Werrej
Fittex fil-gwida

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

X’inhuma l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ Alleanza tal-Ħiliet Settorjali?

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għandhom l-għan li jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet fir-rigward ta’ profil professjonali wieħed jew aktar f’settur speċifiku. Huma jagħmlu dan billi jidentifikaw ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol eżistenzi jew emerġenti speċifiċi għal settur (in-naħa tad-domanda), u billi jsaħħu r-rispons inizjali u kontinwu tas-sistemi tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV), fil-livelli kollha, għall-ħtiġijiet tas-suq (in-naħa tal-provvista). Abbażi tal-evidenza dwar il-ħtiġijiet tal-ħiliet, l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali jappoġġjaw it-tfassil u t-twassil ta’ kontenut ta’ taħriġ vokazzjonali transnazzjonali, kif ukoll metodoloġiji tat-tagħlim u tat-taħriġ għal profili professjonali ewlenin Ewropej. 

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għal kooperazzjoni settorjali strateġika dwar il-ħiliet jidentifikaw u jiżviluppaw azzjonijiet konkreti biex jinkiseb bilanċ bejn id-domanda u l-provvista ta' ħiliet bħala appoġġ għall-istrateġija tat-tkabbir globali tas-settur speċifiku.

Il-proġetti se jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità u r-rilevanza tas-sistemi tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ tal-Ewropa kif deskritti fir-Rapport Konġunt ET 2020 tal-2015, u mill-Ministri responsabbli mill-ETV fil-konklużjonijiet f'Riga fl-2015 fejn ftiehmu dwar sett ġdid ta' riżultati għal żmien medju għall-perjodu 2015-2020.

Dan għandu jinkiseb permezz ta' azzjonijiet immirati lejn l-objettivi li ġejjin:

  • l-iżvilupp ta' approċċi strateġiċi għal żviluppi ta' ħiliet settorjali permezz ta' sħubijiet għal kooperazzjoni sostenibbli bejn partijiet interessati ewlenin fis-settur u fl-awtoritajiet pubbliċi;
  • l-iżvilupp ta' pjattaformi u sħubijiet fil-livell transnazzjonali, ibbażati fuq metodi ta' kooperazzjoni innovattivi, bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali" li jaġixxu bħala motivaturi tal-ħiliet vokazzjonali ta' kwalità f'kuntest ta' strateġiji Ewropej kif ukoll strateġiji settorjali nazzjonali, reġjonali/lokali;
  • l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' ħiliet eżistenti u emerġenti għal professjonijiet f'setturi speċifiċi, li wkoll jgħaddu din l-intelliġenza lill-Panorama Ewropea tal-Ħiliet;
  • it-tisħiħ tal-iskambju bejn l-għarfien u l-prattika bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol, b'referenza partikolari għall-atturi settorjali;
  • il-promozzjoni ta' kwalifiki settorjali rilevanti u l-ftehim ta' appoġġ għar-rikonoxximent tagħhom;
  • il-bini ta' fiduċja reċiproka, l-iffaċilitar taċ-ċertifikazzjoni transfruntiera biex b'hekk il-mobilità professjonali ta' settur issir inqas diffiċli, u ż-żieda tar-rikonoxximent tal-kwalifiki fil-livell Ewropew f'settur;
  • l-adattament tal-provvista tal-ETV għal ħtiġijiet tal-ħiliet, li jiffokaw kemm fuq ħiliet speċifiċi tal-impjieg kif ukoll fuq kompetenzi ewlenin;
  • l-integrazzjoni ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-provvista tal-ETV, fejn hu possibbli flimkien ma' esperjenza internazzjonali, u l-isfruttar tal-potenzjal tagħhom biex jiġi xprunat l-iżvilupp ekonomiku u l-innovazzjoni, u b'hekk tiżdied il-kompetittività tas-setturi kkonċernati;
  • l-ippjanar tal-introduzzjoni progressiva tar-riżultati tal-proġett li jwassal għal impatt sistemiku fil-forma ta' adattament kostanti tal-provvista tal-ETV għal ħtiġijiet tal-ħiliet, ibbażati fuq sħubijiet sostnuti bejn fornituri u partijiet interessati ewlenin tas-suq tax-xogħol fil-livell xieraq ("ċirkwiti ta' feedback"). Dan l-ippjanar għandu jidentifika u jinvolvi partijiet interessati nazzjonali u/jew reġjonali ewlenin, filwaqt li jiżgura wkoll it-tixrid wiesa' tar-riżultati.

 

X’inhi Alleanza tal-Ħiliet Settorjali?

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma proġetti transnazzjonali li jidentifikaw jew ikomplu fuq ħtiġijiet ta’ ħiliet eżistenti u emerġenti f’settur ekonomiku speċifiku u/jew jibdlu dawn il-ħtiġijiet f’kurrikuli vokazzjonali sabiex jirrispondu għal dawk il-ħtiġijiet.

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma intenzjonati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), fi kwalunkwe livell minn 3 sa 8 tal-QEK, inkluż il-livell sekondarju ogħla, il-livell postsekondarju mhux terzjarju kif ukoll il-livell terzjarju (eż. Universitajiet ta' xjenzi applikati, Istituti Politekniċi, eċċ). Applikazzjonijiet li jiffokaw fuq l-ETV fil-livell terzjarju (livelli 6 sa 8 tal-QEK) għandhom jinkludu komponent qawwi ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol1, u jinkludu wkoll mill-anqas livell ieħor ta' kwalifiki tal-ETV bejn il-livelli 3 sa 5 tal-QEK (jiġifieri mhux livell terzjarju esklussiv).

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma meħtieġa japplikaw strumenti u għodod disponibbli fl-UE kollha bħall-QEK, l-ECVET, l-EQAVET, kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi2, fejn hu rilevanti.

Se jkun hemm fokus partikolari fuq il-ħiliet diġitali minħabba li huma dejjem aktar importanti għall-profili tax-xogħol fis-suq tax-xogħol kollu.

Barra minn hekk, jeħtieġ li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari u aktar ekoloġika tkun ibbażata fuq tibdil fil-kwalifiki u fil-kurrikuli nazzjonali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biex jilħqu l-ħtiġijiet professjonali emerġenti għal ħiliet ekoloġiċi u żvilupp sostenibbli.

Il-proġetti jistgħu jiksbu dawn l-għanijiet billi japplikaw għal Lott wieħed jew diversi minn dawn li ġejjin (organizzazzjoni tista’ tkun involuta bħala applikant f’diversi proposti u Lottijiet sakemm dawn il-proposti jindirizzaw setturi differenti):

Lott 1: Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-iżvilupp ta' approċċi settorjali permezz ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali" transnazzjonali. Dan il-Lott jappoġġja l-iżvilupp ta' proġetti pilota, ibbażati fuq metodi ta' kooperazzjoni innovattivi, bħall-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali". Dan se jappoġġja l-iżvilupp ta' approċċi settorjali għat-tfassil u twassil ta' kontenut tal-ETV magħqud ma' approċċ strateġiku għall-iżvilupp tal-ħiliet f'livell lokali/reġjonali u b'konformità mal-istrateġiji tat-tkabbir u l-innovazzjoni lokali/reġjonali. Meta jkun qed jiġi mfassal u mwassal kontenut ta' taħriġ komuni, dan għandu jsegwi l-approċċ u l-azzjonijiet deskritti għal-Lott 2.

Lott 2: L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV se jaħdmu biex ifasslu u jwasslu kontenut ta' taħriġ komuni għal programmi vokazzjonali għal professjoni waħda, jew bosta professjonijiet relatati, kif ukoll metodoloġiji tat-tagħlim u t-taħriġ. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, billi l-istudenti jingħataw il-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol.

Lott 3: L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet: Il-Pjan ta' Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet3 hu wieħed minn għaxar azzjonijiet fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (ara d-deskrizzjoni fuq il-paġna web Europa4). Fis-sejħa attwali, il-Pjan ta' Azzjoni se jiġi implimentat f'sitt setturi li qed jesperjenzaw nuqqasijiet serji ħafna ta' ħiliet (ara l-kriterji ta' eleġibilità). L-Alleanzi tal-Lott 3 se jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni billi jiżviluppaw strateġija tal-ħiliet settorjali. Din l-istrateġija se twassal għal impatt sistematiku u strutturali lejn it-tnaqqis tan-nuqqasijiet tal-ħiliet, tad-diskrepanzi u tan-nuqqas ta' qbil bejn il-ħiliet disponibbli u dawk meħtieġa, u se tiżgura wkoll kwalità u livelli xierqa tal-ħiliet b'appoġġ għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur. L-istrateġija tal-ħiliet settorjali trid tinkludi sett ċar ta' attivitajiet, stadji importanti u outputs definiti sew bl-għan li twassal għal qbil bejn id-domanda u l-provvista ta' ħiliet b'appoġġ għall-istrateġija globali tas-settur speċifiku. L-objettivi tal-Lott 2 (ir-rispons għall-ħtiġijiet tal-ħiliet identifikati permezz tat-tfassil u t-twassil tal-ETV) iridu jkunu inklużi fl-istrateġija tal-ħiliet settorjali. L-Alleanza ta' Lott 3 għandha timplimenta wkoll l-attivitajiet tal-Lott 2. Għal-Lott 3 proposta waħda għal kull settur biss tista' tiġi finanzjata.

Liema attivitajiet huma appoġġjati minn din l-azzjoni?

Kull Alleanza tal-Ħiliet Settorjali għandha timplimenta sett koerenti, komprensiv u varjabbli ta' attivitajiet interkonnessi li huma flessibbli u adattabbli għal diversi ħtiġijiet attwali u futuri tas-swieq tax-xogħol, bħal:

Lott 1: Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-iżvilupp ta' approċċi settorjali permezz ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali

Stabbiliment ta' Pjattaformi transnazzjonali ta' eċċellenza vokazzjonali, b'approċċ settorjali, immirati biex:

  • jistabbilixxu sħubijiet ta' edukazzjoni tan-negozju li jistgħu jinkludu kooperazzjoni dwar apprendistati, internships, qsim ta' tagħmir, skambji ta' persunal u għalliema bejn kumpaniji u ċentri tal-ETV, u organizzazzjonijiet ta' attivitajiet komuni oħra.
  • jiżviluppaw hubs ta' innovazzjoni, diffużjoni tat-teknoloġija u/jew ċentri ta' dimostrazzjoni virtwali, b'fokus partikolari fuq l-appoġġ għall-SMEs, billi jaqsmu tagħmir u għarfien espert, jagħmlu riċerka u żvilupp ta' prodotti u servizzi, b'involviment mill-qrib tal-istudenti tal-ETV.
  • jipprovdu inkubaturi tan-negozju għall-istudenti tal-ETV biex jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali tagħhom, iniedu l-proġetti tan-negozji ġodda tagħhom, jew ji ppreparaw biex isiru persuni li jaħdmu għal rashom.
  • jipparteċipaw b'mod attiv fl-attivitajiet tat-"triangoli tal-għarfien" reġjonali, bil-għan li jkunu fuq quddiem tal-iżviluppi teknoloġiċi u tar-riċerka, li jippermetti l-aġġornament rapidu tal-kurrikuli tat-taħriġ u l-kwalifiki;
  • jiżviluppaw metodoloġiji ta' taħriġ u ta' tagħlim innovattivi bbażati fuq teknoloġiji diġitali (eż. MOOCs, simulaturi, realtà awmentata, eċċ), kif ukoll soluzzjonijiet ta' mobilità mħallta/virtwali għall-istudenti u l-persunal;
  • jippromwovu l-kontinwità tal-iżvilupp professjonali tal-għalliema u t-trainers, b'fokus kemm fuq il-ħiliet pedagoġiċi kif ukoll fuq il-ħiliet tekniċi, u l-involviment tagħhom fi proġetti ta' riċerka fost il-membri tal-pjattaforma;
  • jiżviluppaw tagħlim ibbażat fuq proġett/sfida li jġib flimkien għarfien espert interdixxiplinari permezz tal-istudenti tal-ETV minn oqsma ta' studju differenti (eż. disinn, kummerċjalizzazzjoni, inġinerija) biex isolvu problemi/sfidi reali tax-xogħol;
  • jipprovdu servizzi ta' gwida;
  • jiżviluppaw mekkaniżmi u jippromwovu l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.
  • jiżviluppaw strateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni biex irawmu mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-ETV, kif ukoll tar-riżorsi umani u tal-maniġers tat-taħriġ fil-kumpaniji;
  • jiżviluppaw/jisfruttaw mudelli finanzjarji sostenibbli li jgħaqqdu flimkien finanzjament pubbliku u privat, kif ukoll attivitajiet li jiġġeneraw dħul;

 

Tfassil ta' kurrikuli vokazzjonali transnazzjonali għas-settur kollu:

 

  • Meta jitfasslu kurrikuli vokazzjonali transnazzjonali għas-settur kollu, l-approċċ u l-azzjonijiet deskritti għal-Lott 2 għandhom jiġu segwiti.

 

Lott 2: Alleanza tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV

Tfassil ta' kurrikuli vokazzjonali transnazzjonali tajbin għas-settur kollu:

  • meta jkun meħtieġ, jiġbru u jinterpretaw evidenza tal-ħtiġijiet tal-ħiliet dwar is-suq tax-xogħol f'settur ekonomiku partikolari, billi jużaw il-Panorama ta' Ħiliet tal-UE u fejn ikun rilevanti, ix-xogħol tal-Kunsilli Settorjali Ewropej;
  • jidentifikaw il-ħtiġijiet f'termini ta' forniment ta' taħriġ, billi jużaw, fejn ikunu disponibbli, il-profili okkupazzjonali tal-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO);
  • l-identifikazzjoni u t-tfassil ta' kurrikuli tal-ETV jew standards ta' kwalifiki (konformi mal-EQF u b'informazzjoni mingħand l-ESCO), abbażi tal-ħtiġijiet ta' ħiliet identifikati għal profili okkupazzjonali speċifiċi f'settur ekonomiku partikolari, b'rispons għal dawk il-ħtiġijiet;
  • it-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet fi programmi tal-ETV u/jew kwalifiki modulari (bl-applikazzjoni tal-ECVET għat-tfassil ta' kwalifiki magħmula minn unitajiet ta' eżiti tat-tagħlim), biex ikun hemm it-trasparenza u l-komparabbilità, b'qies ukoll tal-ħtiġijiet tal-validazzjoni ta' tagħlim preċedenti (eż. mhux formali u informali);
  • l-applikazzjoni ta' mmaniġġjar ta' kwalità għall-kontenut ġdid ta' tagħlim jew bl-applikazzjoni ta' prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-EQAVET, jew bl-użu tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità diġà eżistenti li, madankollu, iridu jkunu konformi mal-EQAVET;
  • l-integrazzjoni ta' perjodi ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol f'kontenut ġdid ta' tagħlim, inklużi opportunitajiet sabiex l-għarfien jiġi applikat f'sitwazzjonijiet prattiċi tal-"ħajja reali" ta' fuq ix-xogħol, u li jkun fih l-esperjenza ta' tagħlim transnazzjonali, kull meta jkun possibbli;
  • it-tfassil tal-forniment tal-ETV li jiffoka kemm fuq ħiliet speċifiċi għall-impjieg kif ukoll fuq kompetenzi ewlenin5, ħiliet personali, u dixxiplini tal-STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), filwaqt li jipprovdi opportunitajiet effettivi biex jinkisbu u jiġu żviluppati dawk il-kompetenzi, partikolarment f'kuntesti ta' taħriġ relatati max-xogħol;
  • il-promozzjoni tal-kwalifiki settorjali tal-ETV rilevanti (inklużi programmi transnazzjonali konġunti mogħtija minn aktar minn fornitur wieħed tal-ETV), u l-appoġġ għal ftehim dwar ir-rikonoxximent tagħhom permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ECVET, u b'referenza tal-kwalifiki mal-NQF's u l-EQF kif ukoll għodod u strumenti Ewropej oħra rilevanti fis-settur ikkonċernat;
  • iż-żieda fir-rikonoxximent ta' kwalifiki fil-livell Ewropew u dak nazzjonali f'settur, permezz tal-promozzjoni u tal-ftehim dwar kwalifiki settorjali, l-iffaċilitar taċ-ċertifikazzjoni transfruntiera u l-bini ta' fiduċja reċiproka, li jikkontribwixxu għal żieda fil-mobilità tal-istudent u dik professjonali fis-settur;
  • l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-promozzjoni ta' proġetti li rnexxew u prattiki tajbin relatati mal-ħiliet u l-kwalifiki, kif ukoll dawn li jrawmu s-sħubijiet bejn ħafna partijiet ikkonċernati, inklużi minn setturi oħrajn jew minn barra l-Ewropa u t-tfassil ta' proposti dettaljati biex dawn jiġu replikati jew imtejba, fejn rilevanti;
  • fejn rilevanti, l-iżgurar li r-riżultati tal-proġett huma disponibbli f'format ta' dejta miftuħa biex ikunu jistgħu jservu ta' input fil-Panorama tal-Ħiliet u fl-ESCO.

 

Twassil ta’ kurrikuli vokazzjonali:

  • l-identifikazzjoni tal-aktar metodoloġiji tat-twassil xierqa għall-kurrikuli, bl-użu ta' approċċi innovattivi lejn kif wieħed jgħallem u jitgħallem, kif ukoll użu strateġiku u integrat tal-ICTs (eż. tagħlim imħallat, simulaturi, realtà awmentata, eċċ) soluzzjonijiet ta' mobilità virtwali/mħallta għall-istudenti u l-persunal u r-riżorsi edukattivi miftuħa (eż. MOOC's6);
  • l-identifikazzjoni ta' modi kif jiġu implimentati metodi tat-tagħlim tal-ETV innovattivi b'rispons għall-ħtiġijiet ta' gruppi fil-mira speċifiċi ta' studenti; u permezz tal-forniment ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol;
  • l-iżvilupp ta' azzjonijiet biex jiffaċilitaw it-trasferiment interġenerazzjonali ta' għarfien fl-ETV;
  • id-deskrizzjoni ta' modi kif il-metodoloġiji u l-proċeduri tal-valutazzjoni jistgħu jinkludu l-forom kollha ta' tagħlim, inkluż it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, u kif jistgħu jiffaċilitaw il-validazzjoni tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba qabel it-taħriġ;
  • l-identifikazzjoni ta' miżuri adegwati biex jinżamm kuntatt mal-istudenti wara li jlestu t-taħriġ tagħhom biex ikun ikun hemm "feedback loops"7. Dawn is-sistemi ta' tracking u feedback jistgħu jibnu fuq l-informazzjoni mingħand il-kumpaniji, l-istudenti/l-impjegati, kif ukoll minn riżorsi ta' informazzjoni pubblika u mill-partijiet ikkonċernati fis-suq tax-xogħol;
  • il-proposta ta' miżuri xierqa għar-rikonoxximent formali ta' kurrikuli vokazzjonali u kwalifiki ġodda jew adattati f'pajjiżi parteċipanti u fis-settur(i) kopert(i);
  • l-ippjanar tal-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tanġibbli tal-proġett li jwasslu għal impatt sistematiku.

Lott 3: Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali f'dan il-Lott għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni sostenibbli dwar l-iżvilupp tal-ħiliet bejn il-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-industrija f'settur partikolari, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtoritajiet pubbliċi.

L-Alleanzi f'dan il-Lott ikopru l-attivitajiet tal-Lott 2. Barra minn hekk, iridu jkopru dawn l-attivitajiet:

  • l-iżvilupp ta' strateġija tal-ħiliet settorjali biex tappoġġja l-objettivi tal-istrateġija tat-tkabbir stabbilita għas-settur. Din l-istrateġija għandha tkun l-ewwel riżultat tanġibbli ewlieni tal-proġett, u għandha tidentifika azzjonijiet konkreti u tindika sett ċar ta' attivitajiet, stadji importanti u outputs definiti sew, biex tissuġġerixxi kif ikun hemm qbil bejn id-domanda u l-provvista tal-ħiliet. L-istrateġija għandha turi fid-dettall kif xejriet kbar, bħall-iżviluppi globali, soċjetali u teknoloġiċi fis-settur, x'aktarx li jaffettwaw l-impjiegi u l-ħtiġijiet tal-ħiliet. Għandha tiddeskrivi l-iskeda taż-żmien mistennija u tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt tat-teknoloġiji diġitali u dawk abilitanti essenzjali;
  • biex tirfed u turi l-istrateġija, tidentifika, tiddokumenta u tippromwovi eżempji konkreti ta' politiki u inizjattivi fil-livell nazzjonali u reġjonali bil-għan li tindirizza n-nuqqasijiet u n-nuqqas ta' tqabbil fil-ħiliet kif ukoll trawwem sħubijiet bejn partijiet ikkonċernati multipli (eż. bejn l-industrija, is-sħab soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-awtoritajiet pubbliċi). Eżempji bħal dawn għandhom jiġu ppreżentati f'għamla ta' skedi informattivi li jkun fihom deskrizzjoni ċara tal-proġett/politika, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati differenti, it-tul ta' żmien, il-finanzjament (meta jkun disponibbli) u r-riżultati;
  • l-iżvilupp ta' metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u l-antiċipazzjoni tal-ħiliet futuri kif ukoll il-monitoraġġ (fuq bażi annwali) tal-progress u l-evoluzzjoni tad-domanda u l-provvista tal-ħiliet abbażi ta' xenarji ta' tbassir kredibbli;
  • l-identifikazzjoni ta' profili okkupazzjonali li jridu jiġu riveduti jew maħluqa u l-ħtiġijiet tal-ħiliet korrispondenti tagħhom kif ukoll il-livell ta' profiċjenza meħtieġ, abbażi, fejn huma disponibbli, tal-profili okkupazzjonali fl-ESCO u l-oqfsa ta' kompetenza eżistentt8 fejn rilevanti, jista' jitqies l-iżvilupp ta' oqfsa ta' kompetenza settorjali;
  • l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-indikazzjoni ta' prijoritajiet għall-analiżi jew l-istabbiliment ta' kwalifiki ġodda abbażi tal-profili okkupazzjonali rilevanti;
  • it-trawwim tal-iżvilupp ta' soluzzjonijiet konkreti tal-forniment tal-ETV (inklużi l-ETV għolja) kif ukoll ta' sħubijiet ta' negozji-edukazzjoni-riċerka;
  • l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet konkreti għall-promozzjoni tal-mobilità ta' studenti vokazzjonali, dawk li qed ifittxu x-xogħol u trainess mal-Ewropa kollha fis-settur, filwaqt li nikkapitalizzaw l-użu ta' għodda eżistenti tal-UE (eż. Erasmus+, EURES, Drop'Pin, Alleanza Ewropea għall-Apprendistati);
  • l-iżvilupp ta' azzjonijiet għall-promozzjoni tal-attrattività tas-settur bħala għażla tal-karriera, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, filwaqt li jkun hemm ukoll fil-mira l-bilanċ tas-sessi fis-settur;
  • it-tfassil ta' pjan ta' azzjoni fuq żmien twil għall-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tanġibbli tal-proġett wara li jkun intemm il-proġett. Dan il-pjan għandu jkun ibbażat fuq sħubijiet sostnuti bejn fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet ikkonċernati ewlenin tal-industrija fil-livell xieraq. Għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta' strutturi xierqa ta' governanza, kif ukoll pjanijiet għall-iskalabilità u s-sostenibbiltà finanzjarja. Għandu jiżgura wkoll il-viżibbiltà xierqa u t-tixrid wisa' tax-xogħol tal-Alleanza, inklużi fil-livell politiku tal-UE u dak nazzjonali u għandu jinkludi dettalji dwar kif se ssir l-implimentazzjoni fil-livelli nazzjonali u/jew reġjonali mal-awtoritajiet governattivi u settorjali rilevanti. Il-pjan ta' azzjoni għandu jindika wkoll kif l-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE (eż. il-Fondi Strutturali Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, Erasmus+, COSME, il-programmi settorjali), kif ukoll il-finanzjament nazzjonali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw l-istrateġiji tal-ħiliet. Dan għandu jqis l-istrateġijiet ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti nazzjonali u reġjonali;
  • it-twassil tal-evidenza kwalitattiva u tad-dejta kwantitattiva kollha rilevanti fuq il-livell tal-UE u/jew tal-pajjiż skont il-format ta' dejta miftuħa llinkjata9.

X'inhuma l-karatteristiki essenzjali ta' Alleanza tal-Ħiliet Settorjali?

Il-karatteristiki ewlenin tal-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma:

  • L-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-professjonijiet speċifiċi f’setturi ekonomiċi (fejn disponibbli l-ESCO10:) u;
  • L-impatt li jmur lil hinn mill-ħajja tal-proġett u lil hinn mill-organizzazzjonijiet involuti fl-Alleanza. Huwa mistenni li s-sħubija u l-attivitajiet jippersistu. Il-bidliet fil-forniment tal-ETV għall-profili professjonali jridu jkunu b’mod li jistgħu jitkejlu. Ir-riżultati u s-soluzzjonijiet għandhom ikunu trasferibbli u aċċessibbli għal udjenza usa’. Ir-riżultati tal-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għandhom isiru disponibbli għall-użu u għall-pubblikazzjoni fil-Panorama tal-Ħiliet tal-UE. 

 

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għandhom juru l-impenn u l-valur miżjud tas-sħab kollha. Is-sħab għandhom jgħaqqdu l-informazzjoni sistematika u relatata mas-settur ma’ għarfien sod tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u tal-prattiki tat-taħriġ fis-settur ekonomiku tagħhom. Id-distribuzzjoni tal-kompiti u tar-riżultati tanġibbli għandha twassal għal tqabbil tajjeb bejn l-għarfien espert tas-sħab u l-attivitajiet li huma responsabbli għalihom. Is-sħab għandhom ikunu rappreżentattivi fis-settur tal-inqas fil-livell nazzjonali, ikollhom ilħiq u għarfien espert jew kompetenza Ewropej fl-antiċipazzjoni jew il-provvista tal-ħiliet vokazzjonali, fit-taħriġ, jew it-tfassil tal-kwalifiki.

F'Lott 1- l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-iżvilupp ta' approċċi settorjali permezz ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali" għandhom juru taħlita unika ta' fokus settorjali transnazzjonali għall-iżvilupp ta' ħiliet b'rabtiet mal-iżvilupp ekonomiku lokali/reġjonali. L-imsieħba jiżviluppaw approċċi settorjali permezz ta' Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali pilota, immirati biex jistabbilixxu punti ta' referenza ta' klassi dinjija għal taħriġ f'setturi speċifiċi kemm għat-taħriġ inizjali taż-żgħażagħ kif ukoll għaż-żieda fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid b'mod kontinwu għall-adulti.

Dawn il-pjattaformi se jikkonsistu fi sħubijiet transnazzjonali għall-iżvilupp u t-twassil ta' kurrikuli u kwalifiki tal-ETV konġunti, b'fokus qawwi fuq it-taħriġ prattiku f'kumpaniji, mobilità ta' studenti u persunal u intraprenditorija. L-isħubijiet se jinkludu fornituri tal-ETV f'livelli sekondarji, postsekondarji, livelli mhux terzjarji kif ukoll terzjarji, kumpaniji, kmamar, ċentri ta' riċerka, organizzazzjonijiet involuti f'ekosistemi innovattivi u awtoritajiet pubbliċi rilevanti. Il-Pjattaformi ta' Eċċellenza Vokazzjonali għandhom jinftiehmu f'kuntest wiesa' li jadatta għad-diversità tas-sistemi tal-ETV fil-pajjiżi varji.

L-istituzzjonijiet tal-ETV li jipparteċipaw f'dawn il-pjattaformi se jaġixxu bħala katalisti għall- investiment tan-negozju u għall-appoġġ tal-innovazzjoni Ewropea u reġjonali u għall-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti billi jiżguraw il-provvista ta' ħaddiema b'ħiliet ta' kwalità għolja permezz ta' offerti ta' taħriġ flessibbli u f'waqthom għall-ħtiġijiet tal-ħiliet tal-kumpaniji.

Fil-Lott 2 - Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV is-sħab se jkollhom jinterpretaw l-evidenza ta' riċerka eżistenti dwar il-ħtiġijiet tal-ħiliet speċifiċi għall-professjoni meta jimplimentaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jew meta jfasslu l-istandards tal-kwalifiki abbażi tal-profil ewlieni professjonali komuni Ewropew, b'informazzjoni meħuda, fejn disponibbli mill-ESCO. Fejn hu xieraq, għandhom ikunu bbażati fuq intelliġenza dwar il-ħiliet miġbura mill-"Kunsilli tal-Ħiliet Settorjali Ewropej" u studji dwar il-ħiliet settorjali diġà eżistenti li ġew kummissjonati mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Panorama tal-Ħiliet tal-UE jagħti ammont kbir ħafna ta' informazzjoni dwar il-ħiliet, analiżi u studji dwar il-professjonijiet (okkupazzjonijiet) u s-setturi.

L-Alleanza għandha mbagħad issarrafhom f'kurrikuli orjentanti lejn l-eżiti tat-tagħlim (bl-applikazzjoni tal-ECVET) li jinkludu perjodi ta' tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol u li għandhom ikunu sostnuti minn mekkaniżmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità (f'konformità mal-EQAVET). Is-sħab tal-Alleanza fil-proposta għandhom juru x'miżuri se jieħdu fil-pajjiż u fis-settur kopert mir-rikonoxximent formali (edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali) jew iċ-ċertifikazzjoni (taħriġ vokazzjonali kontinwu) tal-kurrikuli vokazzjonali ġodda jew adattati u kif se jkomplu l-proċeduri wara li jintemm il-finanzjament tal-UE. Is-servizzi tal-gwida għall-karriera mal-awtoritajiet reġjonali jew lokali għandu jkollhom rwol ta' "faċilitatur" fl-appoġġ għall-proċess ta' tqabbil tal-ħiliet mal-ippjanar tal-kurrikuli vokazzjonali sabiex jattiraw l-iskejjel tal-ETV, l-istudenti żgħażagħ jew il-ġenituri tagħhom għall-professjonijiet speċifiċi b'domanda tas-suq tax-xogħol għolja. L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali mistennija jwettqu l-attivitajiet proposti b'tali mod li jimmassimizzaw l-impatt fuq professjoni waħda jew diversi relatati f'settur partikolari.

Fil-Lott 3 - Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet flimkien ma' dak deskritt fil-Lott 2 is-sħab iridu jiżviluppaw approċċ komprensiv u strateġiku li jiġbor l-attivitajiet kollha. Dan l-approċċ strateġiku għandu jkun marbut b'mod ċar mal-istrateġija ta' tkabbir globali tas-settur, bil-ħsieb li jappoġġja s-settur billi jindirizza l-aktar sfidi pressanti u billi jilħaq l-għanijiet fuq żmien medju u twil, inkluż fejn rilevanti f'termini ta' tkabbir, innovazzjoni, kompetittività u impjiegi. Fix-xogħol tagħhom l-Alleanzi jridu jqisu u jirriflettu l-iżviluppi ta' politika u l-pubblikazzjonijiet ewlenin fil-livell tal-UE li għandhom x'jaqsmu mas-settur.

 

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f’Alleanza tal-Ħiliet Settorjali?

Applikant/koordinatur: organizzazzjoni parteċipanti li tissottometti l-proposta għal proġett f’isem is-sħab kollha. L-organizzazzjoni li tikkordina għandha r-responsabbiltà sħiħa li tiżgura li l-proġett jiġi implimentat skont il-ftehim. Il-koordinazzjoni tagħha tkopri d-dmirijiet li ġejjin:

  • tirrappreżenta u taġixxi f'isem l-Alleanza vis-à-vis il-Kummissjoni Ewropea;
  • terfa' r-responsabbiltà finanzjarja u legali għall-implimentazzjoni operattiva, amministratittiva u finanzjarja xierqa tal-proġett kollu;
  • tikkoordina l-Alleanza b'kooperazzjoni mas-sħab tal-proġett.

 

Sħab sħaħ: organizzazzjonijiet parteċipanti li jikkontribwixxu b’mod attiv għall-kisbiet tal-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali. Kull wieħed mis-sħab sħaħ irid jiffirma mandat fejn il-firmatarju jaqbel li l-organizzazzjoni li tikkoordina hi responsabbli mid-dmirijiet elenkati hawn fuq f’isem is-sħubija matul l-implimentazzjoni tal-proġett. L-istess japplika għas-sħab minn Pajjiżi Sħab. 

Sħab assoċjati (fakultattiv): l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali jistgħu jinvolvu sħab assoċjati li jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali. Huma mhumiex soġġetti għal rekwiżiti kuntrattwali peress li ma jirċivux finanzjament. Madankollu, l-involviment tagħhom u r-rwol tagħhom fil-proġett u fil-pakketti ta’ xogħol differenti għandu jiġi deskritt b’mod ċar.

Entitajiet affiljati (fakultattiv): organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u għall-attivitajiet tal-proġett. L-entitajiet affiljati jridu jiġu identifikati fl-applikazzjoni għall-għotja u jissodisfaw ir-rekwiżiti kif deskritt fl-Anness III (Glossarju tat-termini) ta’ din il-Gwida tal-Programm.

 

X'inuma l-kriterji użati għall-valutazzjoni ta’ Alleanza tal-Ħiliet Settorjali?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li l-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali għandha tirrispetta sabiex tkun eliġibbli għal għotja ta’ Erasmus+: 

Lott 1: Alleanza tal-Ħiliet Settorjali għall-iżvilupp ta' approċċi settorjali permezz ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali"

 

Kriterji ta' Eleġibilità għal-Lott 1

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

L-organizzazzjonijiet li ġejjin, mal-entitajiet affiljati tagħhom (jekk jeżistu), huma eleġibbli biex jipparteċipaw f'Alleanza tal-Lott 1. Huma jistgħu jkunu organizzazzjoni pubblika jew privata stabbilita f'Pajjiż tal-Programm (ara t-taqsima "Pajjiżi Eliġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida).

  • fornituri pubbliċi jew privati tal-ETV, fi kwalunkwe livell tal-QEK b'mod partikolari dawk li għandhom id-dipartiment tat-taħriġ tagħhom, dawk li jipprovdu l-apprendistati, u dawk li jipprovdu taħriġ li jaqsmu ma' ħaddieħor (taħriġ kollaborattiv);
  • organizzazzjonijiet tal-UE jew nazzjonali li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, organizzazzjonijiet settorjali rilevanti;
  • netwerks ta' fornituri tal-ETV u organizzazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li jirrappreżentawhom;
  • sħab soċjali Ewropej u/jew nazzjonali;
  • ministeri tax-xogħol jew korpi assoċjati (aġenziji jew kunsilli);
  • servizzi tal-impjiegi pubbliċi jew privati;
  • istituti tar-riċerka dwar is-suq tax-xogħol, uffiċċji nazzjonali tal-istatistika;
  • intrapriżi pubbliċi jew privati żgħar, ta' daqs medju jew kbar (inklużi intrapriżi soċjali);
  • aġenziji tal-iżvilupp ekonomiku u organizzazzjonijiet involuti f'ekosistemi innovattivi;
  • assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi jew tal-ħaddiema settorjali jew professjonali; kmamar tas-snajja' b'ħiliet;
  • organizzazzjonijiet umbrella settorjali Ewropej jew nazzjonali;
  • istituti tar-riċerka;
  • kunsilli tal-ħiliet settorjali;
  • korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali u servizzi ta' informazzjoni;
  • awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u/jew kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • korpi tal-akkreditazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni, tar-rikonoxximent jew tal-kwalifiki (korpi li għandhom "funzjoni regolatorja").

Min jista' japplika?

Kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f'Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali għandha tkopri tal-anqas 4 Pajjiżi tal-Programm u tinkludi tal-anqas 8 imsieħba sħaħ, li minnhom tal-anqas 3 huma kumpaniji, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ), u tal-anqas 3 huma fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Setturi eleġibbli

Is-setturi kollha11 minbarra setturi li huma eleġibbli taħt il-Lott 3.

Tul ta’ żmien tal-proġett

Sentejn snin. It-tul ta' żmien irid jiġi speċifikat fl-istadju ta' applikazzjoni, abbażi tal-objettiv tal-proġett u t-tip ta' attivitajiet ippjanati maż-żmien.

F'każijiet eċċezzjonali, it-tul ta' żmien ta' Alleanza tal-Ħiliet Settorjali jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn 6 xhur, fuq talba mill-benefiċjarju u bi ftehim mal-Aġenzija Eżekuttiva. F'każ bħal dan, it-total tal-għotja mhux se jinbidel.

Fejn tapplika? Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta tapplika?

L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar f’12:00 (nofsinhar ħin ta’ Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta’ Novembru jew fl-1 ta’ Diċembru tal-istess sena, jew fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta’ din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

 

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta' din il-Gwida.

 

Kriterji tal-Għoti għal-Lott 1

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal

massimu 25 punt)

  • Rabta mal-politika: il-proposta tikkontribwixxi għal kisba tal-objettivi Ewropej biex jiġu żviluppati sħubijiet ta' kooperazzjoni innovattivi, bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali" transnazzjonali;
  • Rappreżentazzjoni tal-ETV: l-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali tinkludi msieħba li jirrappreżentaw b'mod xieraq it-tfassil u t-twassil tal-ETV;
  • Rappreżentazzjoni tas-settur: l-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali tinkludi msieħba li jirrappreżentaw b'mod xieraq is-settur konċernat;
  • Ħiliet diġitali: sa liema punt il-proposta tipprevedi l-investigazzjoni fil-ħtiġijiet tal-ħiliet diġitali. Il-proposti li jinkludu dan l-aspett se jitqiesu bħala rilevanti ħafna;
  • Ħiliet ekoloġiċi: sa liema punt il-proposta tipprevedi l-investigazzjoni fil-ħtiġijiet tal-ħiliet marbuta mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari u aktar ekoloġika. Il-proposti li jinkludu dan l-aspett se jitqiesu bħala rilevanti ħafna;
  • Għan: il-proposta hija rilevanti għall-objettivi tal-Azzjoni;
  • Konsistenza: l-objettivi huma bbażati fuq analiżi soda tal-ħtiġijiet; huma definiti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u għall-Azzjoni;
  • Innovazzjoni: il-proposta tqis metodi u tekniki tal-ogħla żvilupp tekniku, u twassal għal riżultati u soluzzjonijiet innovattivi;
  • Valur miżjud Ewropew: il-proposta turi b'mod ċar il-valur miżjud iġġenerat permezz tat-transnazzjonalità tagħha.

Kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett (massimu 30 punt)

 

  • Koerenza: it-tfassil globali tal-proġett jiżgura konsistenza bejn l-objettivi il-metodoloġija, l-attivitajiet u l-baġit propost tal-proġett. Il-proposta tippreżenta sett koerenti u komprensiv ta' attivitajiet xierqa li jwasslu għall-ħtiġijiet identifikati u għar-riżultati mistennija;
  • Struttura: il-programm ta' ħidma huwa ċar u intelliġibbli, u jkopri l-fażijiet kollha (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, l-isfruttament, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid);
  • Immaniġġjar: huma previsti arranġamenti ta' mmanġġjar sodi. L-iskedi ta' żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma definiti sew u realistiċi. Il-proposta talloka riżorsi xierqa għal kull attività;
  • Baġit: il-baġit jipprevedi r-riżorsi meħtieġa għas-suċċess, la huwa sopravalutat u lanqas sottovalutat;
  • Kontroll finanzjarju u tal-kwalità: il-miżuri ta' kontroll (evalwazzjoni kontinwa tal-kwalità, evalwazzjoni bejn il-pari, attivitajiet ta' valutazzjoni komparattiva, eċċ.) u l-indikaturi tal-kwalità jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun ta' kwalità għolja u kosteffiċjenti. L-isfidi/ir-riskji tal-proġett huma identifikati b'mod ċar u l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni huma indirizzati kif xieraq. Il-proċessi tal-analiżi esperta huma ppjanati bħala parti integrali tal-proġett. Il-programm ta' ħidma tal-Alleanza jinkludi valutazzjoni tal-kwalità esterna indipendenti f'nofs it-terminu u fl-aħħar tal-proġett.

Kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (massimu 25 punt)

  • Konfigurazzjoni: il-kompożizzjoni tas-sħubija hija konformi mal-objettivi tal-proġett, u ġġib flimkien bħala rilevanti l-għarfien espert u l-kompetenzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati. Ir-rappreżentattività u l-għarfien espert tal-imsieħba fis-settur konċernat u fil-livell Ewropew huma murija b'mod konvinċenti. L-imsieħba jgħaqqdu l-informazzjoni sistemika u dik relatata mas-settur ma' għarfien sod tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u tal-prattiki tat-taħriġ fis-settur ekonomiku tagħhom. Il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali Ewropej u/jew tal-imsieħba soċjali nazzjonali fil-pajjiżi koperti bl-Alleanza b'attribuzzjoni ċara ta' rwol. It-tixrid u r-rappreżentattività tal-imsieħba rilevanti fuq il-Pajjiżi tal-Programm involuti fl-Alleanza għandhom ikunu tali li l-Alleanza jkollha kapaċità tal-implimentazzjoni għolja fil-pajjiżi koperti mill-Alleanza (eż. permezz tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni Ewropea ta' settur jew ta' msieħba soċjali Ewropej). Jekk il-proposta tinvolvi wkoll korpi li għandhom funzjoni regolatorja fl-ETV se tkun ikkunsidrata rilevanti ħafna;
  • Impenn: id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti hija ċara, xierqa u turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha fir-rigward tal-għarfien espert u tal-kapaċità speċifika tagħhom;
  • Kompiti: il-koordinatur juri mmaniġġjar u koordinazzjoni ta' kwalità għolja tan-netwerks transnazzjonali u ta' tmexxija f'ambjent kumpless. Il-kompiti individwali huma allokati abbażi tal-għarfien speċifiku ta' kull sieħeb;
  • Kollaborazzjoni/Spirtu ta' tim: huwa propost mekkaniżmu effettiv biex jiġu żgurati koordinazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet u komunikazzjoni tajbin bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, il-parteċipanti u kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra

Impatt u Tixrid

(massimu 20 punt)

  • Sfruttament: il-proposta turi kif l-eżiti tal-Alleanza se jintużaw mis-sħab u l-partijiet ikkonċernati l-oħra. Hi tipprovdi mezzi biex jitkejjel l-isfruttament matul il-ħajja tal-proġett u wara;
  • Tixrid: il-proposta tipprovdi pjan ċar għat-tixrid tar-riżultati, u tinkludi attivitajiet, għodod u mezzi xierqa biex tiżgura li r-riżultati u l-benefiċċji jitqassmu b'mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati: dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti li jipprovdu gwida, l-intrapriżi u l-istudenti żgħażagħ f'edukazzjoni obbligatorja dwar professjonijiet b'domanda tas-suq tax-xogħol għolja ħafna jew potenzjal ta' ħolqien tax-xogħol ġdid; matul il-proġett u wara li jintemm; il-proposta tindika liema sħab se jkunu responsabbli għat-tixrid u turi l-esperjenza rilevanti li għandhom fl-attivitajiet ta' tixrid;
  • Impatt: il-proposta turi r-rilevanza u l-ilħiq fis-settur ekonomiku u soċjetali. Din tinkludi msieħba bi rwol sinifikanti fis-settur ikkonċernat inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. Tinkludi miżuri kif ukoll miri u indikaturi biex timmonitorja l-progress u tivvaluta l-impatt mistenni (fuq żmien qasir u twil); jekk korpi li għandhom funzjoni regolatorja (b'mod partikolari fuq il-kwalifiki) ikunu involuti b'mod konvinċenti biex jiżguraw ir-rikonoxximent jew iċ-ċertifikazzjoni tal-kontenut tat-taħriġ, il-proposta hi rilevanti ħafna. Jekk organizzazzjoni umbrella settorjali Ewropea li tirrappreżenta jew imsieħba soċjali jew is-settur konċernat hi msieħba sħiħa, il-proposta hi rilevanti ħafna. Jekk l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku involuti f'ekosistemi innovattivi lokali/reġjonali jkunu msieħba sħaħ, il-proposta hija rilevanti ħafna.
  • Aċċess miftuħ12: Jekk ikun rilevanti, il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-midja prodotti se jkunu disponibbli bla ħlas u kif se jiġu promossi permezz ta' liċenzji miftuħa13, u ma jkunx fihom limitazzjonijiet mhux proporzjonati.
  • Sostenibilità: il-proposta tispjega kif il-Pjattaformi ta' Eċċellenza Vokazzjonali pilota se jiġu introdotti u żviluppati aktar. Il-proposta tinkludi miżuri xierqa u l-identifikazzjoni ta' riżorsi finanzjarji (Ewropej, nazzjonali u privati) biex tiżgura li r-riżultati u l-benefiċċji miksuba mill-Alleanza se jkollhom sostenibbiltà fit-tul.

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-inqas 70 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt għall-kategoriji "rilevanza tal-proġett" u "kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni"; 16-il punt għall-kategorija "kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett", u punt għall-kategorija "impatt u tixrid".

Lott 2: Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV

Kriterji ta' Eleġibilità għal-Lott 2

Organizzazzjonijiet parteċipanti eleġibbli

L-organizzazzjonijiet li ġejjin, mal-entitajiet affiljati tagħhom (jekk jeżistu), huma eleġibbli biex jipparteċipaw f'Alleanza tal-Lott 2. Huma jistgħu jkunu organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm (ara t-taqsima "Pajjiżi Eliġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida).

  • fornituri pubbliċi jew privati tal-ETV, inklużi intrapriżi soċjali, b'mod partikolari dawk li għandhom id-dipartiment tat-taħriġ tagħhom stess, dawk li jipprovdu l-apprendistati, u dawk li jipprovdu taħriġ maqsum ma' ħaddieħor (taħriġ kollaborattiv);
  • organizzazzjonijiet tal-UE jew nazzjonali li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, organizzazzjonijiet settorjali rilevanti;
  • netwerks ta' fornituri tal-ETV u organizzazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li jirrappreżentawhom;
  • awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u Ministeri;
  • organizzazzjonijiet jew netwerks - fil-livell tal-UE jew nazzjonali - li jirrappreżentaw lis-sħab soċjali, lill-industrija, lill-organizzazzjonijiet settorjali, lill-professjonijiet u lill-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-organzzazzjonijiet taż-żgħażagħ;
  • kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tal-ħiliet artiġjanali jew tax-xogħol, u korpi oħra intermedji;
  • kunsilli tal-ħiliet settorjali;
  • aġenziji tal-iżvilupp ekonomiku, korpi tal-istatistika u istituti tar-riċerka;
  • korpi kulturali u/jew kreattivi;
  • korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali, servizzi ta' informazzjoni u servizzi tal-impjiegi;

korpi tal-akkreditazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni, tar-rikonoxximent jew tal-kwalifiki (korpi li għandhom "funzjoni regolatorja")

Min jista' japplika?

L-applikant jista' jkun kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f'Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali trid tkopri tal-inqas 4 Pajjiżi tal-Programm u tinkludi tal-inqas 8 isħab sħaħ, li minnhom tal-inqas 3 jkunu kumpaniji, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ) u tal-inqas 3 jkunu fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.

Setturi eliġibbli

Is-setturi kollha14minbarra s-sitt setturi li huma eleġibbli taħt il-Lott 3.

Tul ta' żmien tal-proġett

Sentejn jew 3 snin. It-tul ta' żmien irid jiġi speċifikat fl-istadju ta' applikazzjoni, abbażi tal-objettiv tal-proġett u t-tip ta' attivitajiet ippjanati maż-żmien.

F'każijiet eċċezzjonali, it-tul ta' żmien ta' Alleanza tal-Ħiliet Settorjali jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn 6 xhur, fuq talba mill-benefiċjarju u bi ftehim mal-Aġenzija Eżekuttiva. F'każ bħal dan, it-total tal-għotja mhux se jinbidel.

Fejn tapplika? Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta tapplika?

L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja mhux aktar tard mit-28 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Novembru jew fl-1 ta' Diċembru tal-istess sena, jew fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta' din il-Gwida.

Kriterji tal-Għoti għal-Lott 2

Il-proposti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett (massimu 25 punt)

  • Rabta mal-politika u l-inizjattivi tal-UE: il-proposta tqis u tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi Ewropej fil-qasam tal-ETV; il-proposta tqis u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' għodod u inizjattivi eżistenti tal-UE għall-iżvilupp tal-ħiliet; hi tibbaża fuq ix-xogħol tal-Kunsill tal-Ħiliet Settorjali Ewropew fejn rilevanti;
  • Rappreżentazzjoni tal-ETV: l-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali tinkludi sħab li jirrappreżentaw b'mod xieraq it-tfassil u t-twassil tal-ETV;
  • Rappreżentazzjoni tas-Settur: l-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali tinkludi sħab li jirrappreżentaw b'mod xieraq is-settur ikkonċernat;
  • Ħiliet diġitali: sa liema punt il-proposta tintegra l-ħiliet diġitali fil-kontenut tat-taħriġ ta' profil professjonali wieħed jew diversi relatati. Il-proposti li jinkludu dan l-aspett se jitqiesu bħala rilevanti ħafna;
  • Ħiliet ekoloġiċi: sa liema punt il-proposta tintegra ħiliet marbuta mat-tranżizzjoni lejn ekonomija cirkulari u aktar ekoloġika fil-kontenut tat-taħriġ ta' profil professjonali wieħed jew diversi relatati. Il-proposti li jinkludu dan l-aspett se jitqiesu bħala rilevanti ħafna;
  • Għan: il-proposta hija rilevanti għall-objettivi tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-għaniijet ta' Alleanza tal-Ħiliet Settorjali");
  • Konsistenza: l-objettivi huma bbażati fuq analiżi soda tal-ħtiġijiet; huma definiti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u għall-Azzjoni;
  • Innovazzjoni: il-proposta tqis metodi u tekniki tal-ogħla żvilupp tekniku, u twassal għal riżultati u soluzzjonijiet innovattivi;
  • Valur miżjud Ewropew: il-proposta turi b'mod ċar il-valur miżjud iġġenerat permezz tat-transnazzjonalità tagħha.

Kwalità tat-tfassil u tal-Implimentazzjoni tal-proġett (massimu 30 punt)

  • Koerenza: it-tfassil globali tal-proġett jiżgura konsistenza bejn l-objettivi, il-metodoloġija, l-attivitajiet u l-baġit propost tal-proġett. Il-proposta tippreżenta sett koerenti u komprensiv ta' attivitajiet xierqa li jwasslu għall-ħtiġijiet identifikati u għar-riżultati mistennija;
  • Struttura: il-programm ta' ħidma huwa ċar u intelliġibbli, u jkopri l-fażijiet kollha (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, l-isfruttament, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid);
  • Metodoloġija: il-proposta hi konformi u tagħmel użu mill-istrumenti u l-għodod tal-UE relatati mal-ħiliet u l-okkupazzjonijiet bħall-EQF15, l-ECVET16, l-EQAVET17, l-Europass18, l-EURES19, id-Drop 'Pin20, l-ESCO21, eċċ.. Fejn possibbli, il-proposta tqis u tikkapitalizza fuq attivitajiet preċedenti rilevanti (eż. inizjattivi tal-Pajjiżi tal-Programm, Komunitajiet tal-Innovazzjoni tal-Għarfien-KIC tal-EIT22, Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali preċedenti u li għaddejjin bħalissa23. Hi tuża l-approċċ tal-eżiti tat-tagħlim, l-ECVET (unitajiet tal-eżiti tat-tagħlim) u prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità f'konformità mal-EQAVET
  • Immaniġġjar: huma previsti arranġamenti ta' mmanġġjar sodi. L-iskedi ta' żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma definiti sew u realistiċi. Il-proposta talloka riżorsi xierqa għal kull attività;
  • Baġit: il-baġit jipprevedi r-riżorsi meħtieġa għas-suċċess, la huwa sopravalutat u lanqas sottovalutat;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti, hi f'konformità mal-għodod u l-prinċipji Ewropej ta' trasparenza u rikonoxximent
  • Kontroll finanzjarju u tal-kwalità: il-miżuri ta' kontroll (evalwazzjoni kontinwa tal-kwalità, evalwazzjoni bejn il-pari, attivitajiet ta' valutazzjoni komparattiva, eċċ.) u l-indikaturi tal-kwalità jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġett hi ta' kwalità għolja u kosteffiċjenti. L-isfidi/ir-riskji tal-proġett huma identifikati b'mod ċar u l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni huma indirizzati kif xieraq. Il-proċessi tal-analiżi esperta huma ppjanati bħala parti integrali tal-proġett. Il-programm ta' ħidma tal-Alleanza jinkludi valutazzjoni tal-kwalità esterna indipendenti f'nofs it-terminu u fl-aħħar tal-proġett.

Kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta'Kooperazzjoni (massimu 25 punt)

  • Konfigurazzjoni: il-kompożizzjoni tas-sħubija hija f'konformità mal-objettivi tal-proġett, hekk kif iġġib flimkien, b'mod li jkun rilevanti, l-għarfien espert u l-kompetenzi meħtieġa fit-tfassil tal-kurrikulu, it-tfassil tal-istandards tal-kwalifiki, il-metodoloġija tal-għoti tat-taħriġ u l-politika tat-taħriġ. Ir-rappreżentattività u l-għarfien espert tas-sħab fis-settur ikkonċernat u fil-livell Ewropew huma murija b'mod konvinċenti. Is-sħab jgħaqqdu l-informazzjoni sistematika u relatata mas-settur ma' għarfien sod tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u tal-prattiki ta' taħriġ fis-settur ekonomiku tagħhom. Il-partiċipazzjoni tas-sħab soċjali Ewropej u/jew tas-sħab soċjali nazzjonali fil-pajjiżi koperti mill-Alleanza b'attribuzzjoni ċara tar-rwol biex jiżviluppaw il-kurrikulu/i u jiżguraw it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol hu rilevanti ħafna. It-tixrid u r-rappreżentattività tas-sħab rilevanti fuq il-Pajjiżi tal-Programm involuti fl-Alleanza għandhom ikunu tali li l-Alleanza jkollha kapaċità ta' implimentazzjoni kbira fil-pajjiżi koperti mill-Alleanza (eż. permezz tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni Ewropea ta' settur jew sħab soċjali Ewropej). Jekk il-proposta tinvolvi wkoll korpi li għandhom funzjoni regolatorja fl-ETV, din titqies rilevanti ħafna.
  • Impenn: id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti hija ċara, xierqa u turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha fir-rigward tal-għarfien espert u l-kapaċità speċifika tagħhom;
  • Kompiti: il-koordinatur juri mmaniġġjar u koordinazzjoni ta' kwalità għolja tan-netwerks transnazzjonali u ta' tmexxija f'ambjent kumpless. Il-kompiti individwali huma allokati abbażi tal-għarfien speċifiku ta' kull sieħeb;
  • Kollaborazzjoni/Spirtu ta' tim: huwa propost mekkaniżmu effettiv biex jiġu żgurati koordinazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet u komunikazzjoni tajbin bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, il-parteċipanti u kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra

IMPATT U TIXRID

(MASSIMU 20 PUNT)

  • Sfruttament: il-proposta turi kif l-eżiti tal-Alleanza se jintużaw mis-sħab u l-partijiet ikkonċernati l-oħra. Hi tipprovdi mezzi biex jitkejjel l-isfruttament matul il-ħajja tal-proġett u wara;
  • Tixrid: il-proposta tipprovdi pjan ċar għat-tixrid tar-riżultati u tinkludi attivitajiet approssimattivi u l-iskeda taż-żmien tagħhom, għodod u mezzi biex ikun żgurat li r-riżultati u l-benefiċċji se jitqassmu b'mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati, lil min ifassal il-politika, lill-professjonisti li jipprovdu gwida, lill-intrapriżi u lill-istudenti fl-edukazzjoni obbligatorja fir-rigward ta' okkupazzjonijiet b'domanda qawwija fis-suq tax-xogħol jew ta' potenzjal għal ħolqien ta' negozju ġdid; matul il-proġett u wara li jintemm; il-proposta tindika liema sħab se jkunu responsabbli għat-tixrid u turi l-esperjenza rilevanti li għandhom fl-attivitajiet ta' tixrid;
  • Impatt: il-proposta turi r-rilevanza u l-ilħiq fis-settur ekonomiku u soċjetali. Hi tinkludi sħab bi rwol sinifikanti fis-settur ikkonċernat inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. Tinkludi miżuri kif ukoll miri u indikaturi biex tissorvelja l-progress u tivvaluta l-impatt mistenni (fuq żmien qasir u twil); jekk huma involuti b'mod konvinċenti korpi li għandhom funzjoni regolatorja (b'mod partikolari fuq il-kwalifi) biex jiżguraw ir-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-konenut tat-taħriġ, il-proposta hi rilevanti ħafna. Jekk organizzazzjoni umbrella settorjali Ewropea li tirrappreżenta jew sħab soċjali jew is-settur ikkonċernat hi sieħeb sħiħ, il-proposta hi rilevanti ħafna.
  • Aċċess miftuħ24: Jek rilevanti, il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-midja prodotti se jkunu disponibbli bla ħlas u promossi permezz ta' liċenzji miftuħa25 u ma fihiex limitazzjonjiet sproporzjonati;
  • Sostenibilità: il-proposta tispjega kif se tiġi żviluppata l-implimentazzoni tal-pjan ta' azzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Il-proposta tinkludi miżuri xierqa u l-identifikazzjoni ta' riżorsi finanzjarji (Ewropej, nazzjonali jew privati) biex tiżgura li r-riżultati u l-benefiċċji miksuba mill-Alleanza jkollhom sostenibbiltà fuq żmien twil.

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-inqas 70 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt għall-kategoriji "rilevanza tal-proġett" u "kwalità tat-tim tal-proġett u l­ arranġamenti ta' kooperazzjoni"; 16-il punt għall-kategorija "kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett", u punt għall-kategorija "impatt u tixrid".

Lott 3: Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet

Kriterji ta' Eleġibilità għal-Lott 3

ORGANIZZAZZJONIJIET PARTEĊIPANTI ELEĠIBBLI

L-organizzazzjonijiet li ġejjin, mal-entitajiet affiljati tagħhom (jekk jeżistu), huma eleġibbli biex jipparteċipaw f'Alleanza tal-Lott 3. Huma jistgħu jkunu organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm (ara t-taqsima "Pajjiżi Eliġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida).

  • intrapriżi pubbliċi jew privati attivi fis-setturi magħżula b'mod partikolari dawk li għandhom id-dipartiment tat-taħriġ tagħhom stess, dawk li jipprovdu l-apprendistati, u dawk li jipprovdu taħriġ maqsum ma' ħaddieħor (taħriġ kollaborattiv);
  • organizzazzjonijiet tal-UE jew nazzjonali li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, organizzazzjonijiet settorjali rilevanti;
  • fornituri tal-edukazzjoni pubbliċi jew privati, inklużi ċentri tat-taħriġ u istituzzjonjiet tal-edukazzjoni għolja;
  • netwerks ta' fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u organizzazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li jirrappreżentawhom;
  • awtoritajiet responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-impjiegi, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u Ministeri relatati;
  • organizzazzjonijiet jew netwerks - fil-livell tal-UE jew nazzjonali - li jirrappreżentaw lis-sħab soċjali, lill-industrija, lill-organizzazzjonijiet settorjali, lill-professjonijiet u lill-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-organzzazzjonijiet taż-żgħażagħ;
  • kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tax-xogħol jew korpi intermedjarji settorjali rilevanti oħrajn;
  • kunsilli tal-ħiliet settorjali;
  • aġenziji tal-iżvilupp ekonomiku, korpi tal-istatistika u istituti tar-riċerka;
  • korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali, servizzi ta' informazzjoni u servizzi tal-impjiegi;
  • korpi tal-akkreditazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni, tar-rikonoxximent jew tal-kwalifiki (korpi li għandhom "funzjoni regolatorja");

korpi li jirrappreżentaw awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u nazzjonali.

MIN JISTA’ JAPPLIKA?

L-applikant jista' jkun kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f'Pajjiż tal-Programm. Din l-organizzazzjoni tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

NUMRU U PROFIL TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET PARTEĊIPANTI

L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali trid tkopri tal-inqas 8 Pajjiżi tal-Programm u tinkludi tal-inqas 12-il sieħeb sħiħ, li minnhom tal-inqas 5 jkunu kumpaniji, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar, trade unions jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ) u tal-inqas 5 jkunu fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

SETTURI ELIĠIBBLI

  1. Batteriji għall-elettromobilità
  2. Bijoekonomija, teknoloġiji ġodda u innovazzjoni fl-agrikultura
  3. Teknoloġija tad-difiża
  4. Diġitalizzazzjoni tal-katina tal-valur tal-enerġija
  5. Industriji intensivi fl-enerġija/simbjoċi industrijali
  6. Manifattura u disinn mikroelettroniċi

TUL TA’ ŻMIEN TAL-PROĠETT

4 snin.

F'każijiet eċċezzjonali, it-tul ta' żmien ta' Alleanza tal-Ħiliet Settorjali jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn 6 xhur, fuq talba mill-benefiċjarju u bi ftehim mal-Aġenzija Eżekuttiva. F'każ bħal dan, it-total tal-għotja mhux se jinbidel.

FEJN TAPPLIKA? Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

META TAPPLIKA?

L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja mhux aktar tard mit-28 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Novembru jew fl-1 ta' Diċembru tal-istess sena, jew fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

KIF TAPPLIKA?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

Fir-rigward tal-LOTT 3 - Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet, trid titqies l-informazzjoni li ġejja għal kull wieħed mis-setturi:

Batteriji għall-elettromobilità

L-Alleanza trid tinkludi, tal-inqas, l-ewwel żewġ oqsma li ġejjin:

  • Ħiliet meħtieġa għall-produzzjoni bil-massa ta' ċelluli tal-batterija u batteriji (għall-elettromobilità, il-ħażna tal-enerġija u applikazzjonijiet industrijali oħra) inklużi ħiliet għall-manifattura ta' materjali taċ-ċelloli tal-batteriji, ċelloli tal-batteriji u pakketti/sistemi tal-batteriji;
  • Ġenerazzjoni futura ta' teknoloġiji tal-batteriji kurrenti u mistennija (eż. stat solidu tal-jone tal-litju kurrenti, avvanzat u futur);
  • Teknoloġiji relatati mal-użu sekondarju tal-elettromobilità (bħall-użu tal-ħażna tal-enerġija), u r-riċiklaġġ

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti għas-settur, inklużi l-azzjonijiet u l-orjentazzjonijiet mogħtija minn:

  • Pjan ta' Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Settorjali fil-qasam tal-Ħiliet għal Karozzi26
  • Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi" COM(2017) 67527
  • Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Ewropa Attiva" COM(2018) 29328 u l-Anness II tagħha
  • Pjan ta' Azzjoni Strateġiku dwar il-Batteriji29
  • Rapport Finali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar it-Tkabbir Kompetittiv u Sostenibbli tal-Industrija tal-Karozzi fl-UE – "GEAR 2030"30
  • Il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija ("il-Pjan SET")31

Bijoekonomija, teknoloġiji ġodda u innovazzjoni fl-agrikultura

L-Alleanza trid tinkludi tal-inqas tnejn mill-oqsma li ġejjin:

  • Sostenibbiltà tal-agrikultura, ġestjoni tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika;
  • Teknoloġiji diġitali, diġitalizzazzjoni, volum kbir ta' data u intelliġenza artifiċjali;
  • Bijoekonomija, ekonomija ċirkolari u bijoprodotti

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti għas-settur, inklużi l-azzjonijiet u l-orjentazzjonijiet mogħtija minn:

  • Il-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka Agrikola (SCAR)32, partikolarment il-ħidma dwar Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS)
  • Il-leġiżlazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni33
  • Strateġija għal Suq Uniku Diġitali34
  • Approċċ strateġiku għar-riċerka u l-innovazzjoni agrikola tal-UE35
  • Strateġija għall-Bijoekonomija tal-UE36
  • Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari tal-UE37
  • Strateġija tal-UE għall-Foresti38
  • Azzjoni tal-UE dwar il-klima39

Orizzont 2020 rilevanti40, Impriża Konġunta b'Bażi Bijoloġika41 u proġetti LIFE42

Teknoloġiji tad-difiża

L-Alleanza trid tinkludi tal-inqas tnejn mill-oqsma li ġejjin:

  • Sistemi ta' armi kumplessi;
  • Ballistika;
  • Robotika, sistemi awtonomi, intelliġenza artifiċjali;
  • C4ISTAR (kmand, kontroll, komunikazzjoni, kompjuters, informazzjoni/intelligence, sorveljanza, eċċ.

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti għs-settur, inklużi l-azzjonijiet u l-orjentazzjonijiet mogħtija minn:

  • Viżjoni dwar ħiliet relatati mad-difiża għal-lum u għal għada: ħiliet għal analiżi tad-data biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet (ir-rilaxx mistenni f'Ottubru 2018)43
  • Sħubija Ewropea għal Ħiliet tad-Difiża44
  • Fond Ewropew għad-Difiża – Proposta għal Regolament COM(2018) 47645
  • Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża - COM(2017) 29546
  • Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża - COM(2016) 95047
  • Studju dwar il-ħiliet u l-kompetenzi għad-Difiża (2015)48
  • Lejn Settur tad-Difiża u tas-Sigurtà aktar Kompetittiv u Effiċjenti - COM(2013) 38749
  • Implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal COM(2013) 38750
  • Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 201351
Diġitalizzazzjoni tal-katina tal-valur tal-enerġija

L-Alleanza trid tinkludi tal-inqas tnejn mill-oqsma li ġejjin:

  • Diġitalizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija u n-netwerks tad-distribuzzjoni inklużi grilji intelliġenti u sistemi ta' kejl intelliġenti;
  • Sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni (sistemi tal-ICT) għas-settur tal-enerġija inklużi l-ġestjoni tad-data u s-sigurtà ċibernetika;
  • Servizzi ġodda tal-enerġija inkluż ir-rispons għad-domanda u servizzi oħra relatati mad-data tal-enerġija;
  • Tranżizzjoni u diġitalizzazzjoni tal-fornitura u l-ġenerazzjoni tal-enerġija.

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti għas-settur, inklużi l-azzjonijiet u l-orjentazzjonijiet mogħtija minn:

  • Pakkett ta' Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha52
  • L-Istrateġija Qafas tal-Unjoni tal-Enerġija53
  • It-Tielet Pakkett tal-Enerġija54

Kodiċi u linji gwida ta' netwerks tal-elettriku55

Industriji intensivi fl-enerġija/simbjoċi industrijali

L-Alleanza trid tinkludi tal-inqas tnejn mill-oqsma li ġejjin:

  • Teknoloġiji ta' simbjoċi industrijali;
  • Teknoloġiji ta' effiċjenza fl-enerġija;
  • Verifiki tal-enerġija u ġestjoni tal-enerġija.

 

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti għs-settur, inklużi l-azzjonijiet u l-orjentazzjonijiet mogħtija minn:

 

  • Il-pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari tal-2018 inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Plastik56
  • Il-Komunikazzjoni tal-2017 dwar "Strateġija mġedda dwar il-Politika Industrijali tal-UE"57
  • Pjan Direzzjonali tal-2011 għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi58
  • Id-Dokument Informali dwar il-Kompetittività tal-Industriji Intensivi fl-Enerġija tal-UE59
  • Proġett għar-Rapport tal-politika (2018) "Perkorsi għal industriji sostenibbli: Effiċjenza fl-enerġija u utilizzazzjoni tas-CO2"60
  • Azzjoni 6 mill-Pjan tat-Teknoloġija Strateġika tal-Enerġija (SET)61
  • Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija62
  • Direttiva dwar l-Iskart63
  • BREFs64
  • Proġetti ffinanzjati mill-ERASMUS+:Recycle Art, ENACTPLUS65 SEEREUSE66

Proġetti tal-Orizzont 2020 bħal MAESTRI, SCALER, SHAREBOX, SYMBIOPTIMA, EPOS67

Manifattura u disinn mikroelettroniċi

L-Alleanza trid tinkludi tal-inqas tnejn mill-oqsma li ġejjin:

  • Id-disinn ta' komponenti elettroniċi għal ċirkwiti diġitali, analoġiċi jew b'sinjali mħallta, bħal: ipproċessar u ħażna tal-informazzjoni, RF u microwaves, sensors (imaging, fotonika, eċċ.) u attwaturi (MEMS eċċ.);
  • Id-disinn ta' sistemi elettroniċi, bħal: system-on-chip, system–in-package, kodisinn tal-ħardwer/softwer;
  • Il-bażi tal-manifattura elettronika, bħal: introduzzjoni għal materjali avvanzati; tagħmir tal-ipproċessar; proċess tal-produzzjoni, ittestjar, ippakkjar, servizzi ta' previżjoni/prevenzjoni.

Biex ikunu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji, l-attivitajiet jridu jkunu kompatibbli mal-inizjattivi u l-evidenza eżistenti tas-settur, kif ukoll l-orjentazzjonijiet inklużi f'dawn id-dokumenti:

  • Ħiliet Diġitali u Koalizzjoni ta' Impjiegi – KE DĠ Cnect68
  • Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Strateġiku Industrijali Ewropew – Grupp ta' Mexxejja tal-Elettronika tal-201469
  • Ħiliet għal Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin fl-Ewropa – Studju – 2016, KE-DĠ Grow70
  • Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin – Rapport finali – 2016, Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-KETs71, u Is-Sejba mill-Ġdid tal-Industrija – 2018, Grupp Strateġiku ta' Livell Għoli dwar it-Teknoloġiji Industrijali72
  • Strateġija Mġedda għall-Politika Industrijali tal-UE - 201773

Id-Diġitizzazzjoni tal-Industrija Ewropea - 201674

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta' din il-Gwida.

Kriterji tal-Għoti għal-Lott 3

Il-proposti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

RILEVANZA TAL-PROĠETT
(MASSIMU 25 PUNT)

  • Rabta mal-politika u l-inizjattivi tal-UE: il-proposta tqis u tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi Ewropej fil-qasam tal-ETV; tqis u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' għodod u inizjattivi eżistenti tal-UE għall-iżvilupp tal-ħiliet; hi tibbaża fuq ix-xogħol tal-Kunsill tal-Ħiliet Settorjali Ewropew fejn rilevanti;
  • Rappreżentazzjoni tal-edukazzjoni: l-Alleanza tinkludi sħab li jirrappreżentaw b'mod xieraq lill-fornituri tal-edukazzjoni;
  • Rappreżentazzjoni tas-Settur: l-Alleanza tinkludi sħab li jirrappreżentaw b'mod xieraq is-settur ikkonċernat;
  • Teknoloġiji abilitanti essenzjali (KETs) u diġitali inklużi ħiliet tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA): sa liema punt il-proposta tintegra dawn il-ħiliet fil-kontenut tat-taħriġ ta’ profil professjonali wieħed jew diversi relatati;
  • Ħiliet Ekoloġiċi u Blu: sa liema punt il-proposta tintegra ħiliet marbuta mat-tranżizzjoni lejn ekonomija cirkolari u aktar ekoloġika, kemm f'termini tal-ħtiġijiet tal-ħiliet kif ukoll f'termini tal-kontenut tat-taħriġ ta' profil professjonali wieħed jew diversi relatati. Il-proposti li jinkludu dan l-aspett se jitqiesu bħala rilevanti ħafna;
  • Għan: il-proposta hi rilevanti għall-objettivi tal-azzjoni, it-temi u l-attivitajiet deskritti fit-taqsima 2. Il-proposta tikkontribwixxi lejn il-bini ta' netwerks u għodod ta' kooperazzjoni transnazzjonali bejn partijiet ikkonċernati rilevanti biex l-edukazzjoni tiġi adattata għall-ħtiġijiet emerġenti tal-industrija tas-settur;
  • Konsistenza: l-objettivi huma bbażati fuq analiżi soda tal-ħtiġijiet; huma ddefiniti b'mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u għall-azzjoni;
  • Innovazzjoni: il-proposta tqis metodi u tekniki tal-ogħla żvilupp tekniku, u twassal għal riżultati u soluzzjonijiet innovattivi;
  • Valur miżjud Ewropew: il-proposta turi b'mod ċar il-valur miżjud iġġenerat permezz tat-transnazzjonalità tagħha.

KWALITÀ TAT-TFASSIL U TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROĠETT
(MASSIMU 30 PUNT)

 

  • Koerenza: it-tfassil globali tal-proġett jiżgura konsistenza bejn l-objettivi, il-metodoloġija, l-attivitajiet u l-baġit propost tal-proġett. Il-proposta tippreżenta sett koerenti u komprensiv ta' attivitajiet xierqa li jwasslu għall-ħtiġijiet identifikati u għar-riżultati mistennija;
  • Struttura: il-programm ta' ħidma huwa ċar u intelliġibbli, u jkopri l-fażijiet kollha (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, l-isfruttament, is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u t-tixrid);
  • Metodoloġija: il-proposta hi konformi u tagħmel użu mill-istrumenti u l-għodod tal-UE relatati mal-ħiliet u l-okkupazzjonijiet bħall-EQF75, l-ECVET76, l-EQAVET77, l-Europass78, l-EURES79, id-Drop 'Pin80, l-ESCO81, eċċ.. Fejn possibbli, il-proposta tqis u tikkapitalizza fuq attivitajiet preċedenti rilevanti (eż. inizjattivi tal-Pajjiżi tal-Programm, Komunitajiet tal-Innovazzjoni tal-Għarfien-KIC tal-EIT82, Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali preċedenti u li għaddejjin bħalissa83. Hi tuża l-approċċ tal-eżiti tat-tagħlim, l-ECVET (unitajiet tal-eżiti tat-tagħlim) u prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità f'konformità mal-EQAVET
  • Immaniġġjar: huma previsti arranġamenti ta' mmanġġjar sodi. L-iskedi ta' żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma definiti sew u realistiċi. Il-proposta talloka riżorsi xierqa għal kull attività;
  • Baġit: il-baġit jipprevedi r-riżorsi meħtieġa għas-suċċess, la huwa sopravalutat u lanqas sottovalutat;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti, hi f'konformità mal-għodod u l-prinċipji Ewropej ta' trasparenza u rikonoxximent
  • Kontroll finanzjarju u tal-kwalità: il-miżuri ta' kontroll (evalwazzjoni kontinwa tal-kwalità, evalwazzjoni bejn il-pari, attivitajiet ta' valutazzjoni komparattiva, eċċ.) u l-indikaturi tal-kwalità jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġett hi ta' kwalità għolja u kosteffiċjenti. L-isfidi/ir-riskji tal-proġett huma identifikati b'mod ċar u l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni huma indirizzati kif xieraq. Il-proċessi tal-analiżi esperta huma ppjanati bħala parti integrali tal-proġett. Il-programm ta' ħidma tal-Alleanza jinkludi valutazzjoni tal-kwalità esterna indipendenti f'nofs it-terminu u fl-aħħar tal-proġett.

     

KWALITÀ TAT-TIM TAL-PROĠETT U L-ARRANĠAMENTI TA’ KOOPERAZZJONI

(MASSIMU 25 PUNT)

  • Konfigurazzjoni: il-kompożizzjoni tal-Alleanza hija f'konformità mal-objettivi tal-proġett, hekk kif iġġib flimkien, b'mod li jkun rilevanti, l-għarfien espert u l-kompetenzi meħtieġa fit-tfassil tal-kurrikulu, it-tfassil tal-istandards tal-kwalifiki, il-metodoloġija tal-għoti tat-taħriġ u l-politika tat-taħriġ. Is-sħab jgħaqqdu l-informazzjoni sistematika u relatata mas-settur ma' għarfien sod tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u tal-prattiki ta' taħriġ fis-settur ekonomiku tagħhom. L-Alleanza tiżgura r-rappreżentattività xierqa tas-settur kollu: ir-rappreżentattività u l-għarfien espert tas-sħab fis-settur ikkonċernat u fil-livell Ewropew huma murija b'mod konvinċenti: Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali Ewropej u/jew tas-sħab soċjali nazzjonali fil-pajjiżi koperti mill-Alleanza hu rilevanti ħafna. It-tixrid u r-rappreżentattività ġeografika tas-sħab rilevanti fuq il-Pajjiżi tal-Programm involuti fl-Alleanza għandhom ikunu tali li l-Alleanza jkollha potenzjal kbir tal-kapaċità ta' implimentazzjoni fil-pajjiżi koperti (eż. permezz tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni Ewropea ta' settur jew sħab soċjali Ewropej) Jekk il-proposta tinvolvi korpi li għandhom funzjoni regolatorja fl-Edukazzjoni u t-taħriġ, se titqies ta' rilevanza kbira;
  • Impenn: id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti hija ċara, xierqa u turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha fir-rigward tal-għarfien espert u tal-kapaċità speċifika tagħhom;
  • Kompiti: il-koordinatur juri mmaniġġjar u koordinazzjoni ta' kwalità għolja tan-netwerks transnazzjonali u ta' tmexxija f'ambjent kumpless. Il-kompiti individwali huma allokati abbażi tal-għarfien speċifiku ta' kull sieħeb;
  • Kollaborazzjoni/Spirtu ta' tim: huwa propost mekkaniżmu effettiv biex jiġu żgurati koordinazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet u komunikazzjoni tajbin bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, il-parteċipanti u kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra

IMPATT U TIXRID

(MASSIMU 20 PUNT)

  • sfruttament: il-proposta turi kif l-eżiti tal-alleanza se jiġu implimentati fil-pajjiżi parteċipanti;
  • tixrid: il-proposta tipprovdi pjan ċar għat-tixrid tar-riżultati u tinkludi attivitajiet approssimattivi u l-iskeda taż-żmien tagħhom, għodod u mezzi biex ikun żgurat li r-riżultati u l-benefiċċji se jitqassmu b'mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati, lil min ifassal il-politika, lill-professjonisti li jipprovdu gwida, lill-intrapriżi u lill-istudenti fl-edukazzjoni obbligatorja fir-rigward ta' okkupazzjonijiet b'domanda qawwija fis-suq tax-xogħol jew ta' potenzjal għal ħolqien ta' negozju ġdid matul il-proġett u wara li jintemm; il-proposta tagħti dettalji dwar kif se jiġu identifikati, dokumentati u mxerrda eżempji konkreti ta' prattika tajba; il-proposta tindika liema sħab se jkunu responsabbli għat-tixrid u turi l-esperjenza rilevanti li għandhom fl-attivitajiet ta' tixrid;
  • impatt: il-proposta turi r-rilevanza u l-ilħiq fis-settur ekonomiku u soċjetali. Hi tinkludi sħab bi rwol sinifikanti fis-settur ikkonċernat inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. Tinkludi miżuri kif ukoll miri u indikaturi biex tissorvelja l-progress u tivvaluta l-impatt mistenni (fuq żmien qasir u twil). Hi tinkudi korpi li għandhom funzjoni regolatorja (b'mod partikolari fuq il-kwalifiki) li huma attivament involuti biex jiżguraw ir-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-konenut tat-taħriġ, il-proposta. Jekk organizzazzjoni umbrella settorjali ewropea li tirrappreżenta jew sħab soċjali jew is-settur ikkonċernat hi sieħeb sħiħ, il-proposta titqies rilevanti ħafna.
  • aċċess miftuħ: jekk ikun rilevanti, il-proposta tiddeskrivi kif il-materjali, id-dokumenti u l-midja prodotti se jkunu disponibbli bla ħlas u kif se jiġu promossi permezz ta' liċenzji miftuħa u f'format ta' dejta miftuħa llinkjat, u ma jkunx fihom limitazzjonijiet sproporzjonati.
  • sostenibilità: il-proposta tispjega kif se tiġi żviluppata l-implimentazzoni tal-pjan ta' azzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Il-proposta tinkludi miżuri xierqa u l-identifikazzjoni ta' riżorsi finanzjarji (ewropej, nazzjonali jew privati) biex tiżgura li r-riżultati u l-benefiċċji miksuba mill-alleanza jkollhom sostenibbiltà fuq żmien twil lil hinn mill-ħajja tal-proġett.

Għal-Lott 3 proposta waħda biss għal kull settur pilota tista' tiġi ffinanzjata. Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-inqas 70 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt għall-kategoriji "rilevanza tal-proġett" u "kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni"; 16-il punt għall-kategorija "kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett", u punt għall-kategorija "impatt u tixrid".

X'għandek tkun taf iktar dwar din l-azzjoni?

L-assigurazzjoni tal-kwalità hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-Alleanzi jwasslu b'suċċess ir-riżultati mistennija tagħhom u jilħqu impatt li jmur ferm lil hinn mill-organizzazzjonijiet sħab innifishom. L-Alleanzi huma mistennija li jiksbu riżultati li huma trasferibbli b'mod mifrux fi ħdan is-settur ekonomiku kkonċernat. Għalhekk, l-Alleanzi jeħtieġ li jipprovdu pjan ta' mmaniġġjar tal-kwalità tajjeb.

L-Alleanzi għandhom jimplimentaw ukoll proċessi ta' analiżi esperta bħala parti integrali mill-proġett. Għaldaqstant, il-programm ta' ħidma tal-Alleanza għandu jinkludi valutazzjoni tal-kwalità esterna indipendenti f'nofs it-terminu u fi tmiem il-proġett, li għandha tiġi sottomessa flimkien mar-rapport dwar il-progress tal-proġett u dak finali rispettivament. Fir-rapport tiegħu dwar il-progress, l-organizzazzjonijiet parteċipanti se jkollhom juru l-azzjonijiet ta' segwitu li jirriżultaw mir-rakkomandazzjoni tal-valutazzjoni tal-kwalità ta' nofs it-terminu.

L-Alleanzi kollha huma meħtieġa li jwettqu attivitajiet ta' tixrid, b'mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet/korpi li jipprovdu gwida/orjentazzjoni professjonali. Huma se jkollhom jipprovdu pjan ta' tixrid komprensiv li jinkludi:

  • strateġija ta' tixrid attiva biex jintlaħqu l-partijiet ikkonċernati, dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti li jipprovdu gwida, l-intrapriżi u l-istudenti żgħażagħ f'edukazzjoni obbligatorja dwar professjonijiet b'domanda tas-suq tax-xogħol għolja ħafna jew potenzjal ta' ħolqien tax-xogħol ġdid;
  • l-integrazzjoni tar-riżultati fis-settur kollu;
  • it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżultati tal-Alleanza permezz ta' liċenzji miftuħa.
 

Il-pjan ta' tixrid għandu jispjega b'mod ċar kif se jixxerrdu r-riżultati ppjanati tal-proġett, inklużi d-definizzjoni tal-miri, l-objettivi, il-mezzi li għandhom jintużaw u l-għażla taż-żmien rilevanti. L-applikazzjonijiet għandhom jindikaw ukoll liema sieħeb se jkun responsabbli għat-tixrid u juru l-esperjenza rilevanti li għandhom fl-attivitajiet ta' tixrid. Il-proġetti magħżula se jkollhom jipproduċu sommarju qasir f'format li jista' jiġi ppubblikat tal-attivitajiet tal-proġett fi tmiem il-proġett li għandu jiġi ppubblikat fl-għodda ta' tixrid tal-Programm.

L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma azzjoni riċenti u ambizzjuża; huma soġġetti għal sorveljanza partikolari li teħtieġ parteċipazzjoni attiva mill-parteċipanti u l-partijiet ikkonċernati kollha. L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali jridu jipprevedu l-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat u avvenimenti organizzati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u l-Kummissjoni Ewropea. Irid jiġi ppjanat baġit għal mhux aktar minn 3 laqgħat fis-sena.

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett irid jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f'euro):

Lott 1 – Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-iżvilupp ta' approċċi settorjali permezz ta' "Pjattaformi ta' eċċellenza vokazzjonali":

 

  • Baġit totali indikattiv: €4 000 000
  • Kontribuzzjoni massima tal-UE mogħtija għal proġett (sentejn): €1 000 000

 

Lott 2 - Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV:

 

  • Baġit totali indikattiv: €3 500 000
  • Kontribuzzjoni massima tal-UE mogħtija għal proġett (sentejn): €700 000
  • Kontribuzzjoni massima tal-UE mogħtija għal proġett (3 snin): €1 000 000

 

Lott 3 - Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta' approċċ strateġiku ġdid (Pjan ta' Azzjoni) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet

 

  • Baġit totali indikattiv: €24 000 000
  • Kontribuzzjoni massima tal-UE mogħtija għal proġett (4 snin): €4 000 000

 

Għal-Lott 3, proposta waħda biss għal kull settur pilota tista' tiġi magħżula

Spejjeż eleġibbli

Mekkaniżmu ta' finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Appoġġ għall-implimentazzjoni

Il-kontribuzzjoni għal kwalunkwe attività marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-proġett inkluż: l-immaniġġjar tal-proġett, il-laqgħat tal-proġett, l-outputs intellettwali (bħall-kurrikuli, materjali pedagoġiċi, riżorsi edukattivi miftuħa (OER), għodod tal-IT, analiżi, studji, eċċ.), it-tixrid, il-parteċipazzjoni f'avvenimenti, il-konferenzi, l-ivvjaġġar, eċċ.

In-numru ta' jiem u l-profil tal-persunal involut skont il-pajjiż huwa l-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-UE.

Kontribuzzjoni għall-kosti unitarji

B3.1 għal kull maniġer involut għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

Kundizzjonali: l-applikanti jridu jiġġustifikaw it-tip u l-volum tar-riżorsi meħtieġa b’rabta mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-outputs proposti.

Sabiex jikkwalifikaw għal dan it-tip ta’ appoġġ b’għotja, l-outputs għandhom ikunu sostanzjali fil-kwalità u l-kwantità.

B3.2 għal kull riċerkatur/ għalliem/ trainer involut għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

B3.3 għal kull tekniku involut għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

B3.4 għal kull membru tal-persunal amministrattiv involut għal kull jum ta' xogħol fuq il-proġett

Tabella A - Implimentazzjoni tal-proġett (ammonti f'euro kuljum) Pajjiżi tal-Programm

L-ammonti jiddependu fuq: a) il-profil tal-persunal impenjati fil-proġett u b) il-pajjiż tal-organizzazzjoni parteċipanti li l-persunal tagħha huwa impenjat.

 

Maniġer

Għalliem/Trainer/Riċerkatur

Persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Tekniku

Persunal amministrattiv

 

B3.1

B3.2

B3.3

B3.4

Id-Danimarka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, l-Iżvezja, il-Liechtenstein, in-Norveġja

353

289

228

189

 

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Iżlanda

 

336

257

194

157

 

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġreċja, Spanja, Ċipru, Malta, il-Portugall, is-Slovenja

 

197

164

122

93

 

Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, it-Turkija

 

106

88

66

47