Werrej
Fittex fil-gwida

Proġett ta’ Mobilità għaż-żgħażagħ u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Fl-2019, fl-għażla tal-proġetti, l-enfasi se jkun fuq:

  • li jintlaħqu ż-żgħażagħ marġinalizzati, il-promozzjoni tad-diversità, tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, il-valuri komuni tal-liberta, it-tolleranza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fuq proġetti li jsaħħu l-litteriżmu fil-media, il-ħsieb kritiku u s-sens ta' inizjattiva taż-żgħażagħ, kif ukoll
  • l-għoti ta' kompetenzi u metodi lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ għall-iżvilupp professjonali tagħhom, inkluż għall-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ, li huma meħtieġa sabiex il-valuri fundamentali komuni tas-soċjetà tagħna jiġu trasferiti b'mod partikolari għaż-żgħażagħ li mhux faċli li jintlaħqu kif ukoll għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ

F'dan ir-rigward, filwaqt li jitqies il-kuntest kritiku fl-Ewropa - u meta jitqies il-fatt li l-ħidma fost iż-żgħażagħ, l-attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tar-refuġjati, l-applikanti għall-ażil u l-migranti u/jew biex tiżdied il-kuxjenza dwar din il-kwistjoni fil-komunitajiet lokali - għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-appoġġ ta' proġetti ta' mobilità taż-żgħażagħ li jinvolvu jew li jiffokaw fuq ir-refuġjati/l-applikanti għall-ażil u l-migranti.

Proġett ta' mobilità jista' jikkombina waħda jew aktar mill-attivitajiet ta' hawn taħt:

  • Il-mobilità taż-żgħażagħ: Skambji taż-Żgħażagħ

L-Iskambji taż-Żgħażagħ jippermettu li gruppi ta' żgħażagħ minn mill-inqas żewġ pajjiżi differenti jiltaqgħu u jgħixu flimkien għal perjodu li jista' jasal sa 21 jum. Waqt Skambju taż-Żgħażagħ, il­ parteċipanti, bl-appoġġ tal-mexxejja tal-grupp, iwettqu b'mod konġunt programm ta' ħidma (taħlita ta' workshops, eżerċizzji, dibattiti, logħob ta' rwol, simulazzjonijiet, attivitajiet fuq barra, eċċ.) imfassla u mħejjija minnhom qabel l-Iskambju. L-Iskambji taż-Żgħażagħ jippermettu li ż-żgħażagħ: jiżviluppaw kompetenzi; isiru konxji ta' suġġetti/oqfsa tematiċi soċjalment rilevanti; jiskopru kulturi, użanzi u stili ta' ħajja ġodda, prinċipalment permezz ta' tagħlim bejn il-pari; isaħħu l-valuri bħas-solidarjetà, id-demokrazija, il-ħbiberija, eċċ. Il-proċess ta' tagħlim fl-Iskambji ta' Żgħażagħ jiġi stimulat b'metodi ta' edukazzjoni mhux formali. Minħabba d-durata pjuttost qasira, l-involviment taż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet huwa wieħed adegwat; bħala tali l-Iskambju taż-Żgħażagħ joffri esperjenza ta' mobilità internazzjonali fis-sikurezza ta' grupp bil-possibbiltà li jkun hemm numru adegwat ta' mexxejja tal-grupp biex jieħdu ħsieb il-parteċipanti. L-Iskambju taż-Żgħażagħ jista' jkun ambjent tajjeb għad-diskussjoni u t-tagħlim dwar il-kwistjonijiet ta' inklużjoni u diversità. L-Iskambji taż-Żgħażagħ huma bbażati fuq kooperazzjoni transnazzjonali bejn żewġ organizzazzjonijiet parteċipanti jew aktar minn pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha.

L-attivitajiet li ġejjin mhumiex eliġibbli għal għotjiet fi ħdan l-Iskambji taż-Żgħażagħ: il-vjaġġi għal studji akkademiċi; l-attivitajiet ta' skambju li l-mira tagħhom tkun li jsir profitt finanzjarju; l-attivitajiet ta' skambju li jistgħu jitqiesu bħala turiżmu; festivals; ivvjaġġar għal btala; mawriet ta' prestazzjoni.

 

  • Il-mobilità tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Din l-attività ssostni l-iżvilupp professjonali tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ permezz tal-implimentazzjoni ta' attivitajiet bħal seminars transnazzjonali/internazzjonali, korsijiet ta' taħriġ, avvenimenti biex jinħolqu kuntatti, żjarat ta' studju, eċċ. jew perjodi ta' monitoraġġ/osservazzjoni tal-impjieg barra l-pajjiż f'organizzazzjoni attiva fil-qasam taż-żgħażagħ. Dawn l-attivitajiet kollha jistgħu jitfasslu u jingħaqdu biex jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-impatt mixtieq identifikati mill-organizzazzjonijiet parteċipanti meta jkunu qed isiru l-arranġamenti tal-proġett. L-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema żgħażagħ parteċipanti għandu jikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità għal ħidma ta' kwalità fil-qasam taż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni tagħhom u għandu jkollu impatt ċar fuq il-ħidma regolari maż-żgħażagħ tal-ħaddiema żgħażagħ parteċipanti. L-eżiti tat-tagħlim, inkluż kwalunkwe materjal u metodi u għodod innovattivi, għandhom jiġu mxerrda aktar fil-qasam taż-żgħażagħ biex jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-ħidma taż-żgħażagħ u/jew irawmu l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ta' politika għaż-żgħażagħ.

 

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f’dan il-proġett?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti fil-proġett ta' mobilità jassumu r-rwoli u l-kompiti li ġejjin:

  • Organizzazzjoni li tikkoordina proġett ta' mobilità taż-żgħażagħ: li tapplika għall-proġett kollu f'isem l-organizzazzjonijiet sħab kollha.
  • Organizzazzjoni li tibgħat: responsabbli li tibgħat żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ barra l-pajjiż (dan jinkludi: l-organizzazzjoni ta' arranġamenti prattiċi; il-preparazzjoni tal-parteċipanti qabel it-tluq; l-għoti ta' appoġġ lill-parteċipanti matul il-fażijiet kollha tal-proġett).
  • Organizzazzjoni li tilqa': responsabbli li tospita l-attività, tiżviluppa programm ta' attivitajiet għall-parteċipanti f'kooperazzjoni mal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet sħab u tagħti appoġġ lill-parteċipanti waqt il-fażijiet kollha tal-proġett.

 

X’inhuma l-kriterji użati għall-valutazzjoni ta’ dan il-proġett?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li l-proġett ta' mobilità għandu jirrispetta sabiex ikun eliġibbli għal għotja ta' Erasmus+:

Kriterji ta’ Eliġibbiltà ġenerali

Attivitajiet eliġibbli

Proġett ta' mobilità għaż-żgħażagħ għandu jinkludi attività waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

  • Skambji ta' Żgħażagħ;
  • Mobilità tal-Persuni li Jaħdmu maż-Żgħażagħ

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Organizzazzjoni parteċipanti eliġibbli tista' tkun:

  • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
  • NGO Ewropea għaż-Żgħażagħ;
  • intrapriża soċjali;
  • korp pubbliku fil-livell lokali;
  • grupp ta' żgħażagħ attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ iżda mhux bilfors fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ (jiġifieri grupp informali ta' żgħażagħ).

l kif ukoll:

  • korp pubbliku fil-livell reġjonali jew nazzjonali1;
  • assoċjazzjoni tar-reġjuni;
  • Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali;
  • korp bi skop ta' qligħ attiv fir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva.

stabbilita f'Pajjiż tal-Programm jew f'Pajjiż Sieħeb ġar tal-UE (ir-reġjuni 1 sa 4; ara t-taqsima "Pajjiżi Eleġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida).

Min jista' japplika?

Kwalunkwe organizzazzjoni jew grupp parteċipanti2 stabbilit f'Pajjiż tal-Programm jista' jkun l-applikant. Din l-organizzazzjoni tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Proġett ta' mobilità taż-żgħażagħ jiġi ffinanzjat b'mod speċifiku (ara t-taqsima "regoli dwar il-finanzjament") jekk l-applikant ikun:

  • korp pubbliku fil-livell reġjonali jew nazzjonali3;
  • assoċjazzjoni tar-reġjuni;
  • Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali;
  • korp bi skop ta' qligħ attiv fir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva.

Numru u profil tal-organizzazzjonijiet parteċipanti

L-attività ta' mobilità hija transnazzjonali u tinvolvi tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet parteċipanti (organizzazzjoni li tibgħat u organizzazzjoni li tilqa') minn pajjiżi differenti. Jekk proġett tal-mobilità taż-żgħażagħ ibassar attività waħda biss, il-koordinatur għandu jaġixxi wkoll bħala organizzazzjoni li tibgħat jew li tilqa'. Jekk proġett tal-mobilità taż-żgħażagħ ibassar aktar minn attività waħda, il-koordinatur tal-proġett jista' - iżda mhux bilfors ikollu - jaġixxi bħala l-organizzazzjoni li tibgħat jew l-organizzazzjoni li tilqa'. Fil-każijiet kollha, il-koordinatur ma jistax ikun organizzazzjoni minn Pajjiż Sieħeb ġar tal-UE.

Attivitajiet fil-Pajjiżi tal-Programm: l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha għandhom ikunu minn Pajjiż tal-Programm.

Attivitajiet ma' Pajjiżi Sħab ġirien tal-UE: l-attività għandha tinvolvi tal-inqas organizzazzjoni parteċipanti waħda minn Pajjiż tal-Programm u organizzazzjoni parteċipanti waħda minn Pajjiż Sieħeb ġar tal-UE.

Tul ta' żmien tal-proġett

Minn 3 xhur sa 24 xahar.

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih hi stabbilita l-organizzazzjoni applikanti.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sad-dati li ġejjin:

  • il-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru tal-istess sena;
  • it-30 ta' April f'12:00 (nofsinhar, ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena;
  • l-1 ta' Ottubru f'12:00 (nofsinhar, ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif tapplika.

Kriterji oħrajn

Mal-formola tal-applikazzjoni jrid ikun hemm annessa skeda ta' żmien għal kull waħda mill-attivitajiet ippjanata fil-proġett tal-Iskambji taż-Żgħażagħ u tal-Mobilità tal-Persuni li jaħdmu fost iż-Żgħażagħ.

Mal-formola tal-applikazzjoni jrid ikun hemm annessa Dikjarazzjoni fuq l-Unur tar-rappreżentant legali.

 

Kriterji ta’ Eliġibbiltà addizzjonali għall-Iskambji ta’ Żgħażagħ

Tul ta' żmien tal-attività

Minn 5 sa 21 jum, eskluż iż-żmien tal-ivvjaġġar.

Post(ijiet) tal-attività

L-attività trid issir fil-pajjiż ta' waħda mill-organizzazzjonijiet parteċipanti fl-attività.

Parteċipanti eliġibbli

Żgħażagħ ta' bejn it-30 u t-13 sena4 residenti fil-pajjiż tal-organizzazzjoni li tibgħat jew tal-organizzazzjoni li tilqa'. Il-mexxejja tal-grupp5involuti fl-Iskambju taż-Żgħażagħ irid ikollhom tal-inqas 18-il sena.

 

Numru ta’ parteċipanti u kompożizzjoni tal-gruppi nazzjonali

Minimu ta' 16 u massimu ta' 60 parteċipant (minbarra l-mexxej(ja) tal-grupp) għal kull attività.

Minimu ta' 4 parteċipanti għal kull grupp (minbarra l-mexxej(ja) tal-grupp) għal kull attività.

Kull grupp nazzjonali għandu jkollu tal-inqas mexxej tal-grupp wieħed.

F'kull attività għandu jkun involut grupp ta' parteċipanti mill-pajjiż tal-organizzazzjoni li tilqa'.

Kriterji oħrajn

Sabiex tinżamm rabta ċara mal-pajjiż fejn hija bbażata l-Aġenzija Nazzjonali, tal-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet li tibgħat jew mill-organizzazzjonijiet li tilqa' f'kull attività għandha tkun mill-pajjiż tal-Aġenzija Nazzjonali li lilha tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Żjara ta' Ppjanar Minn Qabel (APV):

Jekk il-proġett jipprevedi APV, allura għandhom jiġu rispettati l-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

  • tul ta' żmien tal-APV: massimu ta' jumejn (minbarra l-jiem ta' vjaġġar);
  • numru ta' parteċipanti: parteċipant wieħed għal kull grupp6. In-numru ta' parteċipanti jista' jiżdied għal tnejn bil-kundizzjoni li t-tieni parteċipant ikun żagħżugħ li se jieħu sehem fl-attività mingħajr ma jkollu rwol ta' mexxej tal-grupp jew trainer.

 

Kriterji ta’ Eliġibbiltà addizzjonali għall-mobilità tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Tul ta' żmien tal-attività

Bejn jumejn u xahrejn, minbarra ż-żmien tal-ivvjaġġar. Il-minimu ta' jumejn iridu jkunu konsekuttivi.

Post(ijiet) tal-attività

L-attività trid issir fil-pajjiż ta' waħda mill-organizzazzjonijiet parteċipanti fl-attività.

Parteċipanti eliġibbli

Ebda limitu ta' età. Il-parteċipanti, bl-eċċezzjoni tat-trainers u l-faċilitaturi, iridu jkunu residenti fil-pajjiż tal-organizzazzjoni li tibgħat jew tal-organizzazzjoni li tilqa'.

Numru ta’ parteċipanti

Sa 50 parteċipant (inkluż, fejn rilevanti, trainers u faċilitaturi) f'kull attività ppjanata mill-proġett.

F'kull attività għandhom ikunu involuti parteċipanti mill-pajjiż tal-organizzazzjoni li tilqa'.

Kriterji oħrajn

Sabiex tinżamm rabta ċara mal-pajjiż fejn hija bbażata l-Aġenzija Nazzjonali, tal-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet li tibgħat jew mill-organizzazzjonijiet li tilqa' f'kull attività għandha tkun mill-pajjiż tal-Aġenzija Nazzjonali li lilha tiġi sottomessa l-applikazzjoni

 

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta' din il-Gwida.

 

Kriterji tal-għotja

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett

(massimu 30 punt)

 

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal dan li ġej:
    • l-objettivi tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' proġett ta' mobilità");
    • il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u tal-parteċipanti individwali.
  • Kemm il-proposta hija adattata għal dan li ġej:
    • biex tilħaq liż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet inklużi r-refuġjati, applikanti għall-ażil u l-migranti;
    • il-promozzjoni tad-diversità, id-djalogu interkulturali u interreliġjuż, il-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fuq proġetti li jtejbu l-litteriżmu fil-media, il-ħsieb kritiku u s-sens ta' inizjattiva taż-żgħażagħ;
    • l-għoti ta' kompetenzi u metodi meħtieġa lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ għall-iżvilupp professjonali tagħhom, inkluż għall-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ, sabiex jittrasferixxu l-valuri fundamentali komuni tas-soċjetà tagħna partikolarment liż-żgħażagħ li jkun diffiċli li jintlaħqu u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ.
  • Kemm il-proposta hija adattata għal dan li ġej:
    • għall-produzzjoni ta' eżiti tat-tagħlim ta' kwalità għolja għall-parteċipanti;
    • biex issaħħaħ il-kapaċitajiet u l-ambitu internazzjonali tal-organizzazzjonijiet parteċipanti;
    • li twassal għal titjib fil-kwalità fil-ħidma taż-żgħażagħ tal-organizzazzjonijiet parteċipanta.
  • Kemm il-proposta tinvolvi li min ikun għadu dieħel fil-pajjiż fl-Azzjoni.

Kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett

(massimu 40 punt)

 

 

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-fażijiet kollha tal-proposta tal-proġett (it-tħejjija, l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' mobilità, u s-segwitu);
  • Il-konsistenza bejn il-ħtiġijiet identifikati, l-objettivi tal-proġett, il-profili tal-parteċipanti u l-kontenut tat-tagħlim tal-attivitajiet proposti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, l-immaniġġjar u l-modalitajiet ta' appoġġ;
  • Il-kwalità tal-preparazzjoni mogħtija lill-parteċipanti;
  • Il-kwalità tal-metodi ta' tagħlim parteċipattiv mhux formali proposti;
  • Sa liema punt iż-żgħażagħ jew il-persuni li jaħdmu fost iż-żgħażagħ huma involuti b'mod attiv fil-livelli kollha tal-proġett;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti, kif ukoll l-użu konsistenti ta' għodod ta' trasparenza u rikonoxximent Ewropej;
  • L-adegwatezza tal-miżuri għall-għażla u/jew l-involviment tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' mobilità;
  • Fil-każ ta' attivitajiet mal-Pajjiżi Sħab ġirien tal-UE, ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' organizzazzjonijiet minn Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Sħab;
  • II-kwalità tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, kif ukoll ma' partijiet interessati rilevanti oħrajn.

Impatt u Tixrid

(massimu 30 punt)

 

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tal-eżiti tal-proġett.
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li pparteċipaw direttament fil-proġett, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew.
  • L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn it-tixrid tal-eżiti tal-proġett fi ħdan u barra l-organizzazzjonijiet parteċipanti.

 

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji tal-għotja msemmija hawn fuq (jiġifieri tal-inqas 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 20 punt għall-kategorija “kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proġett”)

 

X'għandek tkun taf aktar dwar din l-Azzjoni?

Spejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli

L-applikanti għal proġetti ta' mobilità se jitħallew jitolbu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għoli tal-parteċipanti skont l-intestatura tal-baġit "spejjeż eċċezzjonali" (sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż totali eliġibbli: ara "X'inhuma ir-regoli tal-finanzjament?"), inklużi każijiet fejn il-parteċipanti jagħżlu mezzi tat-trasport aktar nodfa, bemissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (eż. tren), li jirriżultaw fi spejjeż tal-ivvjaġġar għoljin. Dan ikun permess sakemm l-applikanti jkunu jistgħu jiġġustifikaw li r-regoli tal-finanzjament standard (ibbażati fuq il-kostijiet unitarji għal kull faxxa ta' distanza tal-ivvjaġġar) ma jkoprux tal-anqas 70% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti. Jekk jingħataw, l-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli jissostitwixxu l-għotja tal-ivvjaġġar standard.

Informazzjoni oħra

Tista' ssib aktar kriterji obbligatorji u informazzjoni siewja addizzjonali rigward din l-Azzjoni fl-Anness I ta' din il-Gwida. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jaqraw b'attenzjoni t-taqsimiet rilevanti ta' dan l-Anness qabel japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

 

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett ta' mobilità jrid jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f'euro):

A) Skambji taż-żgħażagħ

Spejjeż eleġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Ivvjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inklużi l-mexxejja tal-grupp u l-persuni li jakkumpanjawhom, mill-post ta' oriġini tagħhom sal-post tal-attività u lura.

Barra minn hekk, jekk applikabbli, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal Żjara ta' Ppjanar Minn Qabel possibbli.

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99 KM:

EUR 20 għal kull parteċipant

Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-kalkulatur tad-distanza appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea7. L-applikant għandu jindika d-distanza ta' vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li se tappoġġja l-vjaġġ 'l hemm u lura8

 

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM:

EUR 180 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM:

EUR 275 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM:

EUR 360 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM:

EUR 530 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM:

EUR 820 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew iktar:

EUR 1500 għal kull parteċipant

Appoġġ Organizzazzjonali

Spejjeż marbutin b'mod dirett mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità ((inkluż il-preparazzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-parteċipanti waqt il-mobilità, l-appoġġ għal validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, it-tixrid tal-attivitajiet).

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarju

A5.1 għal kull jum ta' attività għal kull parteċipant 9

Abbażi tat-tul ta' żmien tal-attività għal kull parteċipant (jekk ikun hemm bżonn, inkluż ukoll jum ta' vvjaġġar wieħed qabel l-attività u jum ta' vvjaġġar wieħed wara l-attività).

Appoġġ għall-bżonnijiet speċjali

Spejjeż addizzjonali marbutin direttament mal-parteċipanti b'diżabilità u mal-persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom (inklużi spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u sussistenza, jekk iġġustifikat u dment li ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti permezz tal-kategoriji tal-baġit marbuta "ivvjaġġar" u "appoġġ organizzazzjonali").

Spejjeż reali

100% tal-ispejjeż eliġibbli

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti l-appoġġ għall-bżonnijiet speċjali u l-ispejjeż eċċezzjonali trid tkun motivata fil-formola tal-applikazzjoni

Spejjeż eċċezzjonali

Spejjeż tal-viża u marbuta mal-viża, permessi ta' residenza, tilqim, ċertifikazzjonijiet mediċi.

Spejjeż għall-appoġġ tal-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet b'mod ugwali bħall-oħrajn (minbarra l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-appoġġ organizzazzjonali għal parteċipanti u persuni li jakkumpanjawhom).

 

Spejjeż marbutin mal-akkomodazzjoni tal-parteċipanti waqt Żjara ta' Ppjanar Minn Qabel. Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali.

 

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (għad-dettalji, ara t-taqsima "x'għandek tkun taf iktar dwar din l-azzjoni").

Spejjeż reali

Spejjeż għal garanzija finanzjarja: 75% tal-ispejjeż eliġibbli

 

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli

 

Spejjeż oħrajn: 100% tal-ispejjeż eliġibbli

 

 

Mobilità tal-Persuni li Jaħdmu maż-Żgħażagħ:

Spejjeż eleġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Vjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inklużi dawk li jħarrġu, il-faċilitaturi u l-persuni li jakkumpanjawhom, mill-post ta' oriġini tagħhom sal-post tal-attività u lura

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99 KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-kalkulatur tad-distanza appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea10. L-applikant għandu jindika d-distanza ta' vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li se tappoġġja l-vjaġġ 'l hemm u lura11

 

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM:

EUR 180 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM:

EUR 275 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM:

EUR 360 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM:

EUR 530 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM:

EUR 820 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew iktar:

EUR 1500 għal kull parteċipant

Appoġġ Organizzazzjonali

Spejjeż marbuta direttament mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità (inkluż il-preparazzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-parteċipanti waqt il-mobilità, l-appoġġ għal validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, it-tixrid tal-attivitajiet).

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

 

A5.2 għal kull jum ta' attività għal kull voluntier12

Massimu ta' EUR 1 100 għal kull parteċipant13

Abbażi tat-tul ta' żmien tas-soġġorn għal kull parteċipant (jekk ikun hemm bżonn, inkluż ukoll jum ta' vjaġġar wieħed qabel l-attività u jum ta' vjaġġar ieħor wara l-attività).

Appoġġ għall-bżonnijiet speċjali

Spejjeż addizzjonali marbutin direttament mal-parteċipanti b'diżabilità u mal-persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom (inklużi spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u sussistenza, jekk iġġustifikat u dment li ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti permezz tal-kategoriji tal-baġit marbuta "ivvjaġġar" u "appoġġ organizzazzjonali")

Spejjeż reali

100% tal-ispejjeż eliġibbli

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti l-appoġġ għall-bżonnijiet speċjali u l-ispejjeż eċċezzjonali trid tkun motivata fil-formola tal-applikazzjoni

Spejjeż eċċezzjonali

Spejjeż tal-viża u marbuta mal-viża, permessi ta' residenza, tilqim.
 
Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali.
Spejjeż għolja tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (għad-dettalji, ara t-taqsima "x'għandek tkun taf iktar dwar din l-azzjoni").
Spejjeż għall-appoġġ tal-parteċipazzjoni ta' ħaddiema żgħażagħ b'inqas opportunitajiet b'mod ugwali bħall-oħrajn (minbarra l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-appoġġ organizzazzjonali għall-parteċipanti)

 

Spejjeż reali

 

Spejjeż għal garanzija finanzjarja: 75% tal-ispejjeż eliġibbli

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli

Spejjeż oħrajn: 100% tal-ispejjeż eliġibbli

 

 

 

  1. Appoġġ Organizzazzjonali

L-ammonti jiddependu mill-pajjież eliġibbli al-ispejjeż eliġibbli nqas opportunitajiet b'mossi minn: korp pubbliku fil-livell rel re eliġibbli al-ispejjeż eliġibbli nqas opportunitajiet b'mossi wali bħall-oħrajn (minbarra l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-appoġġ organizzazzjonali għall-parteċipanti) ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti pe

 

 

Skambji ta' ddependu
 (euro kull jum)

 

 

Mobilità tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

(euro kull jum)

 

 

A5.1

A5.2

Il-Belġju

42

65

Il-Bulgarija

32

53

Ir-Repubblika Ċeka

32

54

Id-Danimarka

45

72

Il-Ġermanja

41

58

L-Estonja

33

56

L-Irlanda

49

74

Il-Greċja

38

71

Spanja

34

61

Franza

38

66

Il-Kroazja

35

62

L-Italja

39

66

Ċipru

32

58

Il-Latvja

34

59

Il-Litwanja

34

58

Il-Lussemburgu

45

66

L-Ungerija

33

55

Malta

39

65

In-Netherlands

45

69

L-Awstrija

45

61

Il-Polonja

34

59

Il-Portugall

37

65

Ir-Rumanija

32

54

Is-Slovenja

34

60

Is-Slovakkja

35

60

Il-Finlandja

45

71

L-Iżvezja

45

70

Ir-Renju Unit

45

76

ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

28

45

L-Iżlanda

45

71

Il-Liechtenstein

45

74

In-Norveġja

50

74

It-Turkija

32

54

Is-Servja 29 48

Pajjiż Sieħeb

29

48

  • 1. F'dan il-kuntest, korp pubbliku fil-livell nazzjonali jew reġjonali jitqies bħala korp pubbliku li 1) jipprovdi servizzi jew għandu żona amministrattiva ta' kompetenza li tkopri t-territorju nazzjonali jew reġjonali sħiħ u b) għandu monopolju, fis-sens li ma hemm ebda korp ieħor li jwettaq l-istess funzjonijiet fil-pajjiż jew fir-reġjun (eżempji tipiċi: Ministeri, Aġenziji tal-Istat, Awtoritajiet pubbliċi reġjonali, eċċ.). F'dan is-sens, l-iskejjel, l-universitajiet jew korpi oħrajn, anki jekk twaqqfu mil-liġi nazzjonali, huma esklużi minn din il-kategorija u jikkwalifikaw bħala korpi pubbliċi fil-livell lokali.
  • 2. Fil-każ ta' grupp informali, wieħed mill-membri tal-grupp li għandu tal-inqas 18-il sena jassumi r-rwol ta'rappreżentant u jieħu r-responsabbiltà f'isem il-grupp).
  • 3. Ara n-nota preċedenti
  • 4. Jekk jogħġbok ikkunsidra dan li ġej:
    • limiti baxxi tal-età - il-parteċipanti jridu jkunu laħqu l-età minima fid-data tal-bidu tal-attività.
    • limiti għolja tal-età - il-parteċipanti ma jistgħux ikunu ikbar mill-età massima indikata fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni.
  • 5. Il-mexxej ta' grupp huwa adult li jingħaqad maż-żgħażagħ li jieħdu sehem fi Skambju ta' Żgħażagħ sabiex jara li jingħataw tagħlim, protezzjoni u sikurezza effettivi.
  • 6. Il-parteċipant jista’ jkun mexxej tal-grupp, trainer jew persuna żagħżugħa li qed tieħu sehem fl-attività mingħajr ma għandha rwol bħala mexxej tal-grupp jew trainer.
  • 7. https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 8. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant se a) jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u c) jikkalkula l-għotja mill-UE li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).
  • 9. Inklużi mexxejja tal-gruppi u persuni li jakkumpanjaw.
  • 10. https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 11. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant se a) jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 km); b) jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 km) u c) jikkalkula l-għotja mill-ue li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn madrid sa Ruma u r-ritorn (eur 275).
  • 12. lnklużi trainers, faċilitaturi u persuni li jakkumpanjaw.
  • 13. lnklużi trainers, faċilitaturi u persuni li jakkumpanjaw.