Werrej
Fittex fil-gwida

Proġett ta’ mobilità għall-persunal tal-edukazzjoni fl-iskejjel

Dan il-proġett ta' mobilità jista' jinkludi attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin

Il-mobilità tal-persunal:

  • assignment ta' tagħlim: din l-attività tippermetti lill-għalliema jew lil persunal ieħor tal-edukazzjoni fl-iskejjel biex jgħallmu fi skola sieħba barra l-pajjiż.
  • korsijiet strutturati jew avvenimenti ta' taħriġ barra l-pajjiż: jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali tal-għalliema, il-mexxejja tal-iskola jew persunal ieħor tal-edukazzjoni;
  • monitoraġġ tal-impjiegi: jipprovdi opportunità għall-għalliema, mexxejja tal-iskejjel jew persunal ieħor tal-iskola li jqattgħu perjodu barra l-pajjiż fi skola sieħba jew organizzazzjoni rilevanti oħra attiva fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel.

Dawn l-attivitajiet huma wkoll opportunitexxejja tal-iskejjel jew persunal ieħor tal-iskola li jqattgħu perjodu barra l-pajjiż fi skola sieħba jew organizzazzjoni rilevanti oħra attiva fil-qasam tal-edukaz ir-refuġjati u l-applikanti għall-ażil ta' età żgħira, se tingħata wkoll attenzjoni partikulari biex jiġu appoġġjati proġetti li jħarrġu l-għalliema f'oqsma bħat-taħriġ lil tfal refuġjati, klassijiet interkulturali, it-tagħlim lil tfal tal-iskola fit-tieni lingwa, it-tolleranza fil-klassi tagħhom u d-diversità.

X'inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'dan il-proġett?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti fil-proġett ta' mobilità jassumu r-rwoli u l-kompiti li ġejjin:

  • Organizzazzjoni applikanti: responsabbli mill-applikazzjoni għall-proġett ta' mobilità, l-iffirmar u l-immaniġġjar tal-ftehim tal-għotja u r-rapportar. Jekk l-organizzazzjoni applikanti hi skola, taġixxi wkoll bħala organizzazzjoni li tibgħat. L-applikant jista' jkun koordinatur ta' konsorzju: mexxej ta' konsorzju tal-mobilità nazzjonali ta' organizzazzjonijiet sħab tal-istess pajjiż immirat sabiex jibgħat persunal tal-edukazzjoni fl-iskejjel għall-attivitajiet barra mill-pajjiż.
  • Organizzazzjoni li tibgħat: responsabbli milli tagħżel għalliema u persunal ieħor tal-edukazzjoni fl-iskejjel u tibgħathom barra mill-pajjiż.
  • Organizzazzjoni li tilqa': inkarigata biex tilqa' għalliema u persunal ieħor tal-edukazzjoni fl-iskejjel u toffrilhom programm ta' attivitajiet, jew biex jibbenefikaw minn attività ta' tagħlim ipprovduta minnhom.

Ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjoni li tilqa' jiddependi fuq it-tip ta' attività u r-relazzjoni mal-organizzazzjoni li tibgħat. L-organizzazzjoni li tilqa' tista' tkun:

  • fornitur ta' kors (fil-każ ta' parteċipazzjoni f'kors strutturat jew avveniment ta' taħriġ);
  • skola sieħba jew organizzazzjoni rilevanti oħra (fil-każ ta' eż. monitoraġġ tal-impjiegi jew assignment ta' tagħlim). F'dan il-każ, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jilqgħu, flimkien mal-parteċipanti, għandhom jistabbilixxu ftehim qabel il-bidu tal-attività. Dan il-ftehim għandu jiddefinixxi l-objettivi u l-attivitajiet għall-perjodu barra l-pajjiż, u jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi ta' kull parti.

Erasmus+ jappoġġja l-mobilità tat-tagħlim tal-persunal li:

  • hi inkwadrata fi Pjan Ewropew għall-Iżvilupp għall-organizzazzjoni li tibgħat (immirata biex timmodernizza u tinternazzjonalizza l-missjoni tagħhom);
  • twieġeb għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-persunal identifikati b'mod ċar;
  • hi akkumpanjata minn għażla, preparazzjoni u miżuri ta' segwitu xierqa;
  • tiżgura li l-eżiti tat-tagħlim tal-persunal parteċipanti huma rikonoxxuti sew;
  • tiżgura li l-eżiti tat-tagħlim huma mxerrda u użati b'mod wiesa' fl-organizzazzjoni.

X'inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat dan il-proġett?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li proġett ta' mobilità tal-edukazzjoni fl-iskejjel għandu jirrispetta sabiex ikun eliġibbli għal għotja finanzjarja ta' Erasmus+:

Kriterji tal-Eliġibbiltà

Attivitajiet eliġibbli

Proġett ta' mobilità tal-iskola jinkludi waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew iżjed minn waħda:

  • assignment ta' tagħlim;
  • korsijiet strutturati jew avvenimenti ta' taħriġ barra l-pajjiż;
  • monitoraġġ tal-impjiegi.

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Assignment ta' tagħlim:

L-organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jilqgħu għandhom ikunu skejjel (jiġifieri istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali jew teknika fi kwalunkwe livell minn edukazzjoni ta' qabel l-età tal-iskola għal edukazzjoni sekondarja superjuri)1.

Korsijiet strutturati, avvenimenti ta' taħriġ u monitoraġġ tal-impjiegi:

L-organizzazzjoni li tibgħat għandha tkun skola jew il-koordinatur ta' konsorzju nazzjonali tal-mobilità.

L-organizzazzjoni li tilqa' tista' tkun:

  • skola; jew
  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ. Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun:
    • ċentru edukattiv tal-ETV jew ta' skola/istitut ta' edukazzjoni għall-adulti;
    • istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja;
    • intrapriża pubblika jew privata żgħira, ta' daqs medju jew kbira (inklużi intrapriżi soċjali);
    • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inklużi kmamar tal-kummerċ, assoċjazzjonijiet tas-snajja'/professjonali u trade unions;
    • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
    • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
    • istitut tar-riċerka;
    • fondazzjoni;
    • korp li jipprovdi gwida dwar il-karrieri, konsulenza professjonali u servizzi ta' informazzjoni;
    • organizzazzjoni li tipprovdi korsijiet jew taħriġ.

Għal applikazzjonijiet ippreżentati minn konsorzju nazzjonali tal-mobilità, l-organizzazzjonijiet koordinatriċi eliġibbli huma definiti mill-Awtorità Nazzjonali fil-pajjiż2 u jistgħu jinkludu:

  • awtoritajiet ta' skejjel lokali jew reġjonali;
  • korpi ta' koordinazzjoni tal-iskejjel;
  • skejjel

L-organizzazzjonijiet l-oħra kollha involuti fil-konsorzju nazzjonali tal-mobilità għandhom ikunu skejjel.

Jekk il-koordinatur tal-konsorzju nazzjonali tal-mobilità huwa awtorità skolastika jew korp ta' koordinazzjoni, l-iskejjel fil-konsorzju għandhom ikunu marbuta mal-koordinatur tal-konsorzju mill-aspett organizzattiv. Jekk il-koordinatur huwa skola, il-ġustifikazzjoni għall-formazzjoni ta' konsorzju għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni tal-proġett, fejn tispjega r-raġunijiet għall-formazzjoni tal-konsorzju u l-kapaċità tal-koordinatur biex imexxi l-proġett.

Kull organizzazzjoni parteċipanti għandha tkun stabbilita f'Pajjiż tal-Programm.

Min jista' japplika?

  • Skola li tibgħat lill-persunal tagħha barra l-pajjiż (applikazzjoni individwali);
  • Il-koordinatur ta' konsorzju tal-mobilità nazzjonali (applikazzjoni minn konsorzju)

Individwi ma jistgħux japplikaw direttament għal għotja.

Numru ta' organizzazzjonijiet parteċipanti

Attività tal-mobilità hi transnazzjonali u tinvolvi minimu ta' żewġ organizzazzjonijiet parteċipanti (tal-anqas organizzazzjoni li tibgħat waħda u għall-anqas organizzazzjoni li tilqa' waħda) minn pajjiżi differenti. Organizzazzjonijiet li jliqgħu ma għandhomx bżonn jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja.

Fil-każ ta' proġetti ppreżentati minn konsorzju tal-mobilità nazzjonali, il-membri kollha tal-konsorzju għandhom ikunu mill-istess Pajjiż tal-Programm u jridu jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja. Konsorzju għandu jkun magħmul minn għall-anqas 3 organizzazzjonijiet (il-koordinatur u għall-anqas żewġ skejjel oħra).

Tul ta' żmien tal-proġett

Minn sena sa sentejn. L-applikant għandu jagħżel it-tul ta' żmien fl-istadju tal-applikazzjoni, ibbażat fuq l-objettiv tal-proġett u fuq it-tipi ta' attivitajiet ippjanati matul iż-żmien.

Tul ta' żmien tal-attività

Minn jumejn sa xahrejn, eskluż iż-żmien għall-ivvjaġġjar.

Minimu ta' jumejn konsekuttivi.

Post(ijiet) tal-attività

L-Attivitajiet ta' Mobilità jridu jsiru barra l-pajjiż, f'pajjiż ieħor tal-Programm.

Parteċipanti eliġibbli

Persunal responsabbli għall-edukazzjoni fl-iskejjel (ta' tagħlim u mhux ta' tagħlim, inklużi maniġers tal-iskola, kapijiet tal-iskola, eċċ), kif ukoll persunal ieħor fil-qasam tal-edukazzjoni (spetturi tal-iskejjel, counsellors fl-iskejjel, konsulenti pedagoġiċi, psikologi, eċċ.) involuti fl-iżvilupp strateġiku tal-iskola (skejjel) li tibgħat (jibagħtu).

Il-persunal ta' awtoritajiet skolastiċi lokali jew reġjonali jew korpi ta' koordinazzjoni tal-iskejjel li jmexxu konsorzju nazzjonali tal-mobilità li huma involuti fil-politika tal-iskejjel, l-iżvilupp tal-iskejjel, jew f'attivitajiet oħra ta' importanza strateġika għas-settur edukattiv tal-iskejjel.

Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu f'relazzjoni ta' ħidma mal-organizzazzjoni li tibgħat

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni applikanti hi stabbilita3.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-għotja tagħhom sal-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Data tal-għeluq addizzjonali possibbli:

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jorganizzaw rawnd ieħor ta' applikazzjonijiet jekk il-fondi ma jintużawx, li għalih japplikaw ukoll ir-regoli stabbiliti f'din il-Gwida. L-Aġenziji Nazzjonali se jagħtu informazzjoni dwar din il-possibbiltà permezz tas-sit web tagħhom.

Jekk jiġi organizzat rawnd ieħor, l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tal-għotja tagħhom sal-1 ta' Ottubru f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta’ din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

Kriterji oħrajn

Organizzazzjoni jew konsorzju tal-mobilità nazzjonali jista’ japplika biss darba kull rawnd tal-għażla. Madankollu, organizzazzjoni tista’ tkun parti minn jew tikkoordina diversi konsorzji tal-mobilità nazzjonali differenti li japplikaw fl-istess ħin.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett

(massimu 30 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal dan li ġej:
    • l-objettivi tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' proġett ta' mobilità"):
    • il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u tal-parteċipanti individwali kif speċifikat fil-Pjan ta' Żvilupp Ewropew.
  • Kemm il-proposta hi adattata għal dan li ġej:
    • il-produzzjoni ta' eżiti tat-tagħlim ta' kwalità għolja għall-parteċipanti;
  • it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ambitu internazzjonali tal-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett

(massimu 40 punt)

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-fażijiet kollha tal-proposta tal-proġett (tħejjija, implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità u segwitu);
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett u l-attivitajiet proposti;
  • Il-Kwalità tal-Pjan Ewropew għall-Iżvilupp tal-organizzazzjoni applikanti;
  • L-adegwatezza tal-miżuri għall-għażla u/jew l-involviment tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' mobilità;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, l-immaniġġjar u l-modalitajiet ta' appoġġ;
  • F'każ ta' konsorzji nazzjonali tal-mobilità: il-kompożizzjoni xierqa tal-konsorzju, il-potenzjal għal sinerġiji fil-konsorzju, u l-kapaċità tal-koordinatur biex imexxi l-proġett;
  • Il-kwalità tal-preparazzjoni pprovduta lill-parteċipanti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti kif ukoll l-użu konsistenti ta' għodod ta' trasparenza u rikonoxximent Ewropej;

Impatt u tixrid

(massimu 30 punt)

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tal-eżiti tal-proġett;
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti individwali u fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti matul u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li jipparteċipaw direttament fil-proġett, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew.
  • L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn it-tixrid tal-eżiti tal-proġett fi ħdan u barra l-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-anqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-anqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji għall-għoti msemmija hawn fuq (jiġifieri tal-anqas 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 20 punt għall-kategorija “kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni”).

X’għandek tkun taf aktar dwar din l-Azzjoni?

Spejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli

L-applikanti għal proġetti ta' mobilità se jitħallew jitolbu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għoli tal-parteċipanti skont l-intestatura tal-baġit "spejjeż eċċezzjonali" (sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż totali eliġibbli: ara "X'inhuma ir-regoli tal-finanzjament?"), inklużi każijiet fejn il-parteċipanti jagħżlu mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet aktar baxxi (eż. tren), li jirriżultaw fi spejjeż tal-ivvjaġġar għoljin. Dan ikun permess sakemm l-applikanti jkunu jistgħu jiġġustifikaw li r-regoli tal-finanzjament standard (ibbażati fuq il-kostijiet unitarji għal kull faxxa ta' distanza tal-ivvjaġġar) ma jkoprux tal-anqas 70% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti. Jekk jingħataw, l-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli jissostitwixxu l-għotja tal-ivvjaġġar standard.

Informazzjoni oħra

Tista' ssib aktar kriterji obbligatorji u informazzjoni siewja addizzjonali rigward din l-Azzjoni fl-Anness I ta' din il-Gwida. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jaqraw b'attenzjoni t-taqsimiet rilevanti ta' dan l-Anness qabel japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett ta’ mobilità jrid jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f’euro):

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Ivvjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inklużi l-persuni li jakkumpanjaw, mill-post ta' oriġini tagħhom sal-post tal-attività u lura

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar iridu jiġu kkalkulati billi jintuża l-kalkulatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea4. L-applikant għandu jindika d-distanza ta’ vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li tkun se tappoġġja l-vjaġġ ’l hemm u lura 5.

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM: EUR 180 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM: EUR 275 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM: EUR 360 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM: EUR 530 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM: EUR 820 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew aktar: EUR 1 500 għal kull parteċipant

Appoġġ Organizzazzjonali

Spejjeż marbutin direttament mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità (bl-esklużjoni tas-sussistenza għall-parteċipanti), inkluża t-tħejjija (pedaġoġika, interkulturali, lingwistika), il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-parteċipanti waqt il-mobilità, il-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, l-attivitajiet ta' tixrid.

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

sal-100 parteċipant: EUR 350 għal kull parteċipant

+

lil hinn mill-100 parteċipant: EUR 200 għal kull parteċipant addizzjonali

Abbażi tan-numru ta’ parteċipanti

Appoġġ individwali

Spejjeż marbutin direttament mas-sussistenza tal-parteċipanti, inklużi persuni li jakkumpanjaw, matul l-attività

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

sal-14-il jum tal-attività: A3.1 għal kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-15 u s-60 jum tal-attività: 70% ta' A3.1 kulljum għal kull parteċipant

Abbażi tat-tul ta' żmien tas-soġġorn għal kull parteċipant (jekk ikun hemm bżonn, inklużi wkoll jum ta' vvjaġġar wieħed qabel l-attività u jum ta' vvjaġġar ieħor wara l-attività).

Tariffi tal-kors

Spejjeż marbutin b'mod dirett mal-pagament ta' tariffi għall-iskrizzjoni fil-korsijiet

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

EUR 70 gzzjoni għall-kostijiet unit
Massimu ta' EUR 700 gkostijiet unitarjient ta' tariffi għall-iskri

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti t-tariffi tal-korsijiet, appoġġ għall-bżonnijiet speċjali u spejjeż eċċezzjonali trid tkun motivata fil-formola tal-applikazzjoni

Appoġġ għall-Bżonnijiet speċjali

Spejjeż addizzjonali marbutin direttament ma’ parteċipanti b’diżabilità u ma’ persuni li jkunu qed jakkumpanjaw (inklużi spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u s-sussistenza, jekk ġustifikat u diment li ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti permezz tal-kategoriji tal-baġit marbuta mal-”ivvjaġġar” u l-“appoġġ individwali”).

Spejjeż reali

100% tal-ispejjeż eliġibbli

Spejjeż eċċezzjonali

Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali.

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (għad-dettalji, ara t-taqsima "X'għandek tkun taf aktar dwar din l-azzjoni").

Spejjeż reali

75% tal-ispejjeż eliġibbli

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli

Tabella 1 - Appoġġ individwali (ammonti f'euro kull jum)

L-ammonti jiddependu fuq il-pajjiż fejn isseħħ l-attività. Kull Aġenzija Nazzjonali tiddefinixxi – abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti – l-ammonti applikabbli għall-proġetti sottomessi f’pajjiżhom. Dawn l-ammonti jiġu stabbiliti fil-meded minimi u massimi pprovduti fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammonti preċiżi jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ kull Aġenzija Nazzjonali.

Pajjiż li jilqgħu

Mobilità tal-persunal

Min-Mass (kulljum)

A3.1

Grupp 1:

In-Norveġja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, l-Iżlanda,

l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Liechtenstein

80-180

Grupp 2:

In-Netherlands, l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja,

Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Portugall

70-160

Grupp 3:

Is-Slovenja, l-Estonja, il-Latvja, il-Kroazja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka,

il-Litwanja, it-Turkija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja

60-140

  • 1. Jekk jogħġbok irreferi għal-lista tal-organizzazzjonijiet eliġibbli f'kull pajjiż. Għal aktar tagħrif, ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż.
  • 2. Jekk jogħġbok irreferi għal-lista tal-organizzazzjonijiet eliġibbli f'kull pajjiż. Għal aktar tagħrif, ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż.
  • 3. Jekk jogħġbok innota li: skejjel taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiż ieħor (eż. lycee frangais, skejjel Ġermaniżi, skejjel tal-"Forzi" tar-Renju Unit) japplikaw mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż superviżur.
  • 4. http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 5. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant a) se jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) se jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u c) jikkalkula l-għotja mill-UE li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).