Werrej
Fittex fil-gwida

Proġett ta’ mobilità għall-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti

 

Dan il-proġett ta' mobilità jista' jinkludi attività waħda jew aktar minn dawn li li ġejjin:

Mobilità tal-persunal:

  • assignment ta' tagħlim/taħriġ: din l-attività tippermetti lill-persunal ta' organizzazzjonijiet ta' edukazzjoni għall-adulti biex jgħallem jew jipprovdi taħriġ f'organizzazzjoni sieħba barra l-pajjiż.
  • korsijiet strutturati jew avvenimenti ta' taħriġ barra l-pajjiż: jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;
  • Monitoraġġ tal-impjiegi: jipprovdi opportunità għall-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti li jqatta' perjodu barra l-pajjiż fi kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti attiva fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti.

Dawn l-attivitajiet huma wkoll opportunitersunal-persunal ta' organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni gi għall-adulti li jqatta' perjodu barra l-pajjiż fi kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti attiva fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti.jikkonunal ta' organizzazzjonijietu applikanti għall-ażil ta' età żgħira, se tingta' organizzazzjonijietu applikanti għall-ażil ta' età żgħijqatta' perjodu barra l-pajjiż fi kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti attiva fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti.lti refuingta' organizzazzjonijietturali, it-tagħlim lil studenti adulti fit-tieni lingwa tagazzjonijietturali, it-tagħlim lil studenti aduljqatta

 

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’dan il-proġett?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti fil-proġett ta' mobilità jassumu r-rwoli u l-kompiti li ġejjin:

  • Organizzazzjoni applikanti: responsabbli mill-applikazzjoni għall-proġett ta' mobilità, l-iffirmar u l-immaniġġjar tal-ftehim tal-għotja u r-rapportar. L-applikant jista' jkun koordinatur ta' konsorzju: li jmexxi konsorzju ta' mobilità nazzjonali ta' organizzazzjonijiet sħab tal-istess pajjiż bl-għan li jibagħtu lil persunal tal-edukazzjoni għall-adulti f'attivitajiet barra l-pajjiż. Il-koordinatur tal-konsorzju jista' - iżda mhux bilfors - jaġixxi bħala organizzazzjoni li tibgħat wkoll.
  • Organizzazzjoni li tibgħat: responsabbli biex tagħżel persunal u professjonisti attivi fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti u tibgħathom barra l-pajjiż. L-organizzazzjoni li tibgħat hi jew l-organizzazzjoni applikanti jew sieħeb fil-konsorzju ta' mobilità nazzjonali.
  • Organizzazzjoni li tilqa': inkarigata biex tilqa' għalliema barranin tal-edukazzjoni għall-adulti u toffrilhom programm ta' attivitajiet, jew biex jibbenefikaw minn attività ta' tagħlim ipprovduta minnhom.

Ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjoni li tilqa' jiddependi fuq it-tip ta' attività u r-relazzjoni mal-organizzazzjoni li tibgħat. L-organizzazzjoni li tilqa' tista' tkun:

  • fornitur ta’ kors (fil-każ ta’ parteċipazzjoni f’kors strutturat jew avveniment ta’ taħriġ);
  • sieħba jew kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti oħra attiva fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti (fil-każ ta’ eż. monitoraġġ tal-impjiegi jew assignment ta’ tagħlim). F’dan il-każ, l-organizzazzjoni li tibgħat, flimkien mal-parteċipanti, għandha tistabbilixxi l-objettivi u l-attivitajiet għall-perjodu barra l-pajjiż, u tispeċifika d-drittijiet u l-obbligi ta’ kull parti qabel il-bidu tal-attività.

Erasmus+ jappoġġja l-mobilità tat-tagħlim tal-persunal li:

  • hi inkwadrata fi Pjan Ewropew għall-Iżvilupp għall-organizzazzjoni li tibgħat (immirata biex timmodernizza u tinternazzjonalizza l-missjoni tagħhom);
  • twieġeb għal ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-persunal identifikati b'mod ċar;
  • hi akkumpanjata minn għażla, preparazzjoni u miżuri ta' segwitu xierqa;
  • tiżgura li l-eżiti tat-tagħlim tal-persunal li jieħu sehem huma rikonoxxuti sew u
  • tiżgura li l-eżiti tat-tagħlim huma mxerrda u użati b'mod wiesa' fl-organizzazzjoni.

 

X'inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat dan il-proġett?

Hawn isfel se jiġu elenkati l-kriterji formali li proġett ta' mobilità tal-edukazzjoni għall-adulti għandu jirrispetta sabiex ikun eliġibbli għal għotja finanzjarja ta' Erasmus+:

 

Kriterji tal-Eliġibbiltà

Attivitajiet eliġibbli

Proġett ta' mobilità tal-edukazzjoni għall-adulti għandu jinkludi attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

  • assignment ta' tagħlim;
  • korsijiet strutturati jew avvenimenti ta' taħriġ barra l-pajjiż;
  • monitoraġġ tal-impjiegi.

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Organizzazzjoni parteċipanti eliġibbli tista' tkun:

  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fil-qasam tal-edukazzjoni mhux vokazzjonali għall-adulti (definita bħala organizzazzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti)

jew

  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

Pereżempju, dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu:

  • skola/istitut/ċentru tal-edukazzjoni għall-adulti;
  • stabbiliment għall-istudenti adulti bi ħtiġijiet speċjali;
  • istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja (inklużi dawk li jipprovdu opportunitajiet edukattivi għall-adulti);
  • intrapriża pubblika jew privata, żgħira, ta' daqs medju jew kbira (inklużi l-intrapriżi soċjali);
  • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inklużi kmamar tal-kummerċ, assoċjazzjonijiet tas-snajja'/professjonali u trade unions;
  • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
  • istitut tar-riċerka;
  • fondazzjoni;
  • skola/istitut/ċentru edukattiv;
  • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
  • organizzazzjoni kulturali, librerija, mużew;
  • korp li jipprovdi gwida dwar il-karrieri, konsulenza professjonali u servizzi ta' informazzjoni.

Kull organizzazzjoni għandha tkun stabbilita f'Pajjiż tal-Programm.

Min jista' japplika?

  • Organizzazzjoni mhux vokazzjonali tal-edukazzjoni għall-adulti li tibgħat il-persunal tagħha barra l-pajjiż;
  • Organizzazzjoni mhux vokazzjonali tal-edukazzjoni għall-adulti li taġixxi bħala koordinatur ta' konsorzju ta' mobilità nazzjonali ta' organizzazzjonijiet mhux vokazzjonali tal-edukazzjoni għall-adulti.

Individwi ma jistgħux japplikaw direttament għal għotja.

Numru ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti

L-organizzazzjoni li tibgħat biss trid tiġi identifikata meta ssir l-applikazzjoni għal għotja finanzjarja.

Madankollu, fil-każ ta' proġetti ppreżentati minn konsorzju ta' mobilità nazzjonali, il-membri kollha tal-konsorzju għandhom ikunu mill-istess Pajjiż tal-Programm u għandhom jiġu identifikati meta ssir l-applikazzjoni għal għotja finanzjarja. Konsorzju għandu jinkludi tal-anqas tliet organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti.

Matul l-istadju ta' implimentazzjoni tal-proġett ta' mobilità, għandhom jiġu involuti minimu ta' żewġ organizzazzjonijiet (tal-anqas organizzazzjoni waħda li tibgħat u tal-anqas organizzazzjoni waħda li tilqa') minn Pajjiżi tal-Programm differenti.

Tul ta' żmien tal-proġett

Minn sena sa sentejn. L-applikant għandu jagħżel it-tul ta' żmien fl-istadju tal-applikazzjoni, ibbażat fuq l-objettiv tal-proġett u fuq it-tip ta' attivitajiet ippjanati matul iż-żmien.

Tul ta' żmien tal-attività

Minn jumejn sa xahrejn, eskluż iż-żmien għall-ivvjaġġjar.

Dan għandu jkun minimu ta' jumejn konsekuttivi.

Post(ijiet) tal-attività

Il-parteċipanti għandhom iwettqu l-attività ta' mobilità tagħhom barra l-pajjiż, f'Pajjiż ieħor tal-Programm.

Parteċipanti eliġibbli

Il-persunal responsabbli għall-edukazzjoni għall-adulti, f'relazzjoni ta' ħidma mal-organizzazzjoni(jiet) li tibgħat (jibagħtu) tal-edukazzjoni għall-adulti, kif ukoll il-persunal tagħhom involut fl-iżvilupp strateġiku tal-organizzazzjoni.

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni applikanti hi stabbilita.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-għotja tagħhom sal-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Data tal-għeluq addizzjonali possibbli:

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jorganizzaw rawnd ieħor ta' applikazzjonijiet jekk il-fondi ma jintużawx, li għalih japplikaw ukoll ir-regoli stabbiliti f'din il-Gwida. L-Aġenziji Nazzjonali se jagħtu informazzjoni dwar din il-possibbiltà permezz tas-sit web tagħhom.

Jekk jiġi organizzat rawnd ieħor, l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tal-għotja tagħhom sal-1 ta' Ottubru f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

Kriterji oħrajn

Organizzazzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti jew konsorzju ta' mobilità nazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti jista' japplika darba biss għal kull rawnd tal-għażla. Madankollu organizzazzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti tista' tkun parti minn jew tikkoordina diversi konsorzji differenti li japplikaw fl-istess ħin.

 

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

 

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett

(massimu 30 punt)

 

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal dan li ġej:
    • l-objettivi tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' proġett ta' mobilità"):
    • il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u tal-parteċipanti individwali.
  • Kemm il-proposta hi adattata għal dan li ġej:
    • il-produzzjoni ta' eżiti tat-tagħlim ta' kwalità għolja għall-parteċipanti;
  • bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ambitu internazzjonali tal-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu 40 punt)

 

 

  • Iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-fażijiet kollha tal-proposta tal-proġett (tħejjija, implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità u segwitu);
  • Il-konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett u l-attivitajiet proposti;
  • Il-Kwalità tal-Pjan Ewropew għall-Iżvilupp tal-organizzazzjoni applikanti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, l-immaniġġjar u l-modalitajiet ta' appoġġ;
  • Il-kwalità tal-preparazzjoni pprovduta lill-parteċipanti;
  • Il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti kif ukoll l-użu konsistenti ta' għodod ta' trasparenza u rikonoxximent Ewropej;
  • L-adegwatezza tal-miżuri għall-għażla u/jew l-involviment tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' mobilità;
  • Jekk applikabbli, il-kwalità tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn

Impatt u tixrid (massimu 30 punt)

 

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tal-eżiti tal-proġett;
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • barra l-organizzazzjonijiet u l-individwi li jipparteċipaw direttament fil-proġett, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew.
  • L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn it-tixrid tal-eżiti tal-proġett fi ħdan u barra l-organizzazzjonijiet parteċipanti. (inkluż l-użu tal-EPALE, kull meta rilevanti).

 

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu tal-anqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-anqas nofs il-punti massimi f’kull waħda mill-kategoriji tal-kriterji għall-għotjiet imsemmija hawn fuq (jiġifieri minimu ta’ 15-il punt għall-kategoriji “rilevanza tal-proġett” u “impatt u tixrid”; 20 punt għall-kategorija “kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni”).

 

X’għandek tkun taf aktar dwar din l-Azzjoni?

Spejjeż eċċezzjonali għall-ivvaġġar għoli

L-applikanti għal proġetti ta' mobilità se jitħallew jitolbu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż għaljin tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti skont l-intestatura tal-baġit "spejjeż eċċezzjonali" (sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż totali eliġibbli: ara "X'inhuma ir-regoli dwar il-finanzjament?"), inklużi każijiet fejn il-parteċipanti jagħżlu mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (eż. tren), li jirriżultaw fi spejjeż tal-ivvjaġġar għoljin. Dan ikun permess sakemm l-applikanti jkunu jistgħu jiġġustifikaw li r-regoli tal-finanzjament standard (ibbażati fuq il-kostijiet unitarji għal kull faxxa ta' distanza tal-ivvjaġġar) ma jkoprux tal-anqas 70% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti. Jekk jingħataw, l-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli jissostitwixxu l-għotja tal-ivvjaġġar standard.

Informazzjoni oħra

Tista' ssib aktar kriterji obbligatorji u informazzjoni siewja addizzjonali rigward din l-Azzjoni fl-Anness I ta' din il-Gwida. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jaqraw b'attenzjoni t-taqsimiet rilevanti ta' dan l-Anness qabel japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

 

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett ta’ mobilità għandu jiġi abbozzat skont ir-regoli dwar il-finanzjament li ġejjin (f’euro):

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Ivvjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inklużi l-persuni li jakkumpanjawhom, mill-post ta' oriġini tagħhom sal-post tal-attività u lura

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar iridu jiġu kkalkulati billi jintuża l-kalkulatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea1. L-applikant għandu jindika d-distanza ta’ vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li tkun se tappoġġja l-vjaġġ ’l hemm u lura 2.

 

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM: EUR 180 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM: EUR 275 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM: EUR 360 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM: EUR 530 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM: EUR 820 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew aktar: EUR 1 500 għal kull parteċipant

Appoġġ Organizzazzjonali

Spejjeż marbutin direttament mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità (bl-esklużjoni tas-sussistenza għall-parteċipanti), inklużi t-tħejjija (pedaġoġika, interkulturali, lingwistika), il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-parteċipanti waqt il-mobilità, il-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, l-attivitajiet ta' tixrid.

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

sal-100 parteċipant: EUR 350 għal kull parteċipant

+

lil hinn mill-100 parteċipant: EUR 200 għal kull parteċipant addizzjonali

Abbażi tan-numru ta’ parteċipanti

Appoġġ individwali

Spejjeż marbutin direttament mas-sussistenza tal-parteċipanti, inkluż persuni li jakkumpanjaw, matul l-attività

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

sal-14-il jum tal-attività: A4.1 għal kull jum għal kull parteċipant

+

bejn il-15 u s-60 jum tal-attività: 70% ta' A4.1 għal kull jum għal kull parteċipant

Abbażi tat-tul ta' żmien tas-soġġorn għal kull parteċipant (jekk ikun hemm bżonn, inklużi wkoll jum ta' vvjaġġar wieħed qabel l-attività u jum ta' vvjaġġar ieħor wara l-attività).

Tariffi tal-kors

Spejjeż marbutin b'mod dirett mal-pagament ta' tariffi għall-iskrizzjoni fil-korsijiet

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

EUR 70 għal kull parteċipant kull jum

Massimu ta' EUR 700 għal kull parteċipant fil-proġett

ta' mobilità

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti t-tariffi tal-korsijiet, appoġġ għall-ħtiġijiet speċjali u spejjeż eċċezzjonali trid tkun motivata fil-formola tal-applikazzjoni

 

Appoġġ għall-ħtiġijiet speċjali

Spejjeż addizzjonali marbutin direttament ma’ parteċipanti b’diżabilità u ma’ persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom (inklużi spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u sussistenza, jekk ġustifikati u diment li ma tintalabx għotja għal dawn il-parteċipanti permezz tal-kategoriji tal-baġit marbuta mal-”ivvjaġġar” u l-“appoġġ individwali”).

Spejjeż reali

100% tal-ispejjeż eliġibbli

Spejjeż eċċezzjonali

Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali.


Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (għad-dettalji, ara t-taqsima "x'għandek tkun taf aktar dwar din l-azzjoni").

Spejjeż reali

75% tal-ispejjeż eliġibbli

 

 

 

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż eliġibbli

 

Tabella 1 - Appoġġ individwali (ammonti f'euro kull jum)

L-ammonti jiddependu fuq il-pajjiż fejn isseħħ l-attività. Kull Aġenzija Nazzjonali tiddefinixxi – abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti – l-ammonti applikabbli għall-proġetti sottomessi f’pajjiżhom. Dawn l-ammonti jiġu stabbiliti fil-meded minimi u massimi pprovduti fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammonti preċiżi jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ kull Aġenzija Nazzjonali.

 

Mobilità tal-persunal

Pajjiż li jilqa'

Min-Mass (kull jum)

 

A4.1

Grupp 1:

In-Norveġja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, l-Iżlanda,

l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Liechtenstein

80-180

Grupp 2:

In-Netherlands, l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja,

Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Portugall

70-160

Grupp 3:

Is-Slovenja, l-Estonja, il-Latvja, il-Kroazja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka,

il-Litwanja, it-Turkija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja

60-140

  • 1. https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 2. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant a) se jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) se jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u c) jikkalkula l-għotja mill-UE li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).