il-wirt soċjali, kulturali u storiku.
  • Miri ambjentali u tal-klima: il-programm għandu l-għan li jappoġġja, il-qawmien ta’ kuxjenza dwar l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima fis-setturi kollha. Se tingħata prijorità lil proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw kompetenzi f’setturi varji b’rilevanza ta’ sostenibbiltà, jiżviluppaw metodoloġiji u strateġiji ta’ ħiliet settorjali ħodor, kif ukoll kurrikuli orjentati lejn il-futur li jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-individwi. Il-programm se jappoġġja wkoll l-ittestjar ta’ prattiċi innovattivi biex jipprepara l-għalliema, il-persunal u l-ħaddiema żgħażagħ isiru fatturi veri tal-bidla (eż. jissejvjaw ir-riżorsi, inaqqsu l-użu tal-enerġija u l-iskart, jikkompensaw l-emissjonijiet tal-marka tal-karbonju, jagħmlu għażliet ta’ ikel u ta’ mobbiltà sostenibbli eċċ.). Se tingħata prijorità wkoll lil proġetti li – permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-attivitajiet tal-isport - jippermettu bidliet fl-imġiba għal preferenzi individwali, drawwiet ta’ konsum u stili ta’ ħajja.
  • Prattiċi innovattivi f’era diġitali: Il-programm se jappoġġja l-adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali u l-pedagoġiji innovattivi u miftuħa fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Se tingħata attenzjoni partikolari lil promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tad-differenzi fir-relazzjoni bejn l-aċċess u l-użu minn gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed. Il-programm se jappoġġja wkoll l-użu tal-oqfsa Ewropej dwar il-kompetenzi diġitali tal-edukaturi, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet, inklużi l-iżvilupp u l-użu ta’ riżorsi edukattivi miftuħa, kotba tal-iskola b’aċċess miftuħ, u softwer edukattiv b’sors miftuħ u bla ħlas. Se tingħata prijorità lil azzjonijiet li jippromwovu metodi u għodod innovattivi għat-tagħlim, it-taħtriġ, it-tagħlim u l-valutar bħala l-muturi ta’ titjib fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja.
  • Appoġġ għall-edukaturi, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja edukattivi u persunal ta’ appoġġ: Se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jsaħħu r-reklutaġġ, l-għażla u l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi (eż. għalliema, trainers, professuri, tuturi, mentors, kowċijiet, persunal fl-edukazzjoni u l-kura tat-tfal f’età bikrija), persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja edukattivi (eż. kapijiet ta' skejjel, retturi, kapijiet ta' dipartimenti) u persunal ta' appoġġ (eż. assistenti tal-għalliema, kunsillieri tal-karriera, speċjalisti tar-riżorsi umani fil-kumpaniji). Se tingħata attenzjoni partikolari lil azzjonijiet li jippermettu kif wieħed jittratta mal-inklużjoni u d-diversità inkluża dik kulturali u lingwistika permezz tal-użu ta’ stili ta’ tagħlim, taħriġ u ħidma maż-żgħażagħ aktar diversi u aktar adattati. 
  • Trasparenza u rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki: Se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jappoġġjaw il-mobilità tat-tagħlim u tax-xogħol, azzjonijiet li jiffaċilitaw tranżizzjonijiet bejn livelli u tipi differenti ta' tagħlim, tranżizzjonijiet lejn id-dinja tax-xogħol, kif ukoll tranżizzjonijiet bejn impjiegi differenti. Il-programm se jappoġġja b’mod partikolari servizzi u informazzjoni aħjar jew gwida għall-istudenti, jesplora t-teknoloġiji diġitali biex jiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku u l-validazzjoni - fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali - tal-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim informali u mhux formali.. Il-programm se jappoġġja wkoll it-tnedija u l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas Europass il-ġdid u l-aċċess għal għodod u servizzi għal ħiliet u kwalifiki. 
  • Investiment sostenibbli, kwalità u effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ: Se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jippromwovu mudelli ta’ finanzjament sostenibbli inkluż l-esplorar ta’ approċċi innovattivi biex jiżguraw investiment adegwat u sostenibbli fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni u qsim ta' spejjeż, fejn xieraq.
  • Valur edukattiv u soċjali tal-wirt kulturali Ewropew, il-kontribuzzjoni tiegħu għall-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali: se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jitqajjem għarfien dwar l-importanza tal-wirt kulturali tal-Ewropa permezz tal-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tagħlim informali u mhux formali, iż-żgħażagħ kif ukoll l-isport, inklużi l-azzjonijiet sabiex jiġu appoġġjati l-iżvilupp tal-ħiliet, l-inklużjoni soċjali, il-ħsieb kritiku u l-involviment taż-żgħażagħ. Se jiġu promossi kemm approċċi parteċipatorji u interkulturali ġodda għall-wirt, kif ukoll inizjattivi edukattivi mmirati lejn it-trawwim ta' djalogu interkulturali li jinvolvi l-għalliema u t-tfal tal-iskola minn età bikrija.

Prijoritajiet ta' oqsma speċifiċi

Fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li huma ewlenin biex jintlaħħqu l-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, notevolment l-inizjattiva l-ġdida tal-Universitajiet Ewropej u l-kard Ewropea tal-Istudenti. Dan iffisser inter alia t-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni u l-mobilità, it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni fejn huwa rilevanti, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku u awtomatiku tal-kwalifiki. Skont l-isfidi identifikati fl-Aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja, se jiġu appoġġjati inizjattivi biex titjieb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja tal-Ewropa, inkluża l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-segwitu tal-gradwati u l-Pjan ta’

Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali. Il-Programm se jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-Communique Ministerjali tal-Proċess ta’ Bolonja.  

  • Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni: Il-programm se jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika u strutturata bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja permezz ta’: a) appoġġ għat-tipi ta’ mudelli varji ta’ kooperazzjoni inklużi dawk l-aktar ambizzjużi bħall-Universitajiet Ewropej; b) kontribut għat-tneħħija tal-ostakli għall-mobilità billi jiġi implimentat ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-eżiti tat-tagħlim, u billi l-mobilità tiġi integrata fil-kurrikuli; c) appoġġ għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja biex jimplimentaw il-prinċipji u l-għodod ta' Bolonja biex titjieb il-mobilità għal kulħadd u tiġi żviluppata Żona Ewropea tal-Edukazzjoni multilingwi b'suċċess sal-2025;
  • Indirizzar ta' nuqqasijiet u spariġġ fil-ħiliet permezz ta’: a) appoġġ għall-iżvilupp ta’ kurrikuli orjentati għall-eżiti tat-tagħlim li jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-istudenti, filwaqt li jkunu wkoll rilevanti għas-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet tas-soċjetà ġenerali; b) implimentazzjoni ta’ approċċi transdixxiplinari u pedagoġiji innovattivi bħal tagħlim iffukat fuq l-istudent, inverted learning u tagħlim ibbażat fuq ir-riċerkaonlajn li jappoġġjaw l-akkwist ta' ħiliet trasferibbli li jħarsu ‘l quddiem; c) l-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tat-tfassil ta’ kors modulari u flessibbli (part-time, onlajn jew imħallat) u modi ta’ vvalutar xierqa; d) żieda fl-attrazzjoni u r-riforma tal-kurrikuli għal STEM b’approċċ STEAM inklużi applikazzjonijiet li jintużaw fid-dinja reali, tagħlim ibbażat fuq l-induttività u arrikkit bit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, prattiċi kollaborattivi, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji. 
  • Ippremjar tal-eċċellenza fit-tagħlim u l-iżvilupp tal-ħiliet, permezz ta’ a) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u kultura ta’ kwalità biex tippremja u tinċentiva l-eċċellenza fit-tagħlim; b) it-taħriġ ta' akkademiċi f'pedagoġiji ġodda u innovattivi, inklużi approċċi transdixxiplinari, it-tfassil ta' kurrikulu ġdid, il-metodi ta' twettiq u valutazzjonionlajn li jorbtu l-edukazzjoni mar-riċerka u l-innovazzjoni fejn ikun rilevanti; c) it-trawwim ta' settur tal-edukazzjoni għolja innovattiv u miftuħ, intraprenditorjali bil-promozzjoni ta' sħubijiet ta' tagħlim ma’ organizzazzjonijiet imsieħba kummerċjali u mhux kummerċjali fis-settur privat; e) l-iżvilupp ta’ prattiċi ġodda bbażati fuq ir-riċerka edukattiva u l-kreattività.
  • Bini ta' sistemi ta' edukazzjoni għolja inklużivi. Il-programm se jrawwem approċċi inklużivi għall-attivitajiet ta’ mobilità u kooperazzjoni bħal a) żieda fir-rati tal-aċċess, il-parteċipazzjoni u t-tkomplija ta’ gruppi b’rappreżentanza baxxa u żvantaġġjati; b) żvilupp u implimentazzjoni ta’ forom ta’ mobilità flessibbli (qosra, virtwali u mħallta); c) appoġġ attiv lill-parteċipanti mobbli li ġejjin, matul il-proċess tat-tfittxija tal-akkomodazzjoni, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti għal provvista ta’ akkomodazzjoni xierqa u affordabbli. Se tingħata attenzjoni partikolari għal kisba xierqa ta’ bilanċ bejn is-sessi.onlajn
  • Trawwim ta’ involviment ċiviku: il-promozzjoni tar-responsabbiltà ċivika u soċjali tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-universitajiet inkluż permezz ta’ attivitajiet ekstra-kurrikulari u r-rikonoxximent ta’ xogħol volountarju u komunitarju fir-riżultati akkademiċi fejn xieraq. 
  • L-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-kard tal-istudenti Ewropea hija inizjattiva li ssir permezz ta’ trasferiment elettroniku sikur tad-data tal-istudenti bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, filwaqt li tiġi rrispettata l-protezzjoni tad-data personali u torbot fejn ikun possibbli mal-Europass il-ġdid. L-objettiv hu li tippermetti lill-istudenti jimmaniġġjaw is-sett ta’ stadji amministrattivi tal-mobilità tagħhom kollu onlajn (mill-għażla tal-istudenti sar-rikonoxximent tal-krediti tal-ECTS tagħhom), waqt li fl-istess ħin tiffaċilita aċċess aktar faċli għal firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-istudenti – inklużi libreriji, catering u akkomodazzjoni - meta jkunu fuq il-kampus barra l-pajjiż. Il-komponenti ewlenin tal-inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti qed jiġu żviluppati permezz tal-proġetti ta’ Erasmus+ iffinanzjati taħt l-Azzjoni Ewlenija 2: Sħubijiet strateġiċi u Azzjoni Ewlenija 3: Proġetti li jħarsu ‘l quddiem.
  • Konsolidazzjoni u aktar żvilupp ta’ għodod u sorsi tad-data tal-edukazzjoni għolja1  biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-kisba tal-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u tal-Aġenda mġedda tal-UE għal edukazzjoni għolja.  
  • Trawwim effettiv u effiċjenti fil-livell tas-sistemi ta’ mudelli tal-finanzjament u tal-governanza sostenibbli, li jippremjaw it-tagħlim eċċellenti, l-innovazzjoni u r-rilevanza komunitarja. 

Fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel, se tingħata prijorità lil:

  • Rinforzar tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin (skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta’ matul il-ħajja) pereżempju bil-promozzjoni ta’ kollaborazzjoni transkurrikulari, approċċi u ambjenti ta’ tagħlim kreattiv u innovattiv, kooperażzzjoni ma’ partijiet interessati fil-komunitajiet lokali u barra l-pajjiż, appoġġ għall-għalliema fit-tagħlim ibbażat fuq il-kompetenzi u l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin ta’ vvalutar u validazzjoni. 
  • Tisħiħ tal-profili tal-professjoni tat-tagħlim, inkluż għalliema, mexxejja tal-iskejjel u edukaturi, pereżempju billi: il-karrieri jkunu aktar attraenti u diversi; jissaħħu l-għażla, ir-reklutaġġ u l-evalwazzjoni (mudelli ta’ evalwazzjoni tal-persunal, ivvalutar u feedback); titjieb l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu u l-irbit tal-fażijiet differenti tagħha; tiġi ffaċilitata u tiżdied b’mod sinifikanti l-mobilità tal-għalliema inkluż billi jingħelbu l-ostakli li jifdal; l-għalliema jiġu appoġġjati fl-iżvilupp ta' metodi innovattivi ta' tagħlim u ta’ valutazzjoni, speċjalment biex jiġi promoss it-tagħlim orjentat lejn il-kompetenza; tissaħħaħ it-tmexxija fl-edukazzjoni, inklużi t-tmexxija mqassma u t-tmexxija tal-għalliema.
  • Promozzjoni ta' approċċ komprensiv għat-tagħlim tal-lingwi (skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim tal-lingwi), li tibni fuq iż-żieda ta' diversità lingwistika fl-iskejjel, pereżempju billi jitħeġġeġ it-tagħlim u l-għarfien bikri tal-lingwi; jiġu żviluppati opzjonijiet għat-tagħlim bilingwi, speċjalment għal reġjuni mal-fruntiera u/jew f'żoni fejn l-abitanti jużaw aktar minn lingwa waħda; l-integrazzjoni tal-użu ta' teknoloġiji ġodda biex jappoġġjaw it-tagħlim tal-lingwa; l-appoġġ għall-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-lingwa fil-kurrikuli kollha; iffukar biex jintlaħqu livelli ta’ kompetanza xierqa sat-tmiem i l-perjodu ta’ edukazzjoni obbligatorja; promozzjoni tal-ħolqien ta’ skejjel li huma konxji tal-lingwi2 .
  • Żieda fil-livelli ta’ kisbiet u ta’ interess fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM). Din il-prijorità se tinkludi, fost l-oħrajn: il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali STEM; l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn skejjel, negozji, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, istituzzjonijiet tar-riċerka, u s-soċjetà ġenerali; il-promozzjoni ta’ pedagoġiji effettivi u innovattivi u valutar; il-promozzjoni tal-approċċ STE(A)M għall-edukazzjoni permezz ta’ tagħlim interdixxiplinarju ta’ STEM fil-kultura, l-ambjent, l-ekonomija, id-disinn u kuntesti oħra, bl-involviment tad-dixxiplini akkademiċi kollha. 
  • Indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola u tal-iżvantaġġ, li jippermetti suċċess għall-istudenti kollha, inklużi t-tfal minn ambjent tal-migranti, pereżempju billi: isaħħaħ il-kollaborazzjoni fost l-atturi kollha fl-iskejjel, kif ukoll mal-familji, u partijiet interessati esterni oħra; itejjeb it-tranżizzjonijiet bejn l-istadji differenti tal-edukazzjoni; irawwem approċċi preventivi u ta’ intervent bikri; jappoġġja n-netwerking ta’ skejjel li jippromwovu approċċi kollaborattivi u olistiċi għat-tagħlim; itejjeb l-valutazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità.
  • Żvilupp ta’ sistemi ta’ edukazzjoni bikrija u kura tat-tfal ta' kwalità għolja, (skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ECEC), pereżempju billi: jappoġġja l-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tal-persunal kollu involut fl-organizzazzjoni, it-tmexxija u l-forniment ta’ edukazzjoni bikrija u kura tat-tfal; joħloq, jittestja jew jimplimenta strateġiji u prattiċi biex titrawwem il-parteċipazzjoni tat-tfal kollha fl-edukazzjoni bikrija u fil-kura tat-tfal, inklużi tfal bi ħtieġa ta’ appoġġ speċjali (eż. tfal b’diżabbiltajiet, jew tfal minn ambjenti soċjo-ekonomiċi żvantaġġjati, tfal minn ambjent ta’ migranti); jippromwovi l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta’ kwalità tal-UE għall-kwalità fl-edukazzjoni bikrija u kura tat-tfal.
  • Bini tal-kapaċità għall-promozzjoni u l-iffaċilitar tar-rikonoxximent ta' perjodi ta' tagħlim barra l-pajjiż, (inkluż is-segwitu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku), inklużi l-promozzjoni tar-rikonoxximent tal-edukazzjoni formali u l-kompetenzi trasversali żviluppati permezz ta' tagħlim mhux formali u informali, pereżempju billi: tinbena l-kapaċità amministrattiva tal-iskejjel biex tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni ta’ tfal tal-iskola fi proġetti transnazzjonali u skambji bejn il-pari, inkluż billi jiġi esplorat il-potenzjal ta’ korpi intermedjarji li jippuljaw il-kapaċità ta’ ħafna skejjel; jistabbilixxu sħubijiet sostenibbli bejn organizzazzjonijiet li jwaqqfu skambji ta’ tagħlim transkonfinali fl-edukzzjoni ġenerali; jiġu promossi skambji ta’ klassijiet integrati jew il-mobilità ta’ tfal tal-iskola fi programmi tal-iskejjel; jiġu żgurati standards xierqa ta’ sigurtà għat-tfal tal-iskola li jipparteċipaw f’mobilità transnazzjonali; jiġu żviluppati u mxerrda għodod u mekkaniżmi għal preparazzjoni, monitoraġġ u rikonoxximent ta’ perjodi barra l-pajjiż; u l-kodiviżjoni u l-promozzjoni ta’ prattiċi tajbin. 
  • Żvilupp ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità b’saħħithom biex tinkiseb edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità għolja u tissaħħaħ il-fiduċja fost il-pajjiżi f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tas-sistemi edukattivi rispettivi, pereżempju billi: jappoġġjaw pajjiżi fl-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn l-evalwazzjonijiet interni u esterni, fl-involviment ta’ partijiet interessati fil-proċessi tal-assigurazzjoni tal-kwalità, jew fit-tfassil tal-istrateġiji tal-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom b’metodi li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kompetenzi wiesgħin.

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (kemm fil-bidu u kemm kontinwu), se tingħata prijorità:

  • L-iżvilupp ta' sħubijiet li jappoġġjaw it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni għal fornituri tal-ETV3 , bil-għan li jwaqqfu l-mekkaniżmi ta' appoġġ meħtieġa kif ukoll oqfsa kuntrattwali biex jippromwovu l-mobilità ta' kwalità tal-persunal u l-istudenti tal-ETV4 , inkluża l-promozzjoni u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-eżiti tat-tagħlim; jiżviluppaw servizzi ta' appoġġ għall-istudenti biex irawmu l-internazzjonalizzazzjoni tal-ETV u l-mobilità tal-istudenti, permezz ta' azzjonijiet immirati biex jinformaw, jimmotivaw, jippreparaw u jiffaċilitaw l-integrazzjoni soċjali tal-istudenti tal-ETV fil-pajjiż ospitant, filwaqt li jtejbu l-għarfien interkulturali tagħhom u ċ-ċittadinanza attiva;
  • L-iżvilupp ta' sħubijiet immirati lejn il-promozzjoni ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-forom kollha tiegħu, għaż-żgħażagħ u/jew għall-adulti u b'mod partikolari għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi5 . Dawn is-sħubijiet jistgħu jimmiraw ukoll għall-iżvilupp ta' kontenut ta' taħriġ ġdid u kwalifiki tal-ETV konġunti), li jintegraw perjodi ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, inklużi opportunitajiet fejn l-għarfien jiġi applikat f'sitwazzjonijiet prattiċi fuq il-post tax-xogħol, u li jintegra esperjenza ta' mobilità internazzjonali kull meta jkun possibbli;
  • Tiżdied il-kwalità tal-ETV permezz tal-istabbiliment ta' ċirkwiti ta' feedback biex jadattaw il-forniment tal-ETV inkluż bl-istabbiliment jew l-ittestjar tal­arranġamenti għall-monitoraġġ ta' gradwati bħala parti mis-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ ta' gradwati, u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET)6 ;
  • Titjib tal-aċċess għat-taħriġ u l-kwalifiki għal kulħadd, b'attenzjoni partikolari għal dawk b'ħiliet limitati, permezz ta' kontinwazzjoni tal-ETV, notevolment billi tiżdied il-kwalità, il-provvista u l-aċċessibbiltà tal-kontinwazzjoni tal-ETV, il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, il-promozzjoni ta' tagħlim fuq il-post tax-xogħol, jiġu pprovduti servizzi ta' gwida integrati u flessibbli u perkorsi ta' tagħlim permeabbli; inkluż l-iżvilupp ta' sħubijiet bejn kumpaniji ta' daqs mikro, żgħar u medji u fornituri tal-ETV bil-għan li jippromwovu ċentri ta' kompetenza konġunti, netwerks ta' tagħlim, appoġġ għal ġbir tar-riżorsi, u li jiġi pprovdut taħriġ inizjali u/jew kontinwu lill-persunal tagħhom;
  • Aktar tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin fl-ETV inizjali u kontinwi (b'mod speċjali l-litteriżmu, in-numeriżmu, il-ħiliet diġitali, l-intraprenditorija, kif ukoll il-lingwi, inklużi metodoloġiji komuni għall-introduzzjoni ta' dawn il-kompetenzi fil-kurrikuli, kif ukoll għall-akkwist, it-twassil u l-valutazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim ta' dawk il-kurrikuli; 
  • L-appoġġ għall-użu ta’ approċċi innovattivi u teknoloġiji diġitali għat-tagħlim, kif spjegat fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, inkluż l-użu effettiv tal-għodda ta’ awtoriflessjoni SELFIE biex jiġi appoġġjat approċċ komprensiv għall-innovazzjoni, u l-użu tat-teknoloġiji diġitali għal bidla pedgoġika, amministrattiva, teknika u organizzativa;
  • L-introduzzjoni ta' approċċi sistematiċi u opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tal-għalliema, it-trainers u l-mentors tal-ETV kemm f'ambjenti tal-iskola u kif ukoll dawk ibbażati fuq ix-xogħol (inklużi l-apprendistati), kif ukoll permezz tal-iżvilupp ta' edukazzjoni u pedagoġiji effettivi, diġitali, miftuħin u innovattivi, kif ukoll għodod prattiċi; tiżdied l-attrazzjoni tal-professjonijiet għall-għalliema, it-trainers, il-mentors u l-mexxejja tal ETV. 
  • L-iżvilupp ta' sħubijiet sostenibbli biex jiġu stabbiliti u/jew żviluppati aktar organizzazzjonijiet ta' kompetizzjonijiet tal-ħiliet nazzjonali, reġjonali u settorjali, b'mod li jgħollu l-attrazzjoni u l-eċċellenza tal-ETV. Dawn is-sħubijiet jistgħu wkoll jiżviluppaw u jappoġġjaw l-arranġamenti prattiċi għall-preparazzjoni, it-taħriġ u l-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-ETV u l-persunal f'kompetizzjonijiet tal-ħiliet internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u settorjali, filwaqt li jaħdmu mill-qrib flimkien man-negozji, il-fornituri tal-ETV, il-kmamar tal-kummerċ u l-partijiet interessati rilevanti oħra.

Fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti se tingħata prijorità biex:

  • Jittejjeb u jiġi estiż il-forniment ta' opportunitajiet tat-tagħlim ta' kwalità għolja għall-adulti billi jkun hemm offerti ta’ tagħlim flessibbli disponibbli adattati għal ħtiġijiet tat-tagħlim tagħhom (eż. tagħlim imħallat, applikazzjonijiet ta’ tagħlim diġitali), u permezz tal-validazzjoni ta' ħiliet miksubin minn tagħlim informali u mhux formali.
  • Appoġġ għall-istabbiliment u l-aċċess għal perkorsi ta' titjib tal-ħiliet għall-adulti b’livell ta’ ħiliet, għarfien u kompetenzi baxxi li jippermettulhom itejjbu l-kompetenzi tagħhom fl-litteriżmu, in-numeriżmu u l-kompetenzi diġitali kif ukoll kompetenzi ewlenin oħra, u biex jipprogressaw għal kwalifiki ogħla, inkluż permezz tal-identifikazzjoni, l-iskrutinju jew l-adattament ta’ offerti ta’ tagħlim tal-ħiliet. OnlajnOnlajn
  • Tiżdied id-domanda u l-adozzjoni tat-tagħlim permezz ta' strateġiji effettivi ta' sensibilizzazzjoni, gwida u motivazzjoni li jappoġġjaw il-Perkorsi ta’ Titjib fil-Ħiliet billi jinkoraġixxu u jappoġġjaw adulti b'livell baxx ta' ħiliet u/jew ta’ kwalifiki jew billi jiżviluppaw gwida bħala servizz biex jiżguraw li l-adulti jkollhom aċċess għal tagħlim rilevanti matul il-ħajja.;
  • Jiġu estiżi u żviluppati l-kompetenzi tal-edukaturi u persunal ieħor li jappoġġja lil studenti adulti, b’mod partikolari fil-valutazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom ta’ qabel u li jimmotivawhom biex jitgħallmu; jittejbu l-metodi u l-għodod tat-tagħlim permezz tal-użu effettiv ta’ soluzzjonijiet innovattivi u teknoloġiji diġitali.
  • Jiġu żviluppati mekkaniżmi li jissorveljaw l-effettività u jtajbu l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-politiki dwar it-tagħlim tal-adulti u l-forniment tiegħu u biex jiġi ttraċċjat il-progress tal-istudenti adulti.
  • Jiġi promoss l-Erasmus+ fost iċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet kollha, inkluż billi jiġu offruti attivitajiet ta’ edukazzjoni u skambji ta’ esperjenzi lill-anzjani, bil-ħsieb li tinbena u tiżdied is-solidità mal-identità Ewropea.

Fil-qasam taż-żgħażagħ, b'konformità mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ , se tingħata prijorità għal:

  • l-involviment, il-konnessjoni u t-tisħiħ taż-żgħażagħ: tisaħħaħ il-kooperazzjoni transssettorjali, li tippermetti sinerġiji akbar madwar l-oqsma ta’ azzjoni differenti li jirrigwardjaw iż-żgħażagħ. Se jkun hemm fowkus speċjali fuq il-parteċipazzjoni – inklużi forom ta’ parteċipazzjoni alternattivi u innovattivi – u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħazagħ, notevolement dawk li jinvolvu ż-żgħażagħ f’riskju tal-esklużjoni soċjali.

Se tingħata prijorità lil proġetti biex:

  • Itejbu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika u civika fl-Ewropa;
  • Jgħinu liż-żgħażagħ jagħmlu konnessjoni ma’, jesprimu l-veduti tagħhom u jinstemgħu minn dawk li jagħmlu l-politika, l-amministraturi pubbliċi, il-gruppi interessati, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew l-individwi attivi fil-politika jew proċessi soċjali li jaffettwawlhom ħajjithom;
  • Itejbu l-ħsieb kritiku u l-litteriżmu tal-media fost iż-żgħażagħ biex tissaħħaħ id-demokrazija u jingħelbu l-manipulazzjoni, il-propoganda u d-disinformazzjoni;
  • Iwessgħu u japprofondixxu l-parteċipazzjoni ċivika, soċjali taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew jew globali;
  • Irawmu ċittadinanza attiva u notevolment jivvolontarjaw u b’solidarjetà fost iż-żgħażagħ;
  • Iżidu l-inklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ kollha, u jibnu fuq il-valuri Ewropej;
  • Jippromwovu d-djalogu interkulturali u jippromwovu l-għarfien dwar u l-aċċettazzjoni tad-diversità u t-tolleranza fis-soċjetà;
  • Isaħħu s-sens ta’ inizjattiva taż-żgħażagħ notevolment fil-qasam soċjali u jappoġġjaw il-komunitajiet tagħhom;
  • Jirrinforzaw rabtiet bejn il-politika, ir-riċerka u l-prattika u jippromwovu għarfien aħjar dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ u l-politiki taż-żgħażagħ.

 

  • jikkontribwixxu għall-kwalità u l-innovazzjoni ta’ dawk li jaħdmu maż-Żgħażagħ u r-rikonoxximent tagħhom

Se tingħata prijorità lil proġetti li:

  • Jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità tal-persuni li aħdmu maż-żgħażagħ u l-prattiċi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ;
  • Jappoġġjaw il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-iżvilupp u l-qsim am’ oħrajn ta' metodi effettivi biex jilħqu lil żgħażagħ emarġinati, fil-prevenzjoni tar-razziżmu u l-intolleranza fost iż-żgħażagħ, u fl-indirizzar tar-riskji, l-opportunitajiet u l-implikazzjonijiet ta' diġitalizzazzjoni;
  • Irawmu l-inklużjoni u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet (inklużi l-NEETs), b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ f'riskju ta' marġinalizzazzjoni u dawk bi sfond ta' migranti.
  • Iwessgħu l-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-kooperazzjoni transsettorjali u b'hekk jippermettu sinerġiji akbar fl-oqsma kollha ta' azzjoni li jindirizzaw it-tħassib taż-żgħażagħ;
  • Jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ miż-żgħożija sa meta jsiru adulti, inkluż l-appoġġ għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jindirizzaw il-kompetenzi ewlenin u appoġġ organizzattiv li l-ħidma fost iż-żgħażagħ tista’ ġġib;
  • Jippromwovu r-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħidma taż-żgħażagħ u t-tagħlim informali u mhux formali fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali.

 

  • promozzjoni tal-intraprenditorija u t-tagħlim kreattiv u l-intraprenditorija soċjali fost iż-żgħażagħ. 

Se tingħata prijorità llil proġetti fil-forma ta' inizjattivi transnazzjonali taż-żgħażagħ li jippermettu gruppi ta' żgħażagħ li jbiddlu l-ideat fi prattika, anki permezz tal-intrapriżi soċjali, u b'hekk jindirizzaw sfidi u problemi identifikati fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.

 

X'inhuma l-attivitajiet appoġġjati fi Sħubija Strateġika?

Matul il-ħajja ta' proġett, u skont it-tip ta' Sħubija Strateġika, il-proġetti jistgħu tipikament iwettqu firxa wiesgħa ta' attivitajiet, pereżempju:

 

  • attivitajiet li jsaħħu l-kooperazzjoni u n-netwerking bejn l-organizzazzjonijiet;
  • ittestjar u/jew implimentazzjoni ta' prattiki innovattivi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;
  • attivitajiet li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim formali, mhux formali u informali;
  • attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali biex jiġi promoss l-iżvilupp tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni tagħhom f'azzjonijiet ta' żvilupp lokali u reġjonali;
  • attivitajiet sabiex jappoġġjaw lill-istudenti b'diżabilità/bi bżonnijiet speċjali sabiex itemmu ċ-ċikli ta' edukazzjoni u jiffaċilitaw it-transazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jiġġieldu s-segregazzjoni u d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni għall-komunitajiet marġinalizzati;
  • attivitajiet sabiex iħejju aħjar u jużaw aħjar il-professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għall-isfidi tal-ekwità, id-diversità u l-inklużjoni fl-ambjent tat-tagħlim;
  • attivitajiet sabiex jippromwovu l-integrazzjoni tar-refuġjati, applikanti għall-ażil u l-migranti li jkunu għadhom jaslu u jqajmu kuxjenza dwar il-kriżi tar-refuġjati fl-Ewropa;
  • inizjattivi transnazzjonali li jrawmu l-mentalità u l-ħiliet intraprenditorjali, biex jitħeġġu ċ-ċittadinanza attiva u l-intraprenditorija (inkluża l-intraprenditorija soċjali), imwettqa b'mod konġunt minn żewġ gruppi jew aktar ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti.

Is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jorganizzaw ukoll attivitajiet ta' tagħlim u taħriġ transnazzjonali tal-individwi, diment li jġibu magħhom valur miżjud fl-ilħuq tal-objettivi tal-proġett. Uħud minn dawn l-attivitajiet huma partikularment rilevanti f'qasam wieħed jew aktar tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif iddikjarat fit-tabella hawn taħt. Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-attivitajiet appoġġjati, ara l-Anness I.

Tip ta’ attività

Rilevanti b’mod partikulari għal

Mobilità mħallta tal-istudenti

Oqsma kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Skambji għal perjodu qasir ta' gruppi ta' tfal tal-iskola

Edukazzjoni fl-iskejjel, ETV

Programmi ta' Studju Intensiv

Edukazzjoni għolja

Mobilità tal-istudju għal perjodu twil għat-tfal tal-iskola

Edukazzjoni fl-iskejjel

Assignment ta' tagħlim jew taħriġ għal perjodu twil

Edukazzjoni għolja, ETV, Edukazzjoni fl-iskejjel u għall-Adulti

Mobilità għal perjodu twil tal-ħaddiema fost iż-żgħażagħ

Żgħażagħ

Avvenimenti ta' taħriġ konġunti għal perjodu qasir għall-persunal

Oqsma kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

 

Min jista’ jieħu sehem fi Sħubija Strateġika?

Bħala regola ġenerali, is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom fil-mira l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet stabbiliti fil-Pajjiżi tal-Programm. Madankollu, l-organizzazzjonijiet mill-Pajjiżi Sħab jistgħu jkunu involuti fi Sħubija Strateġika, bħala sħab (mhux bħala applikanti), jekk il-parteċipazzjoni tagħhom iġġib magħha valur miżjud essenzjali għall-proġett.

Barra mill-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw b'mod formali fil-proġetti u jirċievu l-fondi tal-UE, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jinvolvu wkoll sħab assoċjati mis-settur pubbliku jew privat li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-proġett speċifiku jew jappoġġjaw it-tixrid u sostenibbiltà tal-proġett. Għall-kwistjonijiet ta' mmaniġġjar kuntrattwali, is-sħab assoċjati mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-sħab tal-proġett u ma jirċivux finanzjament. Madankollu, l-involviment tagħhom u r-rwol tagħhom fil-proġett u f’attivitajiet differenti għandu jiġi deskritt b’mod ċar.

 

X’inhuma l-kriterji użati biex tiġi vvalutata Sħubija Strateġika?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li Sħubija Strateġika għandha tħares sabiex tkun eliġibbli għal għotja Erasmus+:

 

Kriterji tal-Eliġibilità Ġenerali

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Organizzazzjoni parteċipanti tista' tkun organizzazzjoni pubblika jew privata, stabbilita f'Pajjiż tal-Programm jew f'Pajjiż Sieħeb tad-dinja (ara t-taqsima "Pajjiżi Eliġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida). Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun:

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja;
  • skola/istitut/ċentru edukattiv (fi kwalunkwe livell, minn dak ta' qabel l-iskola għal livell ta' edukazzjoni sekondarja għolja, u bl-inklużjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-edukazzjoni għall-adulti);
  • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
  • intrapriża pubblika jew privata, żgħira, ta' daqs medju jew kbira (inklużi l-intrapriżi soċjali);
  • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inklużi il-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-assoċjazzjonijiet professjonali/tal-artiġjanat u t-trade unions;
  • istitut tar-riċerka;
  • fondazzjoni;
  • ċentru ta' taħriġ imħaddem bejn kumpaniji;
  • intrapriżi li jipprovdu taħriġ kondiviż (taħriġ kollaborattiv);
  • organizzazzjoni kulturali, librerija, mużew;
  • korp li jipprovdi gwida dwar il-karrieri, konsulenza professjonali u servizzi ta' informazzjoni;
  • korp li jivvalida l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim mhux formali u informali;
  • NGO Ewropea għaż-Żgħażagħ;
  • grupp ta' żgħażagħ attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ iżda mhux neċessarjament fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ (jiġifieri grupp informali ta' żgħażagħ)7.

L-stituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (HEIs) stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm għandu jkollhom Karta għal Edukazzjoni Għolja ta' Erasmus (ECHE). L-HEIs f'Pajjiżi Sħab ma jeħtiġux ECHE, iżda se jkollhom jikkonformaw mal-prinċipji tagħha.

Min jista' japplika?

L-applikant jista' jkun kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f'Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

Sħubija Strateġika hi transnazzjonali u tinvolvi tal-anqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet Pajjiżi tal-Programm differenti. Ma hemm ebda numru massimu ta' organizzazzjonijiet parteċipanti. Madankollu, il-baġit għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-proġett għandu massimu (u ekwivalenti għal 10 organizzazzjonijiet parteċipanti). L-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha għandhom jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja.

B'mod eċċezzjonali, japplikaw regoli differenti għas-Sħubijiet Strateġiċi li ġejjin:

  • Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom jinvolvu tal-anqas żewġ organizzazzjonijiet minn żewġ Pajjiżi tal-Programm differenti;
  • Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel għandhom jinvolvu minimu ta' żewġ skejjel u massimu ta' sitt skejjel minn tal-anqas żewġ Pajjiżi tal-Programm differenti8.

Post(ijiet) tal-attivitajiet

L-attivitajiet kollha ta' Sħubija Strateġika għandhom isiru fil-pajjiżi tal-organizzazzjonijiet li jkunu qed jipparteċipaw fil-proġett. L-attivitajiet ta' tagħlim u taħriġ għall-istudenti kif ukoll attivitajiet għal perjodu twil għall-persunal jistgħu jiġu organizzati biss fil-Pajjiżi tal-Programm

Barra minn hekk, jekk iġġustifikat b'mod xieraq f'relazzjoni mal-objettivi jew l-implimentazzjoni tal-proġett:

  • L-attivitajiet jistgħu jsiru wkoll fis-sit ta' Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, anke jekk fil-proġett ma jkunx hemm organizzazzjonijiet parteċipanti mill-pajjiż li jospita l-Istituzzjoni9
  • L-avvenimenti multiplikaturi jistgħu jiġu ospitati fil-pajjiż ta' kwalunkwe sieħeb assoċjat involut fis-Sħubija Strateġika.

Tul ta' żmien tal-proġett

  • Sħubijiet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja: bejn 24 u 36 xahar;
  • Sħubijiet fil-qasam tal-ETV, l-edukazzjoni fl-iskejjel u l-edukazzjoni għall-adulti: bejn 12 u 36 xahar10;
  • Sħubijiet fil-qasam taż-żgħażagħ: bejn 6 xhur u 36 xahar.

 

It-tul ta' żmien għandu jintgħażel fl-istadju ta' applikazzjoni, abbażi tal-objettiv tal-proġett u t-tipi ta' attivitajiet ippjanati maż-żmien.

F'każijiet eċċezzjonali, it-tul ta' żmien ta' Sħubija Strateġika jista' jiġi estiż, fuq talba mill-benefiċjarju u bi qbil mal-Aġenzija Nazzjonali, b'mhux aktar minn 6 xhur u diment li t-tul ta' żmien sħiħ ma jaqbiżx it-3 snin. F'tali każ, l-għotja totali mhux se tinbidel. Fil-każijiet kollha, il-proġetti jridu jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2023.

 

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni applikanti hi stabbilita11.

Skont id-data tal-għeluq, l-istess konsorzju ta' sħab jista' jissottometti applikazzjoni waħda biss u lil Aġenzija Nazzjonali waħda biss.

Meta tapplika?

 

  • Sħubijiet fl-oqsma tal-Edukazzjoni Għolja, ETV, Edukazzjoni fl-Iskejjel u Edukazzjoni għall-Adulti:
    • L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sal-24 ta' Marzu f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Settembru u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
  • Sħubijiet fil-qasam taż-żgħażagħ:l-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja:
    • sal-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru tal-istess sena;
    • sat-30 ta' April f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Settembru tal-istess sena u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara;
    • sal-1 ta' Ottubru f'12:00 (f'nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Frar u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

Għas-Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ: għal kull wieħed mit-tliet dati tal-għeluq, l-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jiftħu d-data tal-għeluq għaż-żewġ tipi ta' Sħubijiiet Strateġiċi (jiġifieri li jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-appoġġ l-iskambji ta' prattiki tajba) jew għal tip wieħed biss ta' proġetti. L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw is-sit elettroniku tal-Aġenzija Nazzjonali tagħhom għal informazzjoni aktar preċiża.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

 

Kriterji Addizzjonali tal-Eliġibilità

Barra minn hekk, jekk is-Sħubija Strateġika tipprevedi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet transnazzjonali ta' tagħlim u taħriġ li ġejjin, għandhom jiġu rispettati l-kriterji tal-eliġibilità addizzjonali rilevanti:

 

Avvenimenti ta' taħriġ konġunti għal perjodu qasir għall-persunal.

Parteċipanti ELIĠIBBLI

Il-professuri, l-għalliema, it-trainers, il-persunal edukattiv u amministrattiv12 li jaħdem fl-organizzazzjonijiet parteċipanti fil-Pajjiżi tal-Programm u fil-Pajjiżi Sħab. Ħaddiema fost iż-żgħażagħ mill-Pajjiżi tal-Programm u mill-Pajjiżi Sħab.

Tul ta' Żmien tal-Attività Minn 3 ijiem sa xahrejn; esklużi l-ġranet għall-ivvjaġġar
Programmi ta’ Studju Intensiv

Parteċipanti Eliġibbli

  • Studenti: Studenti tal-edukazzjoni għolja reġistrati f'HEI parteċipanti f'Pajjiż tal-Programm.
  • Persunal li jgħallem: persunal li jgħallem minn HEIs parteċipanti f'Pajjiżi tal-Programm jew f'Pajjiżi Sħab.
  • Għalliema mistiedna: persunal li jgħallem minn HEIs mhux parteċipanti, u esperti/speċjalisti/professjonisti minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra tal-Pajjiżi tal-Programm jew tal-Pajjiżi Sħab.

Tul ta' Żmien tal-Attività

  • Studenti: minn 5 ijiem sa xahrejn; esklużi l-ġranet għall-ivvjaġġar
  • Persunal li jgħallem (inklużi għalliema mistednin): Minn jum wieħed sa xahrejn; esklużi l-ġranet għall-ivvjaġġar

Mobilità mħallta ta' tfal tal-iskola, studenti u żgħażagħ (il-mobilità fiżika għal perjodu qasir flimkien ma' mobilità virtwali)

parteċipanti eliġibbli

  • L-apprendisti, l-istudenti tal-ETV, l-istudenti ta' edukazzjoni għolja13, l-istudenti adulti, u t-tfal tal-iskola li ġejjin minn organizzazzjonijiet parteċipanti f'Pajjiżi tal-Programm. Żgħażagħ mill-Pajjiżi tal-Programm.
tul ta' żmien tal-attività Minn 5 ijiem sa xahrejn; esklużi l-ġranet għall-ivvjaġġar

Skambji għal perjodu qasir ta' gruppi ta' tfal tal-iskola (inklużi studenti tal-ETV)

Parteċipanti eliġibbli It-tfal tal-iskola u studenti tal-ETC ta' kull età reġistrati fi skola parteċipanti (inklużi organizzazzjonijiet tal-ETV) f'Pajjiż tal-Programm u akkumpanjati minn persunal tal-iskola.
Tul ta' żmien tal-attività Minn 3 ijiem sa xahrejn; esklużi l-ġranet għall-ivvjaġġar

Assignment ta' tagħlim jew taħriġ għal perjodu twil

Parteċipanti eliġibbli Il-professuri, l-għalliema, il-trainers, il-persunal edukattiv u amministrattiv li jaħdem fl-organizzazzjonijiet parteċipanti f'Pajjiżi tal-Programm.
Tul ta' żmien tal-attività Minn xahrejn sa 12-il xahar

Mobilità tal-istudju għal perjodu twil għat-tfal tal-iskola

Parteċipanti eliġibbli Tfal tal-iskola li għandhom 14-il sena jew aktar, reġistrati fi skola parteċipanti f'Pajjiż tal-Programm.
Tul ta' żmien tal-attività Minn xahrejn sa 12-il xahar

Mobilità għal perjodu twil tal-ħaddiema fost iż-żgħażagħ

Parteċipanti eliġibbli Ħaddiema fost iż-żgħażagħ mill-Pajjiżi tal-Programm.
Tul ta' żmien tal-attività Minn xahrejn sa 12-il xahar

 

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

 

Kriterji tal-għoti

Skont l-objettivi tal-proġett, l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti, l-impatt mistenni, u elementi oħra, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jkunu ta’ daqsijiet differenti, u jadattaw għall-attivitajiet tagħhom kif xieraq. F’termini simplifikati, din l-azzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet parteċipanti jiksbu esperjenza fil-kooperazzjoni internazzjonali u jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom, kif ukoll jipproduċu riżultati tanġibbli innovattivi ta’ kwalità għolja. Il-valutazzjoni kwalitattiva tal-proġett se tkun proporzjonata għall-objettivi tal-kooperazzjoni u n-natura tal-organizzazzjonijiet involuti.

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett

(massimu 30 punt)

 

Ir-rilevanza tal-proposta għal dan li ġej:

  • l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-għanijiet u l-prijoritajiet ta' Sħubija Strateġika")
  • Jekk il-proposta tindirizza l-prijorità orizzontali "inklużjoni soċjali", din għandha titqies bħala rilevanti ħafna.
  • Jekk il-proposta tindirizza waħda jew aktar mill-"Prijoritajiet Ewropej fil-kuntest nazzjonali", kif imħabbar mill-Aġenzija Nazzjonali, din għandha titqies bħala rilevanti ħafna.

Kemm:

  • il-proposta hi bbażata fuq analiżi ġenwina u xierqa tal-bżonnijiet;
  • l-objettivi huma ddefiniti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-gruppi fil-mira;
  • il-proposta hi xierqa biex issawwar sinerġiji bejn l-oqsma differenti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;
  • il-proposta hi innovattiva u/jew komplementari għal inizjattivi oħra li diġà twettqu mill-organizzazzjonijiet parteċipanti;
  • il-proposta ġġib valur miżjud fil-livell tal-UE permezz ta' riżultati li ma kinux jinkisbu minn attivitajiet imwettqa f'pajjiż wieħed.

Kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett

(massimu 20 punt)

 

 

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-programm ta' ħidma, inklużi fażijiet xierqa għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid;
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett u l-attivitajiet proposti;
  • Il-kwalità u l-fattibbiltà tal-metodoloġija proposta;
  • L-eżistenza u r-rilevanza tal-miżuri ta' kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġett hi ta' kwalità, titlesta fil-ħin u skont il-baġit;
  • Kemm il-proġett hu kosteffettiv u jalloka riżorsi xierqa għal kull attività.
  • Jekk applikabbli, l-użu tal-pjattaformi online ta' Erasmus+ (eż. l-eTwinning; l-EPALE; is-School Education Gateway) bħala għodda għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-attivitajiet tal-proġett.
  • Għal Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel:
    • kemm il-proġetti qed jibnu fuq proġetti ta' eTwinning ta' qabel jew li għadhom għaddejjin;
    • kemm il-proġett qed juża l-eTwinning flimkien mal-mobilità fiżika biex joħloq  skambji itwal, aktar frekwenti u aktar rikki bejn tfal tal-iskola u għalliema f'pajjiżi differenti (mobilità mħallta).

Jekk il-proġett jippjana attivitajiet ta' taħriġ jew tagħlim:

  • Il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, tal-mmaniġġjar u tal-modalitajiet ta' appoġġ fil-attivitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ;
  • Kemm dawn l-attivitajiet huma xierqa għall-miri tal-proġett u jinvolvu n-numru xieraq ta' parteċipanti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti, b'konformità mal-għodod u l-prinċipji Ewropej ta' trasparenza u rikonoxximent.

     

Kwalità tat-tim tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni

(massimu 20 punt)

 

 

  • Kemm:
    • il-proġett jinvolvi taħlita xierqa ta' organizzazzjonijiet parteċipanti komplementari bil-profil, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa biex jitlestew b'suċċess l-aspetti kollha tal-proġett;
    • id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-kompiti turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha;
    • jekk ikun rilevanti għat-tip ta' proġett, il-proġett jinvolvi l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet minn oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ differenti u setturi soċjoekonomiċi oħra14;
  • Kemm il-proġett jinvolvi parteċipanti ġodda għall-Azzjoni.
  • Għal Sħubijiet ta' Skambji Skolastiċi: kemm il-proġett jinvolvi skejjel u l-eTwinning u joħloq opportunitajiet għalihom biex jippromwovu l-aħjar prattiki fl-eTwinning u jipprovdi mentorship għal skejjel oħra li għandhom inqas esperjenzi fl-użu tal-eTwinning.
  • L-eżistenza ta' mekkaniżmi effettivi għall-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, kif ukoll partijiet rilevanti oħra.
  • Jekk ikun applikabbli, kemm l-involviment ta' organizzazzjoni parteċipanti minn Pajjiż Sieħeb iġib valur miżjud għall-proġett (jekk din il-kundizzjoni ma tiġix sodisfatta, il-proġett mhux se jiġi kkunsidrat għall-għażla).

Impatt u tixrid (massimu 30 punt)

 

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tal-eżiti tal-proġett
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li qed jipparteċipaw direttament fil-proġett, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew.
  • Il-kwalità tal-pjan ta' tixrid: l-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn il-kondiviżjoni tal-eżiti tal-proġett fi ħdan l-organizzazzjonijiet parteċipanti u barra minnhom;
  • Jekk ikun rilevanti, kemm il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-media prodotti se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas u jiġu promossi permezz ta' liċenzji miftuħa, u ma jkunx fihom limitazzjonijiet sproporzjonati;
  • Il-kwalità tal-pjanijiet biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-proġett: il-kapaċita tiegħu li jibqa' jkollu impatt u jipproduċi riżultati wara li tkun intużat l-għotja tal-UE.

 

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-anqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-anqas nofs il-punti massimi f'kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq (jiġifieri tal-anqas 15-il punt għall-kategoriji "rilevanza tal-proġett" u "impatt u tixrid"; 10 punti għall-kategoriji "kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett", u "kwalità tat-tim tal-proġett u tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni"). Proposti li ma jindirizzawx tal-anqas prijorità waħda tal-Azzjoni ma jiġux iffinanzjati.

Formati Speċifiċi ta' Sħubija Strateġika

Is-Sħubijiet Strateġiċi jappoġġjaw firxa wiesgħa u flessibbli ta' attivitajiet sabiex jimplimentaw proġetti ta' kwalità għolja, jippromwovu l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet, u jappoġġjaw żviluppi ta' politika fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali.

Skont l-objettivi tal-proġett, l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti, l-impatt mistenni, u elementi oħra, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jkunu ta' daqsijiet differenti, u jadattaw għall-attivitajiet tagħhom kif xieraq.

Fost il-varjetà kbira ta' attivitajiet u formati ta' proġetti, is-Sħubijiet Strateġiċi li ġejjin għandhom karatteristiċi speċifiċi.

Sħubijiet għall-Iskambji tal-Iskejjel

L-għan ewlieni tas-Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel hu li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea fl-iskejjel parteċipanti, biex jibnu l-kapaċità tagħhom għal kooperazzjoni transkonfinali u l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma' sfidi ġodda. Bl-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità għat-tfal tal-iskola, dawn is-sħubijiet se jippromwovu wkoll il-valuri komuni tal-libertà, l-inklużjoni, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni kif enfasizzat fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi ta' Marzu 2015.

Is-Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel jistgħu jimplimentaw attivitajiet differenti għal skambju ta' persunal u tfal tal-iskola:

  • Skambji għal perjodu qasir ta' gruppi ta' tfal tal-iskola (minn 3 ijiem sa xahrejn): tfal tal-iskola minn pajjiżi differenti jistgħu jaħdmu flimkien f'attivitajiet konnessi mal-għanijiet tas-sħubija. L-attivitajiet ta' skambju għal perjodu qasir huma mfasslin biex joffru esperjenzi internazzjonali ta' tagħlim lit-tfal tal-iskola, biex jiżviluppawlhom il-fehim tagħhom dwar id-diversità tal-kulturi u tal-lingwi Ewropej, u biex jgħinuhom jiksbu kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali għall-iżvilupp personali tagħhom.
  • Mobilità tal-istudju għal perjodu twil tat-tfal tal-iskola (minn xahrejn sa 12-il xahar): it-tfal tal-iskola li għandhom tal-anqas 14-il sena jistgħu jqattgħu perjodu fi skola li tilqa' u f'familja ospitanti barra l-pajjiż. L-iskejjel li jibagħtu u li jospitaw mistennija li jiżguraw eżiti tat-tagħlim ta' kwalità għolja, li jipprovdu rikonoxximent adatt għat-tfal tal-iskola involuti, u li jappoġġjawhom b'mod konsistenti matul il-perjodu ta' mobilità tagħhom. L-applikanti għal Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel jistgħu jiffokaw kompletament fuq l-organizzazzjoni ta' mobilità għal perjodu twil ta' tfal tal-iskola bħala għodda biex jiġi żviluppat il-potenzjal għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-iskejjel involuti.
  • Avvenimenti konġunti ta' taħriġ tal-persunal għal perjodu qasir (minn 3 ijiem sa xahrejn): persunal li jgħallem u li ma jgħallimx jistgħu jaħdmu flimkien biex jaqsmu l-esperjenza u l-għarfien, jew sabiex jirċievu taħriġ konġunt.
  • Assignment ta' tagħlim jew taħriġ għal perjodu twil (minn xahrejn sa 12-il xahar); permezz ta' stazzjonar aktar fit-tul fi skola sieħba, din l-attività tippermetti lill-persunal sabiex jiżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħu tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' pajjiżi oħrajn, u tgħinhom jaqsmu u jiksbu kompetenzi, metodi u prattiki professjonali.

 

L-eTwinning fi Sħubijiet ta' Skambji tal-Iskejjel

Il-kombinament tal-mobilità u l-iskambji fiżiċi mal-kooperazzjoni virtwali jistgħu jkunu element importanti fis-Sħubijiet tal-Iskambji tal-Iskejjel. B'mod partikolari, il-proġetti huma mħeġġa bi sħiħ biex jużaw l-eTwinning sabiex jaħdmu flimkien qabel, matul u wara l-attivitajiet tal-proġett.

Biex juru s-saħħa tal-proposti tagħhom f'termini ta' użu tal-eTwinning, l-applikanti għandhom jispjegaw l-elementi rilevanti fl-applikazzjoni tal-proġett tagħhom. L-elementi partikolarment importanti jinkludu:

  • L-involviment ta' skejjel li għandhom tikketta tal-iskola tal-eTwinning15 fil-proġett u joħolqu opportunitajiet għalihom biex jippromwovu l-aħjar prattiki fil-eTwinning u jipprovdu mentorship lil skejjel oħra li għandhom inqas esperjenza fl-użu tal- eTwinning;
  • Preżentazzjoni ta' pjanijiet konkreti għal bini fuq proġetti tal- eTwinning ta' qabel jew li għadhom għaddejjin;
  • L-użu tal- eTwinning b'kombinament ma' mobilità fiżika biex jinħolqu skambji itwal, aktar frekwenti u aktar rikki bejn tfal tal-iskola u għalliema f'pajjiżi differenti (mobilità mħallta).

 

Kriterji tal-eliġibilità speċifiċi li japplikaw għal sħubijiet għall-iskambji tal-iskejjel

Imqabblin ma' Sħubijiet Strateġiċi oħrajn, ir-regoli speċifiċi li ġejjin se japplikaw għal dan il-format:

  • Is-sħubijiet għandhom jinvolvu minimu ta' żewġ skejjel u massimu ta' sitt skejjel16;
  • Jistgħu jipparteċipaw biss skejjel mill-Pajjiżi tal-Programm;
  • Bħala regola ġenerali, il-proġetti jdumu bejn 12 u 24 xahar. Jekk iġġustifikat mill-pjan tax-xogħol tagħhom, huma biss il-proġetti li jorganizzaw mobilità għal perjodu twil ta' tfal tal-iskola biss jistgħu jdumu sa 36 xahar;
  • Il-fondi huma pprovduti għall-attivitajiet ta' mobilità ta' persunal u tfal tal-iskola (inklużi l-għalliema jew persuni kkwalifikati oħra li jakkompanjawhom), kif ukoll l-immaniġġjar ġenerali tal-proġetti u l-ispejjeż ta' implimentazzjoni. Il-finanzjament iddedikat mhuwiex ipprovdut għall-Outputs Intellettwali, l-Avvenimenti Multiplikaturi u l-Laqgħat Transnazzjonali tal-Proġett. Jistgħu jintalbu fondi addizzjonali kemm għall-appoġġ lill-parteċipanti bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll għal Spejjeż eċċezzjonali, jekk iġġustifikati. Għad-dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta it-taqsima "X'inhuma ir-regoli dwar il-finanzjament?", hawn taħt:
  • Il-finanzjament se jkun limitat għal massimu ta' EUR 16 500 fis-sena u għal kull skola parteċipanti. Dan il-limitu massimu se japplika fil-livell ta' proġett.17Kemm il-fondi għall-appoġġ lill-parteċipanti bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll l-ispejjeż kbar Eċċezzjonali għall-ivvjaġġar mhumiex se jitqiesu għal dan il-limitu.

Is-Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel li jkollhom suċċess jużaw mudell kontraenti speċifiku mqabbel ma' modi oħrajn ta' Sħubijiet Strateġiċi. Fl-istadju tal-applikazzjoni, l-iskola applikanti tmexxi l-proġett u tapplika f'isem l-iskejjel parteċipanti kollha. Madankollu, meta tintgħażel is-sħubija, kull skola parteċipanti tiffirma ftehim tal-għotja separat mal-Aġenzija Nazzjonali stabbilita f'pajjiżha. L-iskola applikanti tibqa' żżomm ir-rwol ta' koordinazzjoni għat-tul ta' żmien tal-proġett u se tkun responsabbli għar-rapportar dwar ir-riżultati ġenerali tal-proġett, filwaqt li l-iskejjel sħab jirrapportaw biss dwar l-ispejjeż speċifiċi tagħhom.

Inizjattivi Transnazzjonali taż-Żgħażagħ18

Dawn is-Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom l-għan li jrawmu l-impenn soċjali u l-ispirtu intraprenditorjali taż-żgħażagħ. Pereżempju, dawn l-inizjattivi jistgħu jikkonċernaw:

  • l-istabbiliment ta' (netwerks ta') intrapiżi soċjali, assoċjazzjonijiet, għaqdiet, NGOs,
  • l-iżvilupp u l-għoti ta' korsijiet u taħriġ dwar l-edukazzjoni intraprenditorjali (b'mod partikulari l-intraprenditorja soċjali u l-użu tal-ICTs);
  • l-informazzjoni, il-litteriżmu fil-media, l-azzjonijiet ta' sensitizzazzjoni, jew l-azzjonijiet li jistimolaw l-impenn ċiviku fost iż-żgħażagħ (eż. dibattiti, konferenzi, avvenimenti, konsultazzjonijiet, inizjattivi b'rabta ma' suġġetti Ewropej, eċċ.);
  • l-azzjonijiet għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali (eż. l-appoġġ għall-gruppi vulnerabbli bħall-anzjani, il-minoranzi, il-migranti, il-persuni b'diżabilità, eċċ.);
  • l-inizjattivi artistiċi u kulturali (drammi teatrali, wirjiet, wirjiet mużikali, fora ta' diskussjoni, eċċ.).

Il-karatteristika distintiva ta' dan il-format ta' Sħubijiet Strateġiċi hu li Inizjattiva taż-Żgħażagħ tinbeda, tiġi stabbilita u titwettaq miż-żgħażagħ infushom.

X'għandek tkun taf aktar dwar din l-Azzjoni?

Appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali fl-edukazzjoni fl-iskejjel

Is-Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel għandhom l-opportunità li japplikaw għall-proġetti bbażati madwar il-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet min pajjiżi differenti. L-aspett distintiv ta' dawn is-sħubijiet hu l-involviment strateġiku tal-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali tal-iskola. Sabiex tinħoloq applikazzjoni li tirnexxi, l-awtoritajiet lokali jew reġjonali għandhom jieħdu rwol ta' tmexxija fl-ippjanar tal-attivitajiet li jindirizzaw kwistjoni komuni permezz tal-involviment tal-organizzazzjonijiet mis-settur ċivili u dak privat flimkien ma' skejjel fil-komunità tagħhom.

Spejjeż eċċezzjonali

L-applikanti ta' Sħubijiet Strateġiċi li jorganizzaw l-attivitajiet tat-tagħlim u tat-taħriġ se jitħallew jitolbu finanzjament taħt l-intestatura tal-baġit "spejjeż eċċezzjonali" (sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż eliġibbli totali: ara "X'inhuma ir-regoli dwar il-finanzjament?"), inklużi każijiet fejn il-parteċipanti jagħżlu mezzi tat-trasport aktar nodfa b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (eż. tren) li jirriżultaw fi spejjeż tal-ivvjaġġar aktar għoljin. Dan ikun permess sakemm l-applikanti jkunu jistgħu jiġġustifikaw li r-regoli dwar il-finanzjament standard (ibbażati fuq l-kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji għal kull faxxa ta' distanza tal-ivvjaġġar) ma jkoprux tal-anqas 70% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti. Jekk tingħataw, l-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli jissostitwixxu l-għotja tal-ivvjaġġar standard.

SĦUBIJIET STRATEĠIĊI B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19

X’INHUMA L-GĦANIJIET U L-PRIJORITAJIET TA’ SĦUBIJA STRATEĠIKA B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19? 

Il-pandemija tal-COVID-19 mhux biss poġġiet limiti fil-mod kif in-nies jistgħu jirrelataw ma’ xulxin u jwettqu l-kompiti l-aktar bażiċi tagħhom ta’ kuljum, iżda kellha wkoll impatt sinifikanti fuq it-twassil regolari tal-politiki dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Fi żmien tant kritiku għas-soċjetajiet tagħna, l-aċċess għall-edukazzjoni qed jirriżulta, aktar minn qatt qabel, li huwa essenzjali biex jiġi żgurat irkupru malajr, filwaqt li jiġu promossi opportunitajiet indaqs fost in-nies ta’ kull sfond. 

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Programm Erasmus+ jilqa’ l-isfida biex jikkonferma r-rwol tiegħu bħala l-istrument ewlieni tal-UE li jappoġġja l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fiż-żgħażagħ u fl-isport kif ukoll li jipprovdi opportunitajiet għall-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali tan-nies fl-Ewropa u lil hinn minnha, bil-għan li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura. 

Sabiex ikun hemm rispons għaċ-ċirkostanzi maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19, fl-2020, il-programm Erasmus+ se jappoġġja b’mod eċċezzjonali:

  • Sħubijiet għat-Tħejjija tal-Edukazzjoni Diġitali (fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-edukazzjoni għolja): dawn il-proġetti għandhom l-għan li jgħammru s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biex jiffaċċjaw l-isfidi ppreżentati mill-bidla reċenti u f’daqqa għal apprendiment online u mill-bogħod, inkluż l-appoġġ għall-għalliema biex jiżviluppaw kompetenzi diġitali u jissalvagwardjaw in-natura inklużiva tal-opportunitajiet ta’ tagħlim.

    Il-kriżi attwali tal-COVID-19 ħaffet ħafna l-ħtieġa għall-modernizzazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ madwar l-Ewropa. L-għan huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li jipprovdu edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u inklużiva. L-enfasi se tkun fuq il-bini tal-kapaċità biex jiġi implimentat tagħlim u apprendiment online, imħallat u mill-bogħod; biex jiġu żviluppati kompetenzi pedagoġiċi diġitali tal-edukaturi, li jippermettulhom iwasslu edukazzjoni diġitali inklużiva ta’ kwalità għolja; u biex jiġi żviluppat u/jew jintuża kontenut diġitali ta’ kwalità għolja bħal riżorsi u għodod online innovattivi. Is-sħubijiet se jippromwovu n-networking tal-istituzzjonijiet madwar l-UE, il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert, u l-kollaborazzjoni mal-fornituri tat-teknoloġija diġitali u l-esperti fit-teknoloġiji edukattivi u l-prattika pedagoġika rilevanti, biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet imfassla apposta adattati għall-isfidi u għar-realtajiet lokali.
     
  • Sħubijiet għall-Kreattività (fl-oqsma taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni fl-iskejjel u tal-edukazzjoni għall-adulti): Il-kriżi tal-COVID-19 laqtet partikolarment ħażin lis-setturi kulturali u kreattivi. Is-Sħubijiet għall-Kreattività għandhom l-għan li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni formali, informali u mhux formali, flimkien ma’ dawk mis-setturi kreattivi u kulturali biex jistimulaw l-għarfien Ewropew u jagħtu s-setgħa lin-nies tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri – irrispettivament mill-isfond soċjali u kulturali – biex ikunu innovaturi ta’ suċċess fl-ambjent lokali tagħhom. Wieħed mill-għanijiet huwa wkoll li ż-żgħażagħ u l-adulti jiġu mgħammra bl-għodod u bil-kompetenzi meħtieġa biex joħorġu b'soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi biex jiffaċċjaw riskji bla preċedent, u sfidi tas-soċjetà, kif ukoll biex jidentifikaw opportunitajiet li jistgħu jiġu mfittxija f’kuntest kritiku. Din l-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi li jsaħħu l-kreattività, kif ukoll li tagħti spinta lill-kwalità, lill-innovazzjoni u lir-rikonoxximent tal-ħidma taż-żgħażagħ li jappoġġjaw il-potenzjal kreattiv taż-żgħażagħ, u b’hekk tikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-irkupru tas-setturi kulturali u kreattivi. 

    Dawn il-proġetti jsaħħu l-kooperazzjoni transsettorjali b’enfasi fuq il-kreattività, iċ-ċittadinanza Ewropea u l-għarfien kulturali taċ-ċittadini kollha; permezz ta’ din l-azzjoni, il-Programm jista’ wkoll itejjeb l-inklużjoni soċjali permezz tal-arti, billi jrawwem approċċi innovattivi ta’ djalogu parteċipattiv u interkulturali li jorbtu lill-partijiet interessati fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fiż-żgħażagħ mal-organizzazzjonijiet ta’ bażi tas-settur kulturali u kreattiv.  

    Sħubijiet mas-settur tal-edukazzjoni formali, informali u mhux formali li jiffokaw fuq iż-żgħażagħ u fuq il-professjonisti jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati kemm l-isfidi soċjali ewlenin li qed jiffaċċjaw is-setturi kulturali u kreattivi fid-dawl ta’ din il-kriżi globali kif ukoll l-opportunitajiet għalihom li l-kriżi għamlet evidenti. Fl-aħħar mill-aħħar, din il-kooperazzjoni transsettorjali għandha tikkomplementa l-isforzi biex tgħin lis-setturi kulturali u kreattivi jirkupraw mill-kriżi f’termini ta’ rkupru ekoloġiku, aktar diġitali u reżiljenti, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-prijoritajiet strateġiċi tal-UE.

X’INHUMA L-GRUPPI FIL-MIRA U L-PRIJORITAJIET INDIRIZZATI MIS-SĦUBIJA STRATEĠIKA B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19? 

Irrispettivament mill-qasam milqut mill-proġett, Sħubijiet Strateġiċi huma miftuħin għal kwalunkwe tip ta’ organizzazzjoni attiva fi kwalunkwe qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ jew setturi soċjoekonomiċi oħrajn kif ukoll għal organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet li huma trasversali għal oqsma differenti (eż. awtoritajiet lokali u reġjonali, ċentri ta’ rikonoxximent u validazzjoni, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet kummerċjali, ċentri ta’ gwida, organizzazzjonijiet kulturali). Skont il-prijorità u l-objettivi indirizzati mill-proġett, is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom jinvolvu l-iktar firxa adegwata u differenti ta’ sħab biex jibbenefikaw mill-esperjenzi, il-profili u l-għarfien espert speċifiku differenti tagħhom u biex jipproduċi riżultati relevanti u ta’ kwalità għolja tal-proġett. 

Biex jiġu ffinanzjati, il-proġetti iridu jindirizzaw wieħed mill-prijoritajiet li ġejjin:

  • Prattiki innovattivi f’era diġitali: Il-Programm Erasmus+ se jappoġġja l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali u ta’ pedagoġiji innovattivi u miftuħa fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fiż-żgħażagħ u fl-isport. Se tingħata attenzjoni partikolari għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-indirizzar tad-differenzi fir-rigward tal-aċċess u l-użu minn gruppi sottorappreżentati. Il-Programm se jappoġġja wkoll l-użu tal-oqfsa Ewropej dwar il-kompetenzi diġitali tal-edukaturi, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet, inkluż l-iżvilupp u l-użu ta’ riżorsi edukattivi miftuħa, kotba tal-iskola b'aċċess miftuħ, u software edukattiv b’xejn u b’sors miftuħ. Se tingħata prijorità lil azzjonijiet li jippromwovu metodi u għodod innovattivi għat-tagħlim, it-taħriġ, l-apprendiment u l-valutazzjoni bħala xprunaturi għat-titjib fit-tagħlim tul il-ħajja. L-Erasmus+ irid ikompli jiġi mmobilizzat biex jappoġġja l-proċess ta’ rkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u juri r-rispons, l-adattabbiltà u l-flessibbiltà. Għalhekk, se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-bini tat-tħejjija tal-edukazzjoni diġitali u għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi fuq uħud mis-setturi li ntlaqtu l-aktar.
     
  • L-iżvilupp tal-ħiliet u l-inklużjoni permezz tal-kreattività u l-arti. Se tingħata prijorità lill-attivitajiet edukattivi u t-tagħlim tul il-ħajja, it-tagħlim informali u mhux formali u l-ħidma fost iż-żgħażagħ (inkluż il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ) b’komponent kulturali u kreattiv li jgħin lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u lill-professjonisti jiksbu ħiliet u kompetenzi, inkluż kompetenzi diġitali, li jsaħħu l-kreattività fl-edukazzjoni, kif ukoll li jagħtu spinta lill-kwalità, l-innovazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li jappoġġjaw il-potenzjal kreattiv taż-żgħażagħ, u b’hekk jikkontribwixxu għar-reżiljenza tas-setturi kulturali u kreattivi. Se tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni soċjali permezz tal-arti, billi jitrawmu approċċi innovattivi ta’ djalogu parteċipattiv u interkulturali li jorbtu l-partijiet interessati fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fiż-żgħażagħ mal-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi.

Barra minn hekk, il-proġetti jistgħu jiffukaw fuq prijoritajiet orizzontali jew speċifiċi għas-settur oħrajn, definiti fit-taqsima preċedenti “Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ - X’inhuma l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ Sħubija Strateġika”.

X’INHUMA L-ATTIVITAJIET APPOĠĠJATI FI SĦUBIJA STRATEĠIKA B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19? 

Matul il-ħajja ta’ proġett, u skont it-tip ta’ Sħubija Strateġika, il-proġetti jistgħu tipikament iwettqu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, pereżempju:

  • attivitajiet li jsaħħu l-kooperazzjoni u n-networking bejn l-organizzazzjonijiet;
  • l-ittestjar u/jew l-implimentazzjoni ta’ prattiki innovattivi fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ; 
  • attivitajiet li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi akkwistati permezz tat-tagħlim formali, mhux formali u informali;
  • attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali biex jiġi promoss l-iżvilupp tas-sistemi ta’ edukazzjoni, ta’ taħriġ u taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni tagħhom f’azzjonijiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali;
  • attivitajiet sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti jiġu mħejjija aħjar u jintużaw għall-isfidi tal-ekwità, tad-diversità u tal-inklużjoni fl-ambjent tat-tagħlim

Bħala reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-COVID-19, huwa partikolarment rilevanti li s-Sħubijiet Strateġiċi jimplimentaw l-attivitajiet li ġejjin (lista mhux eżawrjenti):  

Sħubijiet għat--Tħejjija tal-Edukazzjoni Diġitali:  

  • attivitajiet biex jintużaw għodod u metodi diġitali biex tingħata edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva permezz ta’ mezzi online/virtwali, inkluż tagħlim, taħriġ u apprendiment imħallat;
  • attivitajiet li jappoġġjaw lill-istudenti, lill-għalliema u lil min iħarreġ biex jadattaw għall-apprendiment online/ mill-bogħod;
  • attivitajiet biex jiġi mgħallem u promoss użu aktar sikur u aktar responsabbli tat-teknoloġija diġitali;
  • attivitajiet biex ikun mifhum kif l-aħjar tiġi inkorporata t-teknoloġija diġitali online f’tagħlim, taħriġ u apprendiment speċifiku għas-suġġett, inkluż it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol.

“Sħubijiet għall-Kreattività”:

  • attivitajiet relatati mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni mhux formali u formali, billi jissaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi;
  • miżuri biex titħaffef it-trasformazzjoni diġitali u l-użu ta’ mezzi diġitali biex ikun hemm adattament għall-mod kif jinħolqu, jiġu ġestiti, imxerrda, aċċessati u kkunsmati l-prodotti kreattivi, l-oġġetti u l-avvenimenti kulturali;
  • attivitajiet li jippromwovu ċittadinanza attiva u inklużjoni soċjali permezz tal-arti, speċjalment fost iż-żgħażagħ;
  • attivitajiet li jikkoltivaw it-talenti u jrawmu l-intraprenditorija (inkluż l-intraprenditorija soċjali) f’oqsma kulturali u kreattivi; 
  • għodod u riżorsi ta’ tagħlim, materjali, korsijiet u moduli ta’ taħriġ biex jiġu mrawma l-kreattività, il-kultura u l-multikulturaliżmu; 
  • inizjattivi artistiċi u kulturali b’dimensjoni edukattiva jew immirati biex iqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet tas-soċjetà u kwistjonijiet Ewropej (teatru, wirjiet, wirjiet tal-mużika, fora ta’ diskussjoni, eċċ.); 
  • attivitajiet biex jiġu stabbiliti jew imsaħħa networks u mudelli ġodda ta’ kollaborazzjoni (b’mod partikolari permezz ta’ mezzi virtwali) li jistimulaw l-impenn interkulturali u li jiffjorixxu mentalità kreattiva fost iċ-ċittadini, b’mod partikolari ż-żgħażagħ;
  • attivitajiet ta’ mobbiltà minn pajjiż għall-ieħor li jippromwovu opportunitajiet ta’ tagħlim fi spazji kreattivi u siti tal-wirt kulturali, inkluż residenzi kreattivi għall-artisti u l-kreaturi fl-oqsma tal-edukazzjoni mhux formali/formali u l-ħidma fost iż-żgħażagħ.

L-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni virtwali huma kruċjali għal Sħubijiet ta’ suċċess fil-kuntest tal-COVID-19. B’mod partikolari, il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel u l-edukazzjoni għall-adulti huma mħeġġa bil-qawwa biex jużaw il-Pjattaformi ta’ eTwinning, School Education Gateway u EPALE biex jaħdmu flimkien qabel, matul u wara l-attivitajiet tal-proġett. 

Is-sħubijiet jistgħu jorganizzaw ukoll attivitajiet ta’ apprendiment, tagħlim u taħriġ transnazzjonali tal-individwi (inkluż mobilità mħallta), diment li jġibu magħhom valur miżjud fl-ilħuq tal-objettivi tal-proġett.  Uħud minn dawn l-attivitajiet huma partikolarment rilevanti f’qasam wieħed jew iktar tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ. Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-attivitajiet appoġġjati, ara l-Anness I.

MIN JISTA’ JIEĦU SEHEM FI SĦUBIJA STRATEĠIKA B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19?

Bħala regola ġenerali, is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom fil-mira l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet stabbiliti fil-Pajjiżi tal-Programm. Madankollu, l-organizzazzjonijiet mill-Pajjiżi Sieħba jistgħu jkunu involuti fi Sħubija Strateġika, bħala sħab (mhux bħala applikanti), jekk il-parteċipazzjoni tagħhom iġġib magħha valur miżjud essenzjali għall-proġett.

Minbarra l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem b’mod formali fil-proġett u li jirċievu fondi tal-UE, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jinvolvu wkoll sħab assoċjati mis-settur pubbliku jew privat li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-kompiti/attivitajiet tal-proġett speċifiku jew jappoġġjaw it-tixrid u s-sostenibbiltà tal-proġett. Għal kwistjonijiet ta’ ġestjoni kuntrattwali, is-sħab assoċjati mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-sħab tal-proġett u ma jirċivux finanzjament. Madankollu, l-involviment u r-rwol tagħhom fil-proġett u f’attivitajiet differenti għandu jiġi deskritt b’mod ċar. 

X’INHUMA L-KRITERJI UŻATI BIEX TIĠI VVALUTATA SĦUBIJA STRATEĠIKA B’REAZZJONI GĦAS-SITWAZZJONI TAL-COVID-19? 

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li Sħubija Strateġika fil-kuntest tal-COVID-19 trid tirrispetta biex tkun eliġibbli għal għotja tal-Erasmus+:

KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ ĠENERALI

 

L-organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Organizzazzjoni parteċipanti tista’ tkun kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata, stabbilita f’Pajjiż tal-Programm jew fi kwalunkwe Pajjiż Sieħeb tad-dinja (ara t-taqsima “Pajjiżi Eliġibbli” fil-Parti A ta’ din il-Gwida).

Pereżempju, tali organizzazzjoni tista’ tkun:

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja;
  • skola/istitut/ċentru edukattiv (fi kwalunkwe livell, mill-edukazzjoni preprimarja sa edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell, u bl-inklużjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-edukazzjoni għall-adulti);
  • organizzazzjoni, assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, NGO;
  • intrapriża pubblika jew privata, żgħira, ta’ daqs medju jew kbira (inkluż l-intrapriżi soċjali);
  • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inkluż il-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-assoċjazzjonijiet tal-artiġjanat/professjonali u t-trade unions;
  • istitut tar-riċerka;
  • fondazzjoni;
  • ċentru ta’ taħriġ imħaddem bejn kumpaniji;
  • intrapriżi li jipprovdu taħriġ kondiviż (taħriġ kollaborattiv);
  • organizzazzjoni kulturali, librerija, mużew;
  • korp li jipprovdi gwida għall-karriera, servizzi ta’ konsulenza professjonali u ta’ informazzjoni;
  • korp li jivvalida l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta’ tagħlim mhux formali u informali;
  • NGO Ewropea għaż-Żgħażagħ;
  • grupp ta’ żgħażagħ attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ (jiġifieri grupp informali ta’ żgħażagħ19). 

L-Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja (HEIs) stabbiliti f’Pajjiż tal-Programm irid ikollhom Karta għall-Edukazzjoni Għolja tal-Erasmus (ECHE). Mhix meħtieġa ECHE f’HEIs parteċipanti f’Pajjiżi Sieħba, iżda dawn se jkollhom jikkonformaw mal-prinċipji tagħha.
Għas-Sħubijiet għall-Kreattività, is-sejħa hija miftuħa b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet attivi fis-setturi kulturali u kreattivi, li jfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet kreattivi oħra, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma orjentati lejn is-suq kif ukoll jekk mhumiex orjentati lejn is-suq, ikun xi jkun it-tip ta’ struttura li twettaqhom, u irrispettivament minn kif tiġi ffinanzjata din l-istruttura. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, it-tixrid u l-preservazzjoni ta’ oġġetti u servizzi li jinkorporaw l-espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħrajn, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni.

Min jista’ japplika?

L-applikant jista’ jkun kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f’Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f’isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

Sħubija Strateġika hija transnazzjonali u tinvolvi mill-inqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet Pajjiżi tal-Programm differenti. Ma hemm ebda numru massimu ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti. Madankollu, il-baġit għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett għandu massimu (u huwa ekwivalenti għal 10 organizzazzjonijiet parteċipanti). L-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha jridu jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja.

Post(ijiet) tal-attivitajiet

L-attivitajiet fiżiċi jridu jsiru fil-pajjiżi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti fil-proġett. L-attivitajiet ta’ apprendiment, tagħlim u taħriġ għall-istudenti u l-attivitajiet fit-tul għall-persunal jistgħu jiġu organizzati biss fil-pajjiżi tal-Programm

Barra minn hekk, jekk ikun debitament iġġustifikat fir-rigward tal-objettivi jew tal-implimentazzjoni tal-proġett: 

  • Jistgħu jsiru wkoll attivitajiet fis-sede ta’ Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, anke jekk fil-proġett ma jkunx hemm organizzazzjonijiet parteċipanti mill-pajjiż li jospita l-Istituzzjoni20
  • L-avvenimenti multiplikaturi jistgħu jiġu ospitati fil-pajjiż ta’ kwalunkwe wieħed mis-sħab assoċjati involuti fis-Sħubija Strateġika.

Durata tal-proġett

Sħubijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ: bejn 12-il xahar u 24 xahar. 

Sħubijiet fil-qasam taż-żgħażagħ: bejn 6 xhur u 24 xahar. 

Id-durata trid tintgħażel fl-istadju ta’ applikazzjoni, abbażi tal-objettiv tal-proġett u t-tip ta’ attivitajiet ippjanati maż-żmien. 

F’każijiet eċċezzjonali, id-durata ta’ Sħubija Strateġika tista’ tiġi estiża, fuq talba mill-benefiċjarju u bi qbil mal-Aġenzija Nazzjonali, sa 6 xhur. F’każ bħal dan, l-għotja totali mhix se tinbidel. Fil-każijiet kollha, il-proġetti jridu jintemmu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023. 

Fejn napplika? 

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih tkun stabbilita l-organizzazzjoni applikanti21.

Skont l-iskadenza, l-istess konsorzju ta’ sħab jista’ jissottometti applikazzjoni waħda biss u lil Aġenzija Nazzjonali waħda biss.

Meta napplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sad-29 ta’ Ottubru f’12:00 (nofsinhar tal-ħin ta’ Brussell) għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Kif napplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta’ din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tista’ tapplika.

KRITERJI ADDIZZJONALI TA’ ELIĠIBBILTÀ

Barra minn hekk, jekk is-Sħubija Strateġika tipprevedi xi waħda mill-attivitajiet transnazzjonali ta’ apprendiment, tagħlim u taħriġ li ġejjin, il-kriterji addizzjonali rilevanti ta’ eliġibbiltà indikati fit-taqsima “Liema huma l-kriterji użati biex tiġi vvalutata Sħubija Strateġika – Kriterji addizzjonali ta’ eliġibbiltà” ta’ din il-Gwida jridu jiġu rispettati.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta’ din il-Gwida. 

KRITERJI TAL-GĦOTI 

Skont l-objettivi tal-proġett, l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti, l-impatt mistenni, u elementi oħra, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu jkunu ta’ daqsijiet differenti, u jadattaw l-attivitajiet tagħhom kif xieraq. F’termini simplifikati, din l-azzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet parteċipanti jiksbu esperjenza fil-kooperazzjoni internazzjonali u li jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom, iżda anki jipproduċu riżultati innovattivi ta’ kwalità għolja. Il-valutazzjoni kwalitattiva tal-proġett se tkun proporzjonata għall-objettivi tal-kooperazzjoni u n-natura tal-organizzazzjonijiet involuti.  
Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin: 

Rilevanza tal-proġett
(massimu ta’ 30 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal:
    • l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Azzjoni (ara t-taqsima “X’inhuma l-miri u l-prijoritajiet ta’ Sħubija Strateġika b’reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-COVID-19”). 
    • Jekk il-proposta tindirizza “Prijorità Ewropea fil-kuntest nazzjonali” waħda jew aktar, kif imħabbar mill-Aġenzija Nazzjonali, din se titqies bħala rilevanti ħafna.
  • Il-punt sa fejn:
    • il-proposta hija bbażata fuq analiżi ġenwina u xierqa tal-bżonnijiet;
    • l-objettivi huma ddefiniti b’mod ċar, huma realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-gruppi fil-mira;
    • il-proposta hija xierqa biex issawwar sinerġiji bejn l-oqsma differenti tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ;
    • il-proposta hija innovattiva u/jew kumplimentari għal inizjattivi oħra li diġà twettqu mill-organizzazzjonijiet parteċipanti;
    • il-proposta ġġib valur miżjud fil-livell tal-UE permezz ta’ riżultati li ma kinux jinkisbu minn attivitajiet imwettqa f’pajjiż wieħed.

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett
(massimu ta’ 20 punt)

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-programm ta’ ħidma, inkluż fażijiet xierqa għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni, għas-sorveljanza, għall-evalwazzjoni u għat-tixrid;
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett u l-attivitajiet proposti;
  • Il-kwalità u l-fattibbiltà tal-metodoloġija proposta;
  • L-eżistenza u r-rilevanza tal-miżuri ta’ kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-proġett hija ta’ kwalità għolja, titlesta fil-ħin u skont il-baġit;
  • Kemm il-proġett huwa kosteffettiv u jalloka riżorsi xierqa għal kull attività.
  • Jekk applikabbli, l-użu ta’ pjattaformi online ta’ Erasmus+ (jiġifieri eTwinning; EPALE; School Education Gateway) bħala għodod għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni u għas-segwitu tal-attivitajiet tal-proġett.

Jekk il-proġett jippjana attivitajiet ta’ taħriġ, tagħlim jew apprendiment:

  • Il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, il-ġestjoni u l-modalitajiet ta’ appoġġ fl-attivitajiet ta’ apprendiment, tagħlim u taħriġ;
  • Kemm dawn l-attivitajiet huma xierqa għall-għanijiet tal-proġett u jinvolvu n-numru xieraq ta’ parteċipanti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tar-riżultati ta’ tagħlim tal-parteċipanti, f’konformità mal-għodod u l-prinċipji Ewropej ta’ trasparenza u rikonoxximent.

Il-kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta’ koperazzjoni
(massimu ta’ 20 punt)

  • Il-punt sa fejn:
    • il-proġett jinvolvi taħlita xierqa ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti komplimentari bil-profil, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġ biex jitlestew b’suċċess l-aspetti kollha tal-proġett;
    • id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha;
    • jekk ikun rilevanti għat-tip ta’ proġett, il-proġett jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ differenti u setturi soċjoekonomiċi oħra.
  • Kemm il-proġett jinvolvi lil min ikun għadu dieħel fl-Azzjoni.  
  • L-eżistenza ta’ mekkaniżmi effettivi għall-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, kif ukoll partijiet interessati rilevanti oħrajn. 
  • Jekk ikun applikabbli, il-punt sa fejn l-involviment ta’ organizzazzjoni parteċipanti minn Pajjiż Sieħeb iġib valur miżjud essenzjali għall-proġett (jekk din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, il-proġett mhux se jiġi kkunsidrat għall-għażla).

Impatt u tixrid (massimu ta’ 30 punt)

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-proġett. 
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li ħadu sehem direttament fil-proġett, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew.
  • Il-kwalità tal-pjan ta’ tixrid: l-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn il-kondiviżjoni tar-riżultati tal-proġett fi ħdan l-organizzazzjonijiet parteċipanti u barra minnhom;
  • Jekk ikun rilevanti, kemm il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-midja prodotti se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas u jiġu promossi permezz ta’ liċenzji miftuħin, u ma jkunx fihom limitazzjonijiet mhux proporzjonati;
  • Il-kwalità tal-pjanijiet biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-proġett: il-kapaċità tiegħu li jibqa’ jkollu impatt u jipproduċi riżultati wara li tkun intużat l-għotja tal-UE.

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti jridu jilħqu punteġġ ta’ mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, iridu jiksbu mill-inqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq (jiġifieri tal-inqas 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 10 punti għall-kategoriji “kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett”, u “kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta’ koperazzjoni”). Il-proposti li ma jindirizzawx mill-inqas prijorità waħda tal-Azzjoni, mhux se jiġu ffinanzjati.

X’INHUMA R-REGOLI TA’ FINANZJAMENT? 

Is-Sħubijiet Strateġiċi b’reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-COVID-19 se jiġu ffinanzjati skont l-istess regoli ddefiniti għas-Sħubijiet Strateġiċi standard (ara t-taqsima “Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ - X’inhuma r-regoli ta’ finanzjament”). L-għotjiet għall-proġetti għas-Sħubijiet Strateġiċi b’reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-COVID-19 huma limitati għal EUR 300.000 għall-proġetti b’tul ta’ 24 xahar. 

Informazzjoni oħra

Minbarra l-informazzjoni pprovduta hawn fuq, aktar kriterji obbligatorji u informazzjoni siewja addizzjonali, kif ukoll eżempji tal-proġett relatati ma' din il-Azzjoni huma disponibbli fl-Anness I ta' din il-Gwida. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jaqraw b'attenzjoni t-taqsimiet rilevanti ta' dan l-Anness qabel japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Is-Sħubijiet Strateġiċi se jvarjaw minn proġetti ta' kooperazzjoni pjuttost sempliċi bejn organizzazzjonijiet fuq skala żgħira (bħal skejjel jew gruppi informali ta' żgħażagħ) sa proġetti kemxejn sofistikati u fuq skala kbira li jiffokaw fuq l-iżvilupp u l-iskambju ta' ħruġ innovattivi fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. L-ispejjeż imġarrba mit-tipi differenti ta' proġetti bilfors se jvarjaw skont dan.
B'konsegwenza, il-mudell ta' finanzjament propost jikkonsisti minn għażla ta' elementi ta' kost li minnha l-applikanti se jagħżlu skont l-attivitajiet li jridu jwettqu u r-riżultati li jridu jilħqu. L-ewwel element, "immaniġġjar u implimentazzjoni tal-proġett" hu element ta' spiża li jistgħu japplikaw għalih it-tipi ta' Sħubijiet Strateġiċi kollha, peress li huma mistennija li jikkontribwixxu għall-ispejjeż li se jkollu kwalunkwe proġett. Bl-eċċezzjoni ta' Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel, is-Sħubijiet Strateġiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament speċifiku biex jorganizzaw il-"laqgħat transnazzjonali dwar il-proġett". L-elementi ta' kost l-oħra jistgħu jintgħażlu minn proġetti li se jsegwu objettivi aktar sostanzjali f'termini ta' ħruġ/prodotti intellettwali, it-tixrid jew l-inkorporazzjoni, it-taħriġ u l-attivitajiet ta' tagħlim. Barra minn hekk, jekk ikun iġġustifikat mill-attivitajiet/ħruġ tal-proġett, jistgħu jkunu koperti l-ispejjeż eċċezzjonali u l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.
L-għotja totali tal-proġett hi ta' ammont varjabbli, iddefinit billi jiġu mmultiplikati EUR 12 500 bit-tul ta' żmien tal-proġett (f'xhur), u b'limitu ta' EUR 450 000 għall-proġetti ta' tul ta' 36 xahar. B'mod eċċezzjonali, fil-każ ta' Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel se japplika ammont massimu ta' EUR 16 500 kull sena u għal kull skola. Kemm il-fondi għal appoġġ lill-parteċipanti bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll l-Ispejjeż eċċezzjonali li jkopru l-ispejjeż kbar tal-ivvjaġġar ħafna mhux se jgħoddu mal-finanzjament għal Sħubijiet għall-Iskambji tal-Iskejjel.

Il-baġit tal-proġett irid jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f'euro):

Għotja massima mogħtija:

ammont varjabbli, iddefinit bil-multiplikazzjoni ta' EUR 12 500 bit-tul ta' żmien tal-proġett (f'xhur), u sa EUR 450 000 għall-proġetti ta' tul ta' żmien ta' 36 xahar

(Eċċezzjoni: għal Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel: massimu ta' EUR 16 500 għal kull sena u għal kull skola parteċipanti, applied at project level, and li jeskludi l-Appoġġ għall-Bżonnijiet Speċjali u l-ispejjeż kbar Eċċezzjonali għall-ivvjaġġar)

Uħud mill-ammonti massimi indikati fit-tabelli ta' hawn fuq jkunu limitati għal kull xahar u jiġu kkalkulati skont approċċ pro-rata, b'tali mod li l-għotja mogħtija diviża bin-numru ta' xhur tirriżulta f'massimu ta' EUR 12 500. Madankollu, il-benefiċjarji jistgħu jużaw l-għotja totali tal-UE li jkunu rċevew għall-proġett bl-aktar mod flessibbli, sakemm idum il-proġett u skont il-mod li l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati b'mod kronoloġiku fil-pjan ta' ħidma.

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Immaniġġjar u implimentazzjoni tal-proġett

L-immaniġġjar tal-proġett (eż. l-ippjanar, il-finanzi, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn is-sħab, eċċ.); materjali, għodod, approċċi ta' tagħlim/taħriġ fuq skala żgħira eċċ. L-attivitajiet ta' kooperazzjoni virtwali u tal-proġetti lokali (eż. xogħol ta' proġett fil-klassi mal-istudenti, attivitajiet ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, organizzazzjoni u mentoring tal-attivitajiet inkorporati ta' tagħlim/taħriġ, eċċ.); informazzjoni, promozzjoni u tixrid (eż. opuskoli, fuljetti, informazzjoni fuq il-web, eċċ.).

Spejjeż marbutin mal-implimentazzjoni tal-Inizjattivi Transnazzjonali taż-Żgħażagħ u tas-Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel.

 

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Kontribuzzjoni għallattivitajiet ta' organizzazzjoni li tikkoordina:

EUR 500 fix-xahar

Massimu ta'
EUR 2 750 fix-xahar

 

 

 

Abbażi tat-tul ta' żmien tas-Sħubija Strateġika u abbażi tan-numru tal-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Kontribuzzjoni għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti l-oħra:

 

EUR 250 għal kull organizzazzjoni fix-xahar

Laqgħat transnazzonali dwar il-proġetti

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat bejn is-sħab tal-proġett u ospitati mill-organizzazzjonijiet parteċipanti għal finijiet ta' implimentazzjoni u koordinazzjoni. Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza.

Din il-linja baġitarja mhix disponibbli għal Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel.

 

 

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 1999 KM:

 

EUR 575 għal kull parteċipant għal kull laqgħa

 

 

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 KM jew aktar:

 

EUR 760 għal kull parteċipant għal kull laqgħa

 

 

 

 

Kundizzjonali: l-applikanti jridu jiġġustifikaw il-ħtieġa għal-laqgħat f’termini ta’ numru ta’ laqgħat u parteċipanti involuti. Id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-kalkulatur tad-distanza appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Spejjeż eċċezzjonali

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż reali relatati mas-sottokuntrattar jew ix-xiri ta' prodotti jew servizzi. Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali titlob.

Spejjeż reali

75% tal-ispejjeż eleġibbli

Massimu ta' EUR 50,000 għal kull proġett

(esklużi l-ispejjeż għall-għoti ta' garanzija

finanzjarja)

Kundizzjonali: is-sottokuntrattar għandu jkun relatat ma' servizzi li ma jistgħux jiġu pprovduti direttament mill-organizzazzjonijiet parteċipanti għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq. It-tagħmir ma jistax jikkonċerna tagħmir tal-uffiċċju normali jew tagħmir li normalment jintuża mill-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Appoġġ għallbżonnijiet

speċjali

Spejjeż addizzjonali relatati direttament mal-parteċipanti b'diżabbiltajie22

Spejjeż reali

100% tal-ispejjeż eleġibbli

Kundizzjonali: it-talba għal dawn l-ispejjeż għandha tkun immotivata fil-formola ta’ applikazzjoni.

 

Finanzjament addizzjonali għal Sħubijiet Strateġiċi li jappoġġjaw l-innovazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni,
it-taħriġ u ż>-żgħażagħ

Outputs intellettwali

Outputs intellettwali/ riżultati tanġibbli tal-proġett (bħal kurrikuli, materjali pedagoġiċi u tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, riżorsi edukattivi miftuħa (OER), għodod tal-IT, analiżijiet, studji, metodi ta’ tagħlim bejn il-pari, eċċ.)

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

B1.1 għal kull maniġer għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

Kundizzjonali: spejjeż tal-persunal għall-maniġers u l-persunal amministrattiv huma mistennija li diġà jkunu koperti taħt il-"Immaniġġjar u implimentazzjoni tal-proġett". Biex tiġi evitata soprapożizzjoni potenzjali ma' tali element, l-applikanti se jkollhom jiġġustifikaw it-tip u l-volum ta' spejjeż tal-persunal applikati fir-rigward ta' kull output propost. L-outputs għandhom ikunu sostanzjati fil-kwalità u l-kwantità biex jikkwalifikaw għal dan it-tip ta' appoġġ b'għotja. L-outputs għandhom jagħtu prova tal-potenzjal tagħhom għal użu u sfruttament usa', kif ukoll għall-impatt.

B1.2 għal kull riċerkatur/ għalliem/ trainer/ħaddiem fost iż-żgħażagħ għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

B1.3 għal kull teknixin għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġettt

B1.4 għal kull membru tal-persunal amministrattiv għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

Avvenimenti multiplikaturi

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta' konferenzi/seminars/avvenimenti nazzjonali u transnazzjonali mmirati lejn il-kondiviżjoni u t-tixrid tal-outputs intellettwali mwettqa mill-proġett (esklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet parteċipanti involuti fil-proġett).

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

100 EUR għal kull parteċipant lokali

(jiġifieri parteċipanti mill-pajjiż fejn ikun qiegħed isir l-avveniment)

Massimu ta' EUR 30 000 għal kull proġett

Kundizzjonali: l-appoġġ għall-avvenimenti multiplikaturi jingħata biss jekk ikunu marbutin b'mod dirett mal-outputs intellettwali tal-proġett. Proġett mingħajr appoġġ b'għotja għall-outputs intellettwali ma jistax jirċievi appoġġ għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti multiplikaturi.

EUR 200 għal kull parteċipant internazzjonali (jiġifieri parteċipanti minn pajjiżi oħra)

 

Regoli dwar il-finanzjament għall-istudju, it-tagħlim u t-taħriġ transnazzjonali imwettqa fi ħdan is-Sħubija Strateġika (finanzjament fakultattiv)

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Iwjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inklużi l-persuni li jakkumpanjawhom, mill-post ta’ oriġini tagħhom sal-post tal-attività u lura

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99 KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Kundizzjonali: l-applikanti se jkollhom jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-attivitajiet ta' mobilità biex jintlaħqu l-objettivi u r-riżultati tal-proġett.

Id-distanzi tal-ivvjaġġar iridu jiġu kkalkuati billi jintuża l-kalkulatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea23. L-applikant għandu jindika d-distanza ta' vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li tkun se tappoġġja l-vjaġġ 'l hemm u lura 24

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM: EUR 180 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM: EUR 275 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM: EUR 360 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM: EUR 530 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM: EUR 820 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew aktar: EUR 1 500 għal kull parteċipant

Appoġġ individwali

Il-kostijiet unitarji għal kull jum li jkopru s-sussistenza tal-parteċipanti, inklużi l-persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom, matul l-attività

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Assignment fit-tul ta' tagħlim jew taħriġ

 

Mobilità fit-tul ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

sal-14-il jum tal-attività: B1.5 għal kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-15 u s-60 jum tal-attività: B1.6 għal kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-61 jum ta’ attività u sa 12-il xahar: B1.7 għal kull jum għal kull parteċipant

Avvenimenti ta' taħriġ konġunti għal żmien qasir

għall-persunal, Tagħlim jew l-għoti ta' għarfien espert fi Programmi ta' Studju Intensiv persuni li jakkumpanjaw flattivitajiet kollha25

sal-14-il jum tal-attività:

EUR 106 kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-15 u s-60 jum talattività: EUR 74 kull jum għal kull parteċipant

Mobilità fit-tul tat-tfal taliskola

B1.8 kull xahar għal kull parteċipant

Attivitajiet għal żmien qasir għall-istudenti (mobilità mħallta, mobilità tat-tfal tal-iskola għal żmien qasir, programmi ta' studju intensiv):

sal-14-il jum tal-attività: EUR 58 kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-15 u s-60 jum talattività: EUR 42 kull jum għal kull parteċipant

Appoġġ lingwistiku L-ispejjeż marbuta mal-appoġġ offrut lill-parteċipanti sabiex itejbu l-għarfien tal-lingwa tal-istruzzjoni jew tal-ħidma Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għall-attivitajiet biss li jdumu minn xahrejn sa 12-il xahar:

EUR 150 għal kull parteċipant li jeħtieġ appoġġ lingwistiku

Kundizzjonali: it-talba għal dan l-appoġġ finanzjarju għandha tkun immotivata fil-formola ta' applikazzjoni.

Spejjeż Eċċezzjonali

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (għad-dettalji, ara t-taqsima "x'għandek tkun taf aktar dwar din l-azzjoni").

Spejjeż Reali

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju biex ikopri l-ispejjeż eċċezzjonali għandha tkun motivata fil-formola tal-applikazzjoni.

Tabella A - Outputs intellettwali (ammonti f'euro kull jum)

Dan il-finanzjament jista' jintuża biss għall-ispejjeż tal-persunal ta' organizzazzjonijiet parteċipanti fil-proġett għall-produzzjoni ta' Outputs intellettwali26 L-ammonti jiddependu fuq: a) il-profil tal-persunal involut fil-proġett u b) il-pajjiż tal-organizzazzjoni parteċipanti li l-persunal tagħha hu involut.

 

 

Maniġer

Għalliem/Trainer/Riċerkatur Persuna li taħdem maż-żgħażagħ

Teknixin

Persunal amministrattiv

 

B1.1

B1.2

B1.3

B1.4

Id-Danimarka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, l-Iżvezja, il-Liechtenstein, in-Norveġja

294

241

190

157

 

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Iżlanda

 

280

214

162

131

 

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġreċja, Spanja, Ċipru, Malta, il-Portugall, is-Slovenja

 

164

137

102

78

 

Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja, il-Maċedonja ta’ Fuq, it-Turkija

 

88

74

55

39

Tabella B - Outputs intellettwali (ammonti f'euro kull jum)

Dan il-finanzjament jista' jintuża biss għall-ispejjeż tal-persunal ta' organizzazzjonijiet parteċipanti fil-proġett għall-produzzjoni ta' Outputs intellettwali27. L-ammonti jiddependu fuq: a) il-profil tal-persunal involut fil-proġett u b) il-pajjiż tal-organizzazzjoni parteċipanti li l-persunal tagħha hu involut.

 

Maniġer

Għalliem/Trainer/Riċerkatur

Persuna li taħdem maż-żgħażagħ

Teknixin

Persunal amministrattiv

 

B1.1

B1.2

B1.3

B1.4

L-Awstralja, il-Kanada, il-Kuwajt, il-Macao, Monaco, il-Qatar, San Marino, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti tal-Amerika

294

241

190

157

Andorra, il-Brunej, il-Ġappun, in-New Zealand, Singapor, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

280

214

162

131

Il-Bahamas, il-Bahrain, Hong Kong, l-Iżrael, Korea (ir-Repubblika tal-), l-Oman, l-Għarabja Sawdija, it-Tajwan

164

137

102

78

L-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, Antigwa u Barbuda, l-Arġentina, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bangladesh, Barbados, il-Belarussja, il-Belize, il-Benin, il-Bhutan, il-Bolivja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Botswana, il-Brażil, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kambodja, il-Kamerun, Cape Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Ċhad, iċ-Ċili, iċ-Ċina, il-Kolombja, Comoros, il-Kongo -ir-Repubblika Demokratika tal-, il-Gżejjer Cook, il-Costa Rica, Kuba, il-Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Eritrea, l-Eswatini, l-Etjopja, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Georgia, il-Ghana, Grenada, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guyana, il-Haiti, il-Honduras, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, l-Iraq, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, Kiribati, il-Korea (DPR), il-Kosovo, il-Kirgiżistan, il-Laos, il-Libanu, il-Lesoto, il-Liberja, il-Libja, Madagascar, il-Malawi, il-Malasja, il-Maldivi, il-Mali, il-Gżejjer Marshall, il-Mauritania, Mauritius, il-Messiku, il-Mikroneżja - l-Istati Federali tal-, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Możambique, il-Myanmar, in-Namibja, Nauru, in-Nepal, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, Niue, il-Pakistan, Palau, il-Palestina, il-Panama, Papua New Guinea, il-Paragwaj, il-Perù, il-Filippini, ir-Rwanda, Saint Kitts And Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, Sào Tome u Principe, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, il-Gżejjer Solomon, is-Somalja, l-Afrika t'Isfel, is-Sudan t'Isfel, is-Sri Lanka, is-Sudan, is-Suriname, is-Sirja, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut bil-liġi internazzjonali, it-Territorju tal-Ukrajna kif rikonoxxut bil-liġi internazzjonali, it-Tajlandja, Timor Lest - ir-Repubblika Demokratika tat-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkmenistan, Tuvalu, l-Uganda, l-Urugwaj, l-Użbekistan, Vanuatu, il-Venezwela, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

 

88

74

55

39

Tabella C - Sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet transnazzjonali ta' tagħlim u tagħriġ (f'euro kull jum/fix-xahar)

L-iskali tal-kontribuzzjonijiet tal-kostijiet unitarji jinbidlu skont: a) it-tip ta' mobilità u b) il-pajjiż fejn issir l-attività:

 

Assignment ta' tagħlim jew taħriġ għal perjodu twil - mobilità ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

(f'euro kull jum)

Attivitajiet tat-tfal tal-iskola fuq żmien twil

(f'euro fix-xahar)

 

B1.5

B1.6

B1.7

B1.8

Grupp 1:

In-Norveġja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, l-Iżlanda, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Liechtenstein

125

88

63

168

Grupp 2:

In-Netherlands, l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Portugall

110

77

55

147

Grupp 3:

Is-Slovenja, l-Estonja, il-Latvja, il-Kroazja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, it-Turkija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja

90

63

45

105

  • 1. Peres://ec: U-Multirank https://www.umultirank.org/; ETER https://www.eter-project.com/#/home; Graduate Tracking  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52017DC0249; HEInnovate https://heinnovate.eu/en
  • 2. SKONT IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL DWAR APPROĊĊ KOMPRENSIV GĦAT-TAGĦLIM TAL-LINGWI {SWD(2018) 174 final} https://eur-lex.europa.eu/LEGAL-content/EN/TXT/?uri=COM%3A2018%3A272%3AFIN
  • 3. Ara d-dokument gwida "Isiru internazzjonali:Linji Gwida Prattiċi dwar l-Internazzjonalizzazzjoni Strateġika fl-ETV", http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/sites/erasmusplus2/files/eac...
  • 4. Għandhom jiġu applikati r-regoli speċifiċi u l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet ta' mobilità tal-istudenti tal-ETV, kif deskritt fl-Anness I tal-Linji gwida tal-Programm;
  • 5. Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (COM(2017) 563 final).
  • 6. ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1–10
  • 7. Fil-każ ta' grupp informali, wieħed mill-membri tal-grupp jassumi r-rwol ta' rappreżentant u jieħu r-responsabbiltà f'isem il-grupp.
  • 8. Skont il-pajjiż fejn l-iskola hi reġistrata, tapplika definizzjoni speċifika ta' skejjel eliġibbli għal din ix-xorta ta' sħubija. Id-definizzjoni u/jew lista ta' skejjel eliġibbli hi pubblikata fuq is-sit web ta' kull Aġenzija Nazzjonali. Barra minn hekk, jekk jogħġbok innota li l-mudell kontraenti għas-Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel hu differenti minn Sħubijiet Strateġiċi oħra u hu bbażat fuq Ftehimiet tal-Għotja monobenefiċjarji. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida jew ikkuntattja l-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.
  • 9. Siti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma fi Brussell, Frankfurt, il-Lussemburgu, Strasburgu, u The Hague.
  • 10. Japplikaw kriterji addizzjonali għall-format speċifiku "Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel". Jekk jogħġbok ara t-taqsima "Sħubijiet għall-Iskambji fl-Iskejjel".
  • 11. Jekk jogħġbok innota li: l-iskejjel taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiż ieħor (eż. Lycee français, Skejjel Ġermaniżi, skejjel tal-"Forzi" tar-Renju Unit) japplikaw mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż superviżur.
  • 12. Fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel, dan jinkludi persunal fl-edukazzjoni li jintervieni fl-iskejjel, bħal spetturi tal-iskola, counsellors tal-iskola, konsulenti pedagoġiċi, psikologi, eċċ.
  • 13. L-istudenti tal-edukazzjoni għolja għandhom ikunu reġistrati f'HEI parteċipanti u reġistrati fi studji li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew kwalifika rikonoxxuta oħra ta' livell terzjarju, sal-livell tad-dottorat u inkluż id-dottorat
  • 14. Dawn il-kriterji mhumiex rilevanti għal Sħubijiet ta' Skambji Skolastiċi.
  • 15. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar it-tikketta tal-iskola eTwinning fuq: https://www.etwinning.net/en/pub/highlights/the-etwinning-school-label---.htm
  • 16. Skont il-pajjiż fejn l-iskola hi reġistrata, tapplika definizzjoni speċifika ta' skejjel eliġibbli għal dawn it-tipi ta' sħubijiet. Id-definizzjoni u/jew lista ta' skejjel eliġibbli hi pubblikata fuq is-sit web ta' kull Aġenzija Nazzjonali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida jew ikkuntattja l-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.
  • 17. Pereżempju, tliet skejjel li jkollhom sħubija li tibqa' għaddejja għal sentejn tista' tirċievi massimu ta' EUR 99,000 għall-proġett kollu. Dawn il-fondi jistgħu jinqasmu fi kwalunkwe mod bejn it-tliet skejjel.
  • 18. Promoturi tal-proġett li japplikaw għal Inizjattivi Transnazzjonali taż-Żgħażagħ għandhom japplikaw taħt Sħubijiet Strateġiċi li jappoġġjaw skambji ta' prattiki tajba.
  • 19. Fil-każ ta’ grupp informali, wieħed mill-membri tal-grupp jassumi r-rwol ta’ rappreżentant u jieħu r-responsabbiltà f’isem il-grupp.
  • 20. Is-Sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma Brussell, Frankfurt, il-Lussemburgu, Strasburgu u The Hague.
  • 21. Jekk jogħġbok innota: skejjel taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż ieħor (eż. Lycée français, skejjel Ġermaniżi, skejjel tal-“Forzi Armati” tar-Renju Unit) japplikaw għand in-NA tal-pajjiż sorveljenti.
  • 22. Inklużi l-ispejjeż relatati direttament mal-parteċipanti bi bżonnijiet speċjali u mal-persuni li jakkumpanjawhom li jipparteċipaw f'attivitajiet transnazzjonali ta' tagħlim u taħriġ. Dan jista' jinkludi spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u s-sussitenza, jekk iġġustifikat u diment li ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti permezz ta' kategoriji tal-baġit marbuta mal-"ivvjaġġar" u l-"appoġġ individwali".
  • 23. http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 24. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant a) se jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) se jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u c) jikkalkula l-għotja mill-UE li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).
  • 25. Il-persuni li jakkumpanjaw huma intitolati li jirċievu l-istess rata, indipendentement jekk l-attivitajiet li jieħdu sehem fihom humiex għal perjodu qasir jew twil. F'każijiet eċċezzjonali, fejn il-persuna li takkumpanja jeħtiġilha li toqgħod barra l-pajjiż għal aktar minn 60 jum, spejjeż supplimentari ta' sussistenza lil hinn minn 60 jum se jkunu appoġġjati taħt l-intestatura tal-baġit "Appoġġ għall-bżonnijiet speċjali".
  • 26. Fil-każ tal-Edukazzjoni Għolja, l-ispejjeż tal-persunal impjegat mill-fakultajiet ta' universitajiet akkreditati u benefiċjarji tal-ECHE huma eliġibbli taħt il-kategorija tal-ispejjeż "outputs intellettwali"
  • 27. Fil-każ tal-Edukazzjoni Għolja, l-ispejjeż tal-persunal impjegat mill-fakultajiet ta' universitajiet akkreditati u benefiċjarji tal-ECHE huma eliġibbli taħt il-kategorija tal-ispejjeż "outputs intellettwali"