Werrej
Fittex fil-gwida

Proġett ta' mobilità għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja

Dan il-proġett ta' mobilità jista' jinkludi waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

Mobilità tal-istudenti:

Il-mobilità tal-istudenti tista' sseħħ fi kwalunkwe suġġett/dixxiplina akkademika. Sabiex tiżgura attivitajiet ta' mobilità ta' kwalità għolja bl-akbar impatt possibbli fuq l-istudenti, l-attività ta' mobilità għandha tkun kompatibbli mal-ħtiġijiet ta' tagħlim marbut mal-lawrja u l-iżvilupp personali tal-istudent.

L-istudenti jistgħu jwettqu attività waħda jew kombinazzjoni tal-attivitajiet deskritti hawn taħt:

  • perjodu ta' studju barra l-pajjiż f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja sieħba (HEI);

Perjodu ta' studju barra l-pajjiż jista' jinkludi wkoll perjodu ta' traineeship. Kombinazzjoni bħal din toħloq sinerġiji bejn l-esperjenza akkademika u professjonali barra l-pajjiż u tista' tiġi organizzata b'modi differenti skont il-kuntest: jew attività waħda wara l-oħra jew it-tnejn fl-istess ħin. Il-kombinazzjoni ssegwi r-regoli dwar il-finanzjament u t-tul ta' żmien minimu tal-mobilità ta' studju.

  • traineeship ( kollokament fil-post tax-xogħol) barra l-pajjiż f'intrapriża jew fi kwalunkwe post tax-xogħol rilevanti ieħor . Dan jinkludi traineeships ta’ Opportunità Diġitali għall-istudenti u gradwati ġodda biex ikomplu jiżviluppaw jew jakkwistaw ħiliet diġitali1. It-traineeships barra l-pajjiż f'post tax-xogħol jiġu appoġġjati waqt l-istudji tal-ewwel ċiklu, tat-tieni ċiklu, tat-tielet ċiklu u, fil-każ tal-mobilità fil-Pajjiżi tal-Programm, fi żmien massimu ta' sena wara l-gradwazzjoni tal-istudent. Dan jinkludi wkoll il-"perjodu ta' assistenza" għall-istudenti għalliema.

Kull meta jkun possibbli, it-traineeships għandhom ikunu parti integrata tal-programm ta' studju tal-istudent.

Mobilità tal-persunal:

  • perjodi ta' tagħlim: din l-attività tippermetti li l-persunal tat-tagħlim tal-HEI jew il-persunal mill-intrapriżi jgħallem f'HEI sieħba barra l-pajjiż. Il-mobilità tal-persunal biex jgħallem tista' sseħħ fi kwalunkwe suġġett/dixxiplina akkademika.
  • perjodi ta' taħriġ: din l-attività tappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-persunal tat-tagħlim u dak mhux tat-tagħlim tal-HEI kif ukoll l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet involuti. Din tista' tieħu l-forma ta' avvenimenti ta' taħriġ barra l-pajjiż (bl-esklużjoni tal¬ konferenzi) u perjodi ta' monitoraġġ tal-impjieg/taħriġ f'HEI sieħba, jew f'organizzazzjoni rilevanti oħra barra l-pajjiż.

Perjodu barra mill-pajjiż jista' jikkombina attivitajiet ta' tagħlim u ta' taħriġ.

Fl-allokazzjoni ta' għotja għall-mobilità tal-persunal bejn il-Pajjiżi tal-Programm, l-enfażi se tkun fuq perjodi ta' taħriġ għall-persunal tat-tagħlim tal-HEI li jippermettilhom jiżviluppaw ħiliet pedagoġiċi u ta' tfassil tal-kurrikulu.

Il-parti l-kbira tal-baġit ta’ din l-Azzjoni se tappoġġja attivitajiet li jinvolvu l-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm. Madankollu, ammont limitat tal-baġit disponibbli għal din l-Azzjoni jista’ jiffinanzja attivitajiet internazzjonali bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab kollha tad-dinja, għajr ir-reġjuni 5 u 12 (ara t-taqsima “pajjiżi eleġibbli” fil-Parti A ta’ din il-Gwida).

Il-finanzjament għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab ġej minn diversi strumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni esterna. Biex jiġi żgurat li din l-azzjoni ssegwi l-prijoritajiet esterni tal-UE, il-Kummissjoni stabbiliet numru ta’ miri u regoli għall-kooperazzjoni ma' Pajjiżi Sħab. 

L-applikanti għall-proġetti ta’ mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab għandhom iqisu l-baġit disponibbli għall-mobilità ma' reġjuni differenti tad-dinja u l-prijoritajiet spjegati hawn taħt fit-taqsima “informazzjoni addizzjonali għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab”.

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f’dan il-proġett?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti fil-proġett ta’ mobilità jassumu r-rwoli u l-kompiti li ġejjin:

  • Organizzazzjoni applikanti minn Pajjiż tal-Programm: responsabbli mill-applikazzjoni għall-proġett ta’ mobilità, l-iffirmar u l-immaniġġjar tal-ftehim ta’ għotja u r-rapportar. L-applikant jista’ jkun koordinatur ta’ konsorzju: li jmexxi konsorzju ta’ mobilità ta’ organizzazzjonijiet sħab tal-istess pajjiż li jorganizza kull xorta ta’ mobilità tal-istudenti u tal-persunal.
  • Organizzazzjoni li tibgħat: inkarigata mill-għażla tal-istudenti/persunal u tibgħathom barra l-pajjiż. Dan jinkludi wkoll il-pagamenti tal-għotja (għal dawk fil-Pajjiżi tal-Programm), it-tħejjija, il-monitoraġġ u r-rikonoxximent marbutin mal-perjodu ta’ mobilità.
  • Organizzazzjoni li tilqa': inkarigata biex tilqa' lill-istudenti/persunal minn barra l-pajjiż u toffrilhom programm ta’ studju/traineeship jew programm ta’ attivitajiet ta’ taħriġ, jew li jibbenefikaw minn attività ta’ tagħlim.
  • Organizzazzjoni intermedjarja: din hi organizzazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fil-Pajjiż tal-Programm. Tista’ tkun sieħba f’konsorzju nazzjonali tal-mobilità, iżda ma tkunx organizzazzjoni li tibgħat. Ir-rwol tagħha jista’ jkun li taqsam u tiffaċilita l-proċeduri amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jibagħtu u li tqabbel aħjar il-profili tal-istudenti mal-ħtiġijiet tal-intrapriżi f’każ ta’ perjodi ta’ traineeships u tħejji b’mod konġunt lill-parteċipanti.

Għal mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab, organizzazzjonijiet minn Pajjiżi tal-Programm biss jistgħu japplikaw u jamministraw il-pagamenti għal mobilità 'l ġewwa u 'l barra.

L-organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jilqgħu, flimkien mal-istudenti/il-persunal, għandhom ikunu qablu fuq l-attivitajiet li se jitwettqu mill-istudenti - fi “Ftehim tat-Tagħlim” - jew minn membri tal-persunal - fi “Ftehim tal-Mobilità” - qabel ma jibda l-perjodu ta’ mobilità. Dawn il-ftehimiet jiddefinixxu l-eżiti tat-tagħlim fil-mira għall-perjodu ta’ tagħlim barra l-pajjiż, jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet ta’ rikonoxximent formali u jelenkaw id-drittijiet u l-obbligi ta’ kull parti. Meta l-attività tkun bejn żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (mobilità tal-istudenti għall-istudju u mobilità tal-persunal biex jgħallem), għandu jkun hemm stabbilit “ftehim interistituzzjonali” bejn l-istituzzjonijiet li jibagħtu u li jilqgħu qabel ma jkunu jistgħu jibdew l-iskambji.

Meta jiffirmaw il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE), l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-appoġġ kollu meħtieġ lill-parteċipanti mobbli, inkluża l-preparazzjoni lingwistika. Biex jiġu appoġġjati, qed jiġi implimentat b’mod gradwali appoġġ lingwistiku onlajn matul il-Programm għall-attivitajiet kollha ta’ mobilità fit-tul bejn il-Pajjiżi tal-Programm li jdumu xahrejn u aktar. Dan hu disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea għall-parteċipanti eliġibbli biex jivverifikaw il-kompetenzi tagħhom fil-lingwi barranin u biex joffri, meta jkun meħtieġ, l-aktar tagħlim tal-lingwi xieraq qabel u/jew waqt il-mobilità (għal aktar dettalji, ara l-Anness I ta’ din il-Gwida). L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja ta’ Pajjiż Sieħeb mhumiex eleġibbli biex jiffirmaw l-ECHE, għaldaqstant, id-dettalji tal-appoġġ lingwistiku offrut lill-parteċipanti mobbli għandu jkun espliċitu fil-ftehim interistituzzjonali.

X'inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat dan il-proġett?

Hawn taħt qed jiġu elenkati l-kriterji formali li proġett ta’ mobilità tal-edukazzjoni għolja għandu jirrispetta sabiex ikun eliġibbli għal għotja ta’ Erasmus+:

Kriterji ta' Eliġibilità Ġenerali

Min jista' japplika?

  • Għal applikazzjoni għal HEI individwali: l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm u mogħtija Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE). Għal aktar informazzjoni dwar il-Karta, ara t-taqsima "Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja" hawn taħt u l-Anness I ta' din il-Gwida).
  • Għal applikazzjoni bħala konsorzju tal-mobilità nazzjonali: l-organizzazzjonijiet li jikkoordinaw stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm u li jikkoordinaw konsorzju mogħti akkreditazzjoni ta' konsorzju tal-edukazzjoni għolja. L-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx akkreditazzjoni ta' konsorzju valida jistgħu japplikaw taħt l-istess sejħa kemm għal din l-akkreditazzjoni f'isem konsorzju tal-mobilità kif ukoll għal għotjiet għall-proġetti ta' mobilità. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja kollha involuti minn Pajjiżi tal-programm eleġibbli għandu jkollhom Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE). Dawn l-organizzazzjonijiet se jkunu eliġibbli għal proġett ta' mobilità biss jekk l-applikazzjoni tagħhom għall-akkreditazzjoni ta' konsorzju tiġi aċċettata.

L-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja ma jistgħux japplikaw direttament għal għotja; il-kriterji tal-għażla għal parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-mobilità huma definiti mill-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li fiha jistudjaw jew ikunu impjegati, skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness I ta' din il-Gwida.

Attivitajiet eliġibbli

Proġett ta' mobilità ta' edukazzjoni għolja għandu jinkludi attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

  • Mobilità tal-istudenti għall-finijiet ta' studju;
  • Mobilità tal-istudenti għal traineeships;
  • Mobilità tal-persunal biex jgħallem;
  • Mobilità tal-persunal għall-finijiet ta' taħriġ.

Pajjiżi eleġibbli

Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm:

  • kull Pajjiż tal-Programm

Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab:

  • kull Pajjiż tal-Programm; kif ukoll
  • kull Pajjiż Sieħeb tad-dinja, għajr ir-reġjuni 5 u 12 (ara t-taqsima "pajjiżi eleġibbli" fil-Parti A ta' din il-Gwida

Numru ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti

In-numru ta' organizzazzjonijiet fil-formola tal-applikazzjoni hu wieħed (l-applikant). Dan ikun jew HEI unika jew koordinatur ta' konsorzju tal-mobilità nazzjonali stabbilit f'Pajjiż tal-Programm. Waqt l-implimentazzjoni tal-proġett ta' mobilità, għandhom jiġu involuti minimu ta' żewġ organizzazzjonijiet (tal-anqas organizzazzjoni waħda li tibgħat u tal-anqas organizzazzjoni waħda li tilqa') minn Pajjiżi tal-Programm differenti. Għall-proġetti tal-mobilità li jinvolvu Pajjiżi Sħab, il-minimu hu waħda minn Pajjiż tal-Programm u waħda minn Pajjiż Sieħeb eleġibbli.

Tul ta' żmien tal-proġett

L-applikant għandu jagħżel it-tul ta' żmein fl-istadju tal-applikazzjoni, abbażi tal-iskala tal-proġett u tat-tip ta' attivitajiet ippjanati tul iż-żmien.

  • Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm: 16 jew 24 xahar.
  • Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab: 24 jew 36 xahar.

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni applikanti hi stabbilita.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-għotja tagħhom sal-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew fl-1 ta' Ġunju tal-istess sena.

  • L-1 ta' Ġunju tal-istess sena, għall-proġetti ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm
  • L-1 ta' Awwissu tal-istess sena, għall-proġetti ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

Kriterji oħrajn

HEI tista' tapplika għall-għotjiet mal-Aġenzija Nazzjonali tagħha b'żewġ mezzi differenti:

  • direttament bħala HEI individwali,
  • permezz ta' konsorzju li tkun membru tiegħu.

HEI tista' tapplika darba biss għal kull rawnd tal-għażla għal proġett ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm bħala HEI individwali u/jew bħala membru ta' konsorzju partikulari. Madankollu, HEI tista' tkun parti minn jew tikkoordina diversi konsorzji ta' mobilità nazzjonali differenti li japplikaw fl-istess ħin. L-istess japplika għall-proġetti ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab

Iż-żewġ kanali (applikazzjoni individwali u applikazzjoni ta' konsorzju) jistgħu jintużaw fl-istess ħin. Madankollu, l-HEI/id-dipartiment jibqgħu responsabbli biex jevitaw il-finanzjament doppju ta' parteċipant meta ż-żewġ mezzi jintużaw fl-istess sena akkademika.

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

Kriterji ta’ Eliġibbiltà Addizzjonali waqt l-implimentazzjoni għall-Mobilità tal-Istudenti

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Mobilità tal-istudenti għall-finijiet ta' studju:

L-organizzazzjonijiet kollha parteċipanti tal-Pajjiż tal-Programm (kemm l-organizzazzjoni li tibgħat kif ukoll dik li tilqa') għandhom ikunu HEIs li jkunu ngħataw ECHE. L-organizzazzjonijiet kollha tal-Pajjiż Sieħeb għandhom ikunu HEIs rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu ffirmaw ftehimiet interistituzzjonali mas-sħab tal-Pajjiż tal-Programm qabel isseħħ il-mobilità.

Mobilità tal-istudenti għall-finijiet ta' traineeships:

Fil-każ tal-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm, l-organizzazzjoni li tibgħat għandha tkun HEI li ingħatat ECHE.

Fil-każ tal-mobilità bejn il-Pajjiżi Sħab u tal-Programm, l-organizzazzjoni li tibgħat għandha tkun HEI ta' Pajjiż tal-Programm li ngħatat ECHE jew HEI ta' Pajjiż Sieħeb rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti li ffirmaw ftehimiet interistituzzjonali mas-sħab tal-Pajjiż tal-Programm tagħhom qabel ma sseħħ il-mobilità.

L-organizzazzjoni li tilqa' tista' tkun2.

  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ. Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun:
    • intrapriża pubblika jew privata, żgħira, ta' daqs medju jew kbira (inklużi l-intrapriżi soċjali);
    • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
    • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inklużi kmamar tal-kummerċ, assoċjazzjonijiet tas-snajja'/professjonali u trade unions;
    • istitut tar-riċerka;
    • fondazzjoni;
    • skola/istitut/ċentru edukattiv (fi kwalunkwe livell, minn dak ta' qabel l-iskola għal-livell ta' edukazzjoni sekondarja għolja, u bl-inklużjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-edukazzjoni għall-adulti);
  • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
  • korp li jipprovdi gwida dwar il-karrieri, il-konsulenza professjonali u s-servizzi ta' informazzjoni;

HEI ta' Pajjiż tal-Programm li ngħatat ECHE.

Tul ta’ żmien tal-attività

Perjodi ta' studju: minn 3 xhur3sa 12-il xahar (inkluż perjodu komplementari ta' traineeship, jekk ippjanat).

Traineeships: minn xahrejn sa 12-il xahar.

L-istess student jista' jipparteċipa f'perjodi ta' mobilità li jammontaw għal massimu ta' 12-il xahar4 għal kull ċiklu ta' studju5, inidpendentement min-numru u mit-tip ta' attivitajiet ta' mobilità. Il-parteċipazzjoni b'għotja żero mill-fondi tal-UE tgħodd ukoll għal dan it-tul ta' żmien massimu:

  • waqt l-ewwel ċiklu ta' studju (grad ta' Baċċelerat jew ekwivalenti) inkluż iċ-ċiklu l-qasir (il-livelli 5 u 6 tal-QEK);
  • waqt it-tieni ċiklu ta' studju (Master jew ekwivalenti - il-livell 7 tal-QEK); kif ukoll
  • waqt it-tielet ċiklu ta' studju bħala kandidat għal dottorat (livell ta' dottorat jew il-livell 8 tal-QEK).

It-tul ta' żmien tat-traineeships minn gradwati reċenti jgħodd lejn il-massimu ta' 12-il xahar taċ-ċiklu li matulu japplikaw għat-traineeship.

Post(ijiet) tal-attività

L-istudenti għandhom iwettqu l-attività ta' mobilità tagħhom f'Pajjiż tal-Programm jew Sieħeb differenti mill-pajjiż tal-organizzazzjoni li tibgħat u tal-pajjiż fejn l-istudent kellu l-akkomodazzjoni tiegħu matul l-istudji6.

Parteċipanti eliġibbli

L-istudenti reġistrati f'HEI u miktubin fi studji li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew kwalifika ta' livell terzjarju rikonoxxuta oħra (sa u inkluż il-livell tad-dottorat). F'każ ta' mobilità għall-finijiet ta' studju, l-istudent għandu jkun reġistrat tal-anqas fit-tieni sena tal-istudji ta' edukazzjoni għolja. Għat-traineeships, din il-kundizzjoni ma tapplikax.

Gradwati reċenti b'lawrja f'edukazzjoni għolja jistgħu jipparteċipaw fi traineeship bejn il-Pajjiżi tal-Programm. Gradwati reċenti għandhom jintgħażlu mill-HEI tagħhom fl-aħħar sena ta' studju tagħhom u għandhom iwettqu u jlestu t-traineeships tagħhom barra l-pajjiż fi żmien sena minn meta jiggradwaw.

Kriterji ta’ Eliġibbiltà Addizzjonali waqt l-implimentazzjoni għall-Mobilità tal-Persunal

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Mobilità tal-persunal biex jgħallem:

L-organizzazzjoni li tilqa' għandha tkun HEI ta' Pajjiż tal-Programm li tkun ingħatat ECHE jew HEI ta' Pajjiż Sieħeb rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti u li tkun iffirmat ftehim interistituzzjonali mas-sieħeb tal-Pajjiż tal-Programm li jibgħat qabel isseħħ il-mobilità.

L-organizzazzjoni li tibgħat għandha tkun:

  • HEI ta' Pajjiż tal-Programm li tkun ingħatat ECHE, jew HEI ta' Pajjiż Sieħeb rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti u li tkun iffirmat ftehim interistituzzjonali mas-sieħeb tal-Pajjiż tal-Programm li jilqa'; jew
  • fil-każ ta' persunal mistieden biex jgħallem fl-HEI; kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata (li ma ngħatatx ECHE) attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.Pereżempju, tali organizzazzjoni tista' tkun:
    • intrapriża pubblika jew privata, żgħira, ta' daqs medju jew kbira (inklużi l-intrapriżi soċjali);
    • korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
    • sieħeb soċjali jew rappreżentant ieħor tal-ħajja tax-xogħol, inklużi kmamar tal-kummerċ, assoċjazzjonijiet tas-snajja'/professjonali u trade unions;
    • istitut tar-riċerka;
    • fondazzjoni;
    • skola/istitut/ċentru edukattiv (fi kwalunkwe livell, minn dak ta' qabel l-iskola għal-livell ta' edukazzjoni sekondarja għolja, u bl-inklużjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-edukazzjoni għall-adulti);
    • organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew NGO mingħajr skop ta' qligħ;
    • korp li jipprovdi gwida dwar il-karrieri, il-konsulenza professjonali u s-servizzi ta' informazzjoni.

Mobilità tal-persunal għat-taħriġ:

L-organizzazzjoni li tibgħat għandha tkun HEI ta' Pajjiż tal-Programm li tkun ingħatat ECHE jew HEI ta' Pajjiż Sieħeb rikonuxxuta mill-awtoritajiet kompetenti u li tkun iffirmat ftehim interistituzzjonali mas-sieħeb tal-Pajjiż tal-Programm li jilqa' qabel isseħħ il-mobilità. L-organizzazzjoni li tilqa' għandha tkun:

  • HEI ta' Pajjiż tal-Programm li tkun ingħatat ECHE, jew HEI ta' Pajjiż Sieħeb rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti u li tkun iffirmat ftehim interistituzzjonali mas-sieħeb tal-Pajjiż tal-Programm li jilqa'; jew
  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata minn Pajjiż tal-Programm attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ. Ara l-eżempji fil-paġna ta' qabel.

Tul ta' żmien tal-attività

Minn jumejn (5 ijiem minn u lejn Pajjiumejn (5 ijiem minn u bblika jew privata ien tal-ivvjaġġar. Fil-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm, il-minimu ta' jumejn għandhom ikunu konsekuttivi. Fil-każ ta' persunal mistieden minn intrapriżi, il-minimu tat-tul ta' żmien għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm huwa ta' ġurnata.

Attività ta' tagħlim għandha tinkludi minimu ta' 8 sigħat ta' tagħlim kull ġimgħa (jew kwalunkwe perjodu iqsar ta' soġġorn). Jekk il-mobilite perjodu qasir ta' waqfa) hu mnaqqas gll-ta' sigiżi.m kull ġimgħa (jew kwalunkwe perjodta għandu jkun proporzjonali għat-tul ta' dik il-ġimgk i L-eċċezzjonijiet li ġejjin japplikaw:

  • Ma hemmx numru minimu ta' sigħat ta' tagħlim għall-persunal mistieden mill-intrapriżi.
  • Jekk l-attività ta' tagħlim tingħaqad ma' attività ta' taħriġ matul perjodu wieħed barra l-pajjiż, in-numru minimu ta' sigħat ta' tagħlim kull ġimgħa (jew kwalunkwe perjodu iqsar ta' soġġorn) jitnaqqas għal 4 sigħat.

Post(ijiet) tal-attività

Il-membri tal-persunal għandhom iwettqu l-attività tagħhom fi kwalunkwe Pajjiż tal-Programm jew Pajjiż Sieħeb differenti mill-pajjiż tal-organizzazzjoni li tibgħat u l-pajjiż tar-residenza tal-persunal.

Parteċipanti eliġibbli

Mobilità tal-persunal biex jgħallem:

  • persunal li jaħdem f'HEI ta' Pajjiż tal-Programm jew ta' Pajjiż Sieħeb.
  • persunal mill-intrapriżi mistieden biex jgħallem f'HEI f'Pajjiż tal-Programm jew Sieħeb minn kwalunkwe intrapriża li taħdem f'pajjiż tal-programm jew sieħeb, organizzazzjoni pubblika jew privata (li ma ngħatatx ECHE) attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (inklużi kandidati impjegati li qed jagħmlu dottorat).

Mobilità tal-persunal għat-taħriġ: persunal li jaħdem f'HEI ta' Pajjiż tal-Programm jew ta' Pajjiż Sieħeb.

Informazzjoni Addizzjonali għall-Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab

Il-baġit disponibbli għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab hu maqsum bejn ir-reġjuni differenti tad-dinja fi 12-il pakkett baġitarju u d-daqs ta' kull pakkett baġitarju hu differenti. Aktar informazzjoni dwar l-ammonti disponibbli taħt kull pakkett baġitarju se jkunu ppubblikati fuq is-siti tal-Aġenziji Nazzjonali.

Ġeneralment il-fondi se jkollhom jintużaw b'mod ġeografikament bilanċjat. L-UE stabbiliet numru ta’ miri rigward il-bilanċ ġeografiku u l-prijoritajiet li għandhom jinkisbu fil-livell Ewropew matul il-perjodu kollu tal-programm (2014-2020). Il-miri ma għandhomx għalfejn jintlaħqu mill-istituzzjonijiet individwali tal-edukazzjoni għolja, iżda l-Aġenziji Nazzjonali se jqisu dawn il-miri sabiex jiġi allokat il-baġit disponibbli. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja huma mħeġġa biex jaħdmu ma' sħab fl-ifqar Pajjiżi Sħab u dawk l-anqas żviluppati.

Dawn huma l-miri ġeografiċi stabbiliti għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab fil-livell tal-UE sal-2020:

  • Fl-Ażja u l-Amerika Latina li Qed Jiżviluppaw, 25% tal-fondi għandhom jintużaw biex jorganizzaw il-mobilità mal-pajjiżi l-anqas żviluppati tar-reġjun. Dawn il-pajjiżi huma:
    • Għall-Ażja: l-Afganistan, il-Bangladesh, il-Kambodja, il-Laos, in-Nepal, il-Bhutan u l-Myanmar;
    • Għall-Amerika Latina: il-Bolivja, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras u n-Nikaragwa;
  • Mhux aktar minn 30% tal-baġit disponibbli għall-Ażja għandhom jintefqu fuq il-mobilità maċ-Ċina u l-Indja;
  • U mhux aktar minn 35% disponibbli għall-Amerika Latina fuq il-Brażil u l-Messiku.

Minħabba r-rekwiżiti biex jitwettqu l-mobilitajiet mal-pajjiżi fir-reġjuni 6, 7, 8, 9, 10 u 117li jikkontribwixxi għall-assistenza għall-iżvilupp, il-mobilità għall-istudenti ta' ċiklu qasir, u tal-ewwel u tat-tieni ċiklu hi limitata għall-mobilità 'l ġewwa mill-Pajjiżi Sħab għall-Pajjiżi tal-Programm8. Il-mobilità 'l barra lejn dawn ir-reġjuni hi disponibbli biss fil-livell dottorali jew għall-persunal.

Madankollu se jkun hemm ftit eċċezzjonijiet għal ċerti Pajjiżi tal-Programm. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit tal-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja huma ħielsa li japplikaw għal 100% tal-mobilità tal-persunal jew 100% tal-mobilità tal-istudenti jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, sakemm dan ikun konformi ma' kwalunkwe kriterju sekondarju stabbilit mill-Aġenzija Nazzjonali (ara t-taqsima hawn taħt).

Kriterji Sekondarji għall-Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab stabbiliti mill-Aġenziji Nazzjonali

Fejn il-pakkett tal-baġit għal Reġjun jew Pajjiż Sieħeb partikulari hu limitat, Aġenzija Nazzjonali tista' tagħżel li żżid kriterju sekondarju wieħed jew aktar mil-lista t'hawn taħt. Fl-eventwalità li Aġenzija Nazzjonali tagħżel li tuża kriterji sekondarji din id-deċiżjoni se tkun ikkomunikata qabel id-data tal-għeluq, b'mod partikulari fis-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali.

  • Il-livell tal-lawrja (pereżempju billi l-applikazzjonijiet jiġu limitati għal ċiklu wieħed jew tnejn biss – BA, MA jew PhD);
  • Tiġi pprivileġġata l-mobilità għall-persunal biss jew għall-istudenti biss;
  • Jiġi limitat it-tul ta' żmien tal-perjodi ta' mobilità (pereżempju tiġi limitata l-mobilità tal-istudenti għal sitt xhur, jew tiġi limitata l-mobilità tal-persunal għal għaxart ijiem).

Kriterji tal-għoti għal proġett tal-mobilità fi ħdan il-Pajjiżi tal-Programm9

Ma teżisti ebda valutazzjoni kwalitattiva (il-kwalità ġiet ivvalutata fil-fażi tal-applikazzjoni tal-ECHE jew meta kien qed jintgħażel konsorzju tal-mobilità nazzjonali) u għaldaqstant ma jeżistu ebda kriterji tal-għoti.

Kwalunkwe applikazzjoni għal għotja eliġibbli (wara li tkun għaddiet mill-verifika tal-eliġibbiltà) tingħata finanzjament.

L-ammont massimu tal-għotja jiddependi fuq numru ta' elementi:

  • in-numru ta' perjodi ta' mobilità u x-xhur/ġranet li saret applikazzjoni għalihom;
  • il-prestazzjoni tal-imgħoddi tal-applikant f'termini ta' numru ta' perjodi ta' mobilità, kwalità tajba fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tal-immaniġġjar finanzjarju sod, f'każ li l-applikant ikun irċieva għotja simili fis-snin ta' qabel;
  • il-baġit nazzjonali totali allokat għall-Azzjoni tal-mobilità.

Kriterji tal-għotja għal proġett ta’ mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab

L-applikazzjonijiet eliġibbli għall-għotja (wara li jkunu għaddew mill-verifika tal-eliġibbiltà) ikunu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-istrateġija (massimu 30 punt)

Sa liema punt il-proġett ta’ mobilità ppjanat hu rilevanti għall-istrateġija ta’ internalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja involuti (kemm fil-Pajjiż tal-Programm kif ukoll fil-Pajjiż Sieħeb) u r-raġunament għall-għażla ta’ mobilità tal-persunal u/jew tal-istudenti.

Kwalità tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni (massimu 30 punt)

L-ammont ta’ esperjenza preċedenti li l-organizzazzjoni li qed tapplika għandha fi proġetti simili ma’ istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet għolja fil-Pajjiż Sieħeb u kemm tingħata deskrizzjoni ċara tar-responsabilitajiet, ir-rwoli u l-kompiti bejn is-sħab.

Kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-attività (massimu 20 punt)

Il-kompletezza u l-kwalità tal-arranġamenti għall-għażla tal-parteċipanti, l-appoġġ li ngħatalhom u r-rikonoxximent tal-perjodu ta’ mobilità tagħhom (b’mod partikulari fil-Pajjiż Sieħeb).

Impatt u tixrid (massimu 20 punt)

L-impatt potenzjali tal-proġett fuq il-parteċipanti, il-benefiċjarji, l-organizzazzjonijiet sħab, fuq il-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, u l-kwalità tal-miżuri identifikati li jxerrdu r-riżultati tal-proġett ta’ mobilità fil-livelli ta’ fakultà u ta’ istituzzjoni, u lil hinn fejn applikabbli, kemm fil-pajjiżi tal-programm kif ukoll fil-pajjiżi sħab.

L-applikant se jispjega kif il-proġett jissodisfa dawn l-erba’ kriterji mill-perspettiva tal-istituzzjoni tiegħu stess (jew l-istituzzjonijiet fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn konsorzji) u l-istituzzjonijiet tal-Pajjiżi Sħab.

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti jridu jiksbu tal-anqas 60 punt bħala total b’minimu ta’ 15-il punt għar-“rilevanza tal-istrateġija”.

Sabiex jiġi allokat il-baġit disponibbli għal kull reġjun, il-mobilitajiet ippjanati ma’ kull Pajjiż Sieħeb se jiġu elenkati f'ordni ta' mertu fil-klassifika reġjonali.

L-għotja mogħtija lill-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tiddependi minn numru ta' elementi:

  • in-numru ta' perjodi ta' mobilità u x-xhur/ġranet li saret applikazzjoni għalihom;
  • il-baġit allokat għal kull pajjiż jew reġjun;
  • il-bilanċ ġeografiku f'reġjun jew sottoreġjun partikulari.

L-Aġenzija Nazzjonali tista' tiffinanzja mobilitajiet ma' Pajjiż Sieħeb li hu kklassifikat aktar baxx fil-klassifika reġjonali, meta jkun meħtieġ li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku fi ħdan dak ir-reġjun, kif definit mill-miri ġeografiċi msemmija hawn fuq.

L-Aġenzija Nazzjonali mhix obbligata li tiffinanzja l-mobilitajiet kollha mitluba għal Pajjiż Sieħeb partikulari jekk it-talba titqies bħala eċċessiva fir-rigward tal-baġit disponibbli.

Fejn ikun possibbli u b'żieda mal-kriterji ġenerali skont il-mertu u l-bilanċ ġeografiku, l-Aġenzija Nazzjonali se tfittex li xxerred il-baġit disponibbli b'mod wiesa' biex tiġi evitata dominanza ta' numru żgħir ta' HEIs. L-Aġenzija Nazzjonali se tagħmel ħilitha biex tkun inklużiva kemm jista' jkun biex b'hekk timmassimizza l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati mingħajr ma ddgħajjef il-kwalità, il-bilanċ ġeografiku jew id-daqs kritiku minimu għal kull proġett ta' mobilità biex tiġi żgurata l-fattibilità.

X'tip ta' akkreditazzjoni jeħtieġu l-applikanti għal dan il-proġett ta' mobilità?

Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja

L-għoti ta' Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) hu prerekwiżit għall-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni għolja stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett ta' mobilità tal-Edukazzjoni Għolja jew bħala istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja waħdanija jew bħala membru ta' konsorzju tal-mobilità nazzjonali. Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea - permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - tippubblika sejħa speċifika għal proposti li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji kwalitattivi li għandhom jintlaħqu sabiex jingħataw ECHE. Din is-sejħa hi disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija Eżekuttiva.

Għall-HEIs stabbiliti f'Pajjiż Sieħeb, l-HEI għandha tkun akkreditata mill-organizzazzjoni ta' akkreditazzjoni nazzjonali rilevanti. Minħabba li mhumiex eleġibbli biex jirċievu ECHE, huma għandhom, barra minn hekk, ikunu stabbilixxew ftehim interistituzzjonali mas-sieħeb/sħab tal-Pajjiż tal-Programm li jiġbor fi ħdanu l-prinċipji tal-ECHE.

Akkreditazzjoni ta' konsorzju fl-Edukazzjoni Għolja

Organizzazzjoni minn Pajjiż tal-Programm, li tapplika f'isem konsorzju tal-mobilità nazzjonali, għandu jkollha akkreditazzjoni ta' konsorzju valida. Din l-akkreditazzjoni tingħata mill-istess Aġenzija Nazzjonali li tivvaluta t-talba għal finanzjament għal proġett ta' mobilità tal-edukazzjoni għolja. It-talbiet għal akkreditazzjoni u għal għotjiet għall-proġetti ta' mobilità jistgħu jsiru taħt l-istess sejħa. Madankollu, l-għotja għall-proġetti ta' mobilità tingħata biss lil dawk l-HEIs u organizzazzjonijiet li jkollhom suċċess fi tmiem il-proċess ta' akkreditazzjoni. Għall-ksib tal-akkreditazzjoni ta' konsorzju, għandhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Kriterji tal-Eliġibbiltà

Organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli

Konsorzju tal-mobilità nazzjonali fl-edukazzjoni għolja jista' jkun magħmul mill-organizzazzjonijiet parteċipanti li ġejjin:

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li jkollha Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja valida (għal aktar informazzjoni dwar il-Karta, ara t-taqsima "Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja" ta' hawn fuq u l-Anness I ta' din il-Gwida); kif ukoll
  • kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (ara l-eżempji ta' organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli fil-paġna ta' qabel).

Kull organizzazzjoni parteċipanti għandha tkun stabbilita fl-istess Pajjiż tal-Programm.

Min jista' japplika?

Kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti eliġibbli tista' tagħmilha ta' koordinatur u tapplika f'isem l-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-konsorzju.

Numru ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti

Konsorzju tal-mobilità nazzjonali jrid jinkludi minimu ta' tliet organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli, inklużi żewġ HEIs li jibagħtu.

L-organizzazzjonijiet membri kollha tal-konsorzju tal-mobilità nazzjonali jridu jiġu identifikati meta japplikaw għal akkreditazzjoni ta' konsorzju.

Tul ta' Żmien tal-akkreditazzjoni ta' konsorzju

Is-sejħiet annwali konsekuttivi kollha u mhux aktar tard minn sejħa 2020.

Fejn tapplika?

Mal-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni applikanti hi stabbilita.

Meta tapplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal akkreditazzjoni tagħhom sal-5 ta' Frar f'12:00 (nofsinhar ħin ta' Brussell) għall-proġetti li jibdew fl-istess sena.

Kif tapplika?

Jekk jogħġbok ara l-parti C ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

Kriterji tal-Għoti

L-applikazzjoni għal akkreditazzjoni tkun ivvalutata skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-konsorzju

(massimu 30 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għal dan li ġej:
    • l-objettivi tal-Azzjoni (ara t-taqsima "X'inhuma l-miri ta' proġett ta' mobilità"):
    • il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti fil-konsorzju u tal-parteċipanti individwali
  • Kemm il-proposta hi adattata:
    • għall-produzzjoni ta' eżiti tat-tagħlim ta' kwalità għolja għall-parteċipanti;
    • għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ambitu internazzjonali tal-organizzazzjonijiet parteċipanti fil-konsorzju;
  • għall-kisba ta' valur miżjud fil-livell tal-UE permezz ta' riżultati li ma jkunux jistgħu jinkisbu b'attivitajiet imwettqin minn kull HEI weħidha.

Kwalità tal-kompożizzjoni tal-konsorzju u l-arranġamenti tal-kooperazzjoni

(massimu 20 punt)

  • Kemm:
    • il-konsorzju jinvolvi kompożizzjoni xierqa ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jibagħtu, fejn rilevanti, ma' organizzazzjonijiet komplementari parteċipanti minn setturi soċjoekonomiċi oħrajn bil-profil, l-esperjenza u l-kompetenza meħtieġa biex iwettqu b'suċċess l-aspetti kollha tal-proġett;
    • il-koordinatur tal-konsorzju għandu esperjenza preċedenti fl-immaniġġjar ta' konsorzju jew tip ta' proġett simili;
    • id-distribuzzjoni tar-rwoli, tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti/riżorsi hi definita sew u turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha;
    • il-kompiti/ir-riżorsi jinġabru flimkien u jiġu kondiviżi;
    • ir-responsabbiltajiet huma ċari għall-kwistjonijiet tal-immaniġġjar kuntrattwali u finanzjarju;
  • il-konsorzju jinvolvi parteċipanti ġodda fl-Azzjoni.

Kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-attività tal-konsorzju

(massimu 20 punt)

  • iċ-ċarezza, il-kompletezza u l-kwalità tal-fażijiet kollha ta' proġett ta' mobilità (it-tħejjija, l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' mobilità, u s-segwitu);
  • il-kwalità tal-arranġamenti prattiċi, l-immaniġġjar u l-modalitajiet ta' appoġġ (eż. is-sejba ta' organizzazzjonijiet li jilqgħu, it-tlaqqigħ, l-informazzjoni, l-appoġġ lingwistiku u interkulturali, il-monitoraġġ);
  • Il-kwalità tal-kooperazzjoni, tal-koordinazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, kif ukoll bejn partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn;
  • fejn rilevanti, il-kwalità tal-arranġamenti għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tal-parteċipanti, kif ukoll l-użu konsistenti tal-għodod Ewropej għat-trasparenza u r-rikonoxximent;
  • Jekk applikabbli, kemm il-miżuri huma xierqa biex jintgħażlu l-parteċipanti fl-attivitajiet ta' mobilità u biex jiġu promossi l-persuni żvantaġġati biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' mobilità.

Impatt u tixrid

(massimu 30 punt)

  • Il-kwalità tal-miżuri għall-evalwazzjoni tal-eżiti tal-attivitajiet immexxijin mill-konsorzju;
  • L-impatt potenzjali tal-proġett:
    • fuq il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti waqt u wara l-ħajja tal-proġett;
    • lil hinn mill-organizzazzjonijiet u l-individwi li jipparteċipaw b'mod dirett fil-proġett, fil-livell istituzzjonali, lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew internazzjonali.
  • L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri mmirati lejn it-tixrid tal-eżiti tal-attivitajiet immexxijin mill-konsorzju fi ħdan u barra mill-organizzazzjonijet u s-sħab parteċipanti.

Biex jintgħażlu għall-akkreditazzjoni, il-proposti għandhom jiksbu tal-anqas 60 punt b’kollox. Barra minn hekk, huma għandhom iġibu nofs il-punti massimi għal kull kriterju tal-għoti.

X’għandek tkun taf aktar dwar din l-Azzjoni?

Tista' ssib aktar regoli u kriterji speċifiċi u informazzjoni addizzjonali siewja dwar din l-Azzjoni fl-Anness I ta’ din il-Gwida. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jaqraw b’attenzjoni t-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Anness qabel japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Fil-formola tal-applikazzjoni, l-applikanti għall-proġetti ta’ mobilità għall-istudenti u l-membri tal-persunal tal-edukazzjoni għolja jkollhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

  • in-numru ta' studenti u membri tal-persunal li hemm il-ħsieb li se jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' mobilità;
  • it-tul ta' żmien totali tal-attività ta' mobilità ppjanata.

Abbażi ta’ dan, l-Aġenziji Nazzjonali tal-Pajjiż tal-Programm se jagħtu għotja lill-applikanti biex jappoġġjaw ċertu numru ta’ attivitajiet tal-mobilità, san-numru massimu mitlub mill-applikant.

Jekk l-applikant jissottometti proġetti tal-mobilità ma' Pajjiżi Sħab, hu għandu jimla formola tal-applikazzjoni separata ddedikata għall-mobilità lejn il-Pajjiżi Sħab u minnhom.

Se tingħata għotja separata għall-mobilitajiet ma’ Pajjiżi Sħab.

Ir-regoli li ġejjin se japplikaw biex tingħata għajnuna finanzjarja lil dawn l-attivitajiet:

A) Ir-regoli dwar il-finanzjament li japplikaw għall-attivitajiet ta’ mobilità kollha

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Appoġġ organizzazzjonali

Spejjeż marbuta b'mod dirett mal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mobilità (bl-esklużjoni tal-ispejjeż tas-sussistenza u l-ivvjaġġar għall-parteċipanti)

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Fil-każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm: sal-100 parteċipant: EUR 350 għal kull parteċipant, u lil hinn mill-100 parteċipant: EUR 200 għal kull parteċipant addizzjonali

Fil-każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u Sħab: EUR 350 għal kull parteċipant

Abbażi tan-numru ta’ parteċipanti fi proġetti ta’ mobilità

Appoġġ għall-bżonnijiet speċjali

Spejjeż addizzjonali relatati direttament mal-parteċipanti bi bżonnijiet speċjali

Spejjeż reali

Sa 100% tal-ispejjeż eliġibbli, kif approvati mill-Aġenzija Nazzjonali

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju trid tkun motivata u ġġustifika sew f’formola tal-applikazzjoni speċifika ladarba jkunu ntgħażlu l-parteċipanti

Spejjeż eċċezzjonali

Spejjeż għall-għoti ta' garanzija finanzjarja, jekk tintalab mill-Aġenzija Nazzjonali.

Fil-każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm: Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, inkluż l-użu ta’ mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi.

Spejjeż reali

Spejjeż għal garanzija finanzjarja: 75% tal-ispejjeż eleġibbli

Spejjeż kbar tal-ivvjaġġar: massimu sa 80% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar eliġibbli

Kundizzjonali: it-talba għal appoġġ finanzjarju trid tkun motivata u ġġustifika sew ladarba jkunu ntgħażlu l-parteċipanti

Għotja għal appoġġ organizzazzjonali għall-benefiċjarju (istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jew konsorzji):

L-għotja għal appoġġ organizzazzjonali hi kontribuzzjoni għal kwalunkwe spiża mġarrba mill-istituzzjonijiet b'rabta ma' attivitajiet ta' appoġġ għall-mobilità ta' studenti u membri tal-persunal, kemm dawk li ġejjin kif ukoll dawk li sejrin, biex tinżamm konformità mal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja f'Pajjiżi tal-Programm, u mal-prinċipji tal-ECHE kif riflessi fil-ftehimiet interistituzzjonali li sar qbil dwarhom fil-każ ta' istituzzjonijiet minn Pajjiżi Sħab. Pereżempju:

  • arranġamenti organizzazzjonali ma' istituzzjonijiet sħab, inklużi żjarat lejn sħab potenzjali, biex jintlaħaq qbil dwar il-ftehimiet interistituzzjonali għall-għażla, it-tħejjija, l-ospitabilità u l-integrazzjoni tal-parteċipanti mobbli; u biex dawn il-ftehimiet interistituzzjonali jinżammu aġġornati;
  • il-forniment ta' katalogi aġġornati tal-korsijiet għall-istudenti internazzjonali;
  • l-għoti ta' informazzjoni u għajnuna lill-istudenti u l-persunal;
  • l-għażla tal-istudenti u l-persunal;
  • it-tħejjija tal-ftehimiet tat-tagħlim biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent sħiħ tal-komponenti edukattivi tal-istudenti; it-tħejjija u r-rikonoxximent tal-ftehimiet ta' mobilità għall-persunal;
  • it-tħejjija lingwistika u interkulturali pprovduta kemm lill-istudenti u lill-persunal deħlin u dawk ħerġin, komplementarja għall-Appoġġ Lingwistiku Onlajn ta' Erasmus+;
  • l-iffaċilitar tal-integrazzjoni ta' parteċipanti mobbli li jkunu ġejjin fl-HEI;
  • l-iżgurar ta' arranġamenti ta' mentoring u superviżjoni effiċjenti tal-parteċipanti mobbli;
  • arranġamenti speċifiċi biex tiġi żgurata l-kwalità tat-traineeships tal-istudenti fl-intrapriżi;
  • l-iżgurar tar-rikonoxximent tal-komponenti edukattivi u l-krediti relatati, bil-ħruġ ta' traskrizzjonijiet ta' rekords u supplimenti ta' diplomi;
  • l-appoġġ tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-parteċipanti mobbli u li jkomplu jiġu żviluppati l-kompetenzi l-ġodda miksuba għall-benefiċċju tal-HEI u l-pari.

L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja kemm fil-Pajjiżi tal-Programm kif ukoll fil-Pajjiżi Sħab jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-prinċipji kollha tal-Karta biex jiżguraw mobilità ta' kwalità għolja, inklużi dawn: "jiżguraw li l-parteċipanti mobbli li sejrin barra mill-pajjiż ikunu ppreparati sew għall-mobilità, inkluż l-iżgurar li kisbu l-livell meħtieġ ta' kompetenza lingwistika" u "jipprovdu appoġġ lingwistiku xieraq lill-parteċipanti mobbli li ġejjin fil-pajjiż". Jista' jittieħed vantaġġ minn faċilitajiet eżistenti fl-istituzzjonijiet għat-taħriġ fil-lingwi. Dawk l-HEIs li jkunu jistgħu jipprovdu mobilità ta' kwalità għolja lill-istudenti u lill-persunal, inkluż appoġġ lingwistiku, bi prezz irħas (jew għax hu ffinanzjat minn sorsi oħra li mhumiex finanzjament mill-UE) ikollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu sehem tal-għotja tal-appoġġ organizzazzjonali ħalli jiffinanzjaw aktar attivitajiet ta' mobilità. Il-ftehim tal-għotja jispeċifika l-livell ta' flessibbiltà f'dan ir-rigward.

Fil-każijiet kollha, il-benefiċjarji se jkunu obbligati kuntrattwalment li jipprovdu dawn is-servizzi ta' kwalità għolja u l-prestazzjoni tagħhom se tkun issorveljata u kkontrollata mill-Aġenziji Nazzjonali, filwaqt li jitqies ukoll ir-rispons mogħti mill-istudenti u l-persunal permezz tal-Għodda ta' Mobilità+ u dak direttament aċċessibbli għall-Aġenziji Nazzjonali u għall-Kummissjoni.

Fil-każ ta' mobilità fi ħdan il-Pajjiżi tal-Programm, l-għotja tal-appoġġ organizzazzjonali hi kkalkulata fuq in-numru tal-parteċipanti mobbli appoġġjati kollha li sejrin (inklużi l-parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-Fondi tal-UE għall-perjodu kollu tal-mobilità - ara hawn taħt) u tal-persunal li ġej minn intrapriżi ta' tagħlim f'HEI, li hi l-benefiċjarja jew membru tal-konsorzju ta' mobilità nazzjonali. Il-parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-Fondi tal-UE għall-perjodu kollu tal-mobilità jgħoddu bħala parteċipanti mobbli peress li jibbenefikaw mill-qafas ta' mobilità u mill-attivitajiet organizzazzjonali. Għalhekk jitħallas ukoll appoġġ organizzazzjonali għal dawn il-parteċipanti mobbli.

Fil-każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab, l-għotja ta' appoġġ organizzattiv hi kkalkulata fuq in-numru tal-mobilitajiet mogħtijin inklużi l-parteċipanti kollha mobbli appoġġjati li jkunu ħerġin mill-Pajjiżi tal-Programm u l-parteċipanti kollha mobbli deħlin mill-Pajjiżi Sħab. Il-parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-fondi tal-UE għall-perjodu kollu tal-mobilità jistgħu jgħoddu bħala parteċipanti mobbli peress li jibbenefikaw mill-qafas ta' mobilità u mill-attivitajiet organizzazzjonali.

Dan jeskludi l-persuni li jakkumpanjaw lill-parteċipanti matul l-attivitajiet tagħhom barra l-pajjiż, u mobilitajiet addizzjonali li jistgħu jkunu organizzati bit-trasferiment ta' fondi bejn kategoriji ta' baġits.

Fil-każ ta' konsorzji ta' mobilità nazzjonali, din l-għotja tista' tinqasam bejn il-membri nazzjonali kollha skont ir-regoli li jkunu qablu bejniethom. Għal mobilità bejn il-Pajjiżi Sħab u l-Pajjiżi tal-Programm, l-għotja tal-appoġġ organizzazzjonali se tkun kondiviża bejn is-sħab ikkonċernati fuq bażi aċċettabbli b'mod reċiproku li tkun ittieħdet deċiżjoni dwarha mill-istituzzjonijiet parteċipanti.

Parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-fondi tal-UE

L-istudenti u l-persunal b'għotja żero mill-fondi tal-UE huma parteċipanti mobbli li ma jirċivux għotja tal-UE relatata mal-ivvjaġġar u s-sussistenza, iżda li jissodisfaw b'mod ieħor il-kriterji kollha ta' mobilità tal-istudenti u l-persunal u li jibbenefikaw mill-vantaġġi kollha billi huma studenti u persunal ta' Erasmus+. Huma jistgħu jirċievu tip ta' għotja reġjonali, nazzjonali jew oħra bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' mobilità tagħhom. In-numru ta' parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-fondi tal-UE għall-perjodu ta' mobilità kollu jgħodd fl-istatistika għall-indikatur tal-prestazzjoni użat biex jalloka l-baġit tal-UE bejn il-pajjiżi, kemm għall-mobilità fi ħdan il-Pajjiżi tal-Programm kif ukoll għall-mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab.

Appoġġ għall-bżonnijiet speċjali

Persuna bi bżonnijiet speċjali hi parteċipant potenzjali li l-kundizzjoni fiżika, mentali jew relatata mas-saħħa individwali tagħha tkun tali li l-parteċipazzjoni tagħha fl-Azzjoni tal-proġett/mobilità ma tkunx possibbli mingħajr appoġġ finanzjarju supplimentari. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li jkunu għażlu studenti u/jew persunal bi bżonnijiet speċjali jistgħu japplikaw għal appoġġ ta' għotja addizzjonali mal-Aġenzija Nazzjonali sabiex ikopru l-ispejjeż supplimentari għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet ta' mobilità. Għalhekk, għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, l-appoġġ ta' għotja jista' jkun ogħla mill-ammonti massimi ta' għotjiet individwali stipulati hawn taħt. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja se jiddeskrivu fuq is-sit tagħhom kif l-istudenti u l-persunal bi bżonnijiet speċjali jistgħu jitolbu tali appoġġ ta' għotja addizzjonali.

Finanzjament addizzjonali għall-istudenti u l-persunal bi bżonnijiet speċjali jista' jiġi pprovdut ukoll minn sorsi oħra fil-livell lokali, reġjonali u/jew nazzjonali.

Fil-waqt li persuni li jakkumpanjaw studenti u persunal bi bżonnijiet speċjali, huma intitolati li jirċievu kontribuzzjoni bbażata fuq l-ispejjeż reali.

Kull istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja, bl-iffirmar tal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja, timpenja ruħha li tiżgura aċċess u opportunitajiet ugwali għall-parteċipanti minn kull sfond. Għaldaqstant, l-istudenti u l-persunal bi bżonnijiet speċjali jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi ta' appoġġ li l-istituzzjoni li tilqa' toffri lill-istudenti u lill-persunal lokali tagħha.

Spejjeż eċċezzjonali għal vjaġġar għoli

Il-parteċipanti eliġibbli biss għal għotja ta' vvjaġġar standard li qed jieħdu sehem f’mobilità bejn Pajjiżi tal-Programm huma eliġibbli għall-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għali:

Il-benefiċjarji tal-proġetti ta' mobilità se jitħallew jitolbu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż għolja tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti skont l-intestatura tal-baġit "spejjeż eċċezzjonali" (sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż totali eliġibbli: ara "X'inhuma ir-regoli dwar il-finanzjament?"), inklużi każijiet fejn il-parteċipanti jagħżlu mezzi tat-trasport aktar nodfa, b’emissjonijiet tal-karbonju aktar baxxi (eż. tren), li jirriżultaw fi spejjeż tal-ivvjaġġar għoljin. Dan ikun permess sakemm il-benefiċjarji jkunu jistgħu jiġġustifikaw li r-regoli tal-finanzjament standard (ibbażati fuq il-kostijiet unitarji għal kull faxxa ta' distanza tal-ivvjaġġar) ma jkoprux tal-anqas 70% tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti. Jekk jingħataw, l-ispejjeż eċċezzjonali għall-ivvjaġġar għoli jissostitwixxu l-għotja tal-ivvjaġġar standard.

Sorsi oħrajn ta' finanzjament

Apparti l-għotja tal-UE, jew minflok l-għotja tal-UE (parteċipanti mobbli b'għotja żero mill-fondi tal-UE), l-istudenti u l-persunal jistgħu jirċievu għotja reġjonali, nazzjonali jew ta' kwalunkwe tip ieħor, immaniġġjata minn organizzazzjoni oħra li mhix l-Aġenzija Nazzjonali (eż. Ministeru jew awtoritajiet reġjonali). Dawn it-tipi ta' għotjiet ipprovduti minn sorsi oħra ta' finanzjament apparti l-baġit tal-UE mhumiex soġġetti għall-ammonti u l-meded minimi/massimi stabbiliti f'dan id-dokument.

B) Appoġġ ta' għotjiet għall-mobilità tal-istudenti

L-istudenti jistgħu jirċievu għotja mill-UE bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tagħhom matul il-perjodu ta' studju jew it-traineeships barra l-pajjiż. Dawn l-ammonti se jiġu definiti mill-Aġenziji Nazzjonali bi qbil mal-Awtoritajiet Nazzjonali, u/jew l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti kif deskritti hawn taħt. L-ammonti eżatti se jiġu ppubblikati fuq is-siti web tal-Aġenziji Nazzjonali u tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja.

Il-Pajjiżi tal-Programm huma maqsumin fit-tliet gruppi li ġejjin:

Grupp 1

Pajjiżi tal-Programm b'għoli tal-ħajja ogħla

Id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, il-Liechtenstein, in-Norveġja

Grupp 2

Pajjiżi tal-Programm b'għoli tal-ħajja medju

L-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Greċja, Spanja, Ċipru, in-Netherlands, Malta, il-Portugall

Grupp 3

 Pajjiżi tal-Programm b'għoli tal-ħajja aktar baxx

Il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja, is-Slovenja, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, it-Turkija

Mobilità fi ħdan il-Pajjiżi tal-Programm - Kriterju 1 - Pajjiżi li jibagħtu u li jilqgħu tal-istudent

L-għotja mill-UE pprovduta lill-istudenti se tiddependi fuq il-fluss tal-mobilità tagħhom, kif ġej:

  • il-mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja simili: l-istudenti se jirċievu l-għotja tal-UE ta' medda medja;
  • il-mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja ogħla: l-istudenti se jirċievu l-għotja tal-UE ta' medda ogħla;
  • il-mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja aktar baxx: l-istudenti se jirċievu l-għotja tal-UE ta' medda baxxa.

L-ammonti definiti mill-Aġenziji Nazzjonali se jkunu stabbiliti fil-meded minimi u massimi li ġejjin:

  • Għotja tal-UE tal-medda medja: medda medja, bejn EUR 220 u EUR 470 fix-xahar, se tapplika għall-attivitajiet ta' mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja simili: a) mill-Grupp 1 lejn il-Grupp 1, b) mill-Grupp 2 lejn il-Grupp 2 u c) mill-Grupp 3 lejn il-Grupp 3.
  • Għotja tal-UE tal-medda ogħla: tikkorrispondi mal-medda medja applikata mill-Aġenzija Nazzjonali flimkien ma' tal-anqas EUR 50 u bejn EUR 270 u EUR 520 kull xahar. Din tapplika għall-attivitajiet ta' mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja ogħla: a) pajjiżi tal-Grupp 2 lejn il-Grupp 1 u b) pajjiżi tal-Grupp 3 lejn il-Grupp 1 u l-Grupp 2.
  • Għotja tal-UE ta' medda baxxa: tikkorrispondi mal-medda medja applikata mill-Aġenzija Nazzjonali jitnaqqsu tal-anqas EUR 50 u bejn EUR 170 u EUR 420 kull xahar. Din tapplika għall-attivitajiet ta' mobilità lejn pajjiż b'għoli tal-ħajja aktar baxx: a) pajjiżi mill-Grupp 1 lejn il-Grupp 2 u 3 u b) mill-Grupp 2 lejn il-Grupp 3.

Meta jiġu definiti l-ammonti li għandhom jiġu applikati mill-benefiċjarji f'pajjiżhom, l-Aġenziji Nazzjonali se jikkunsidraw żewġ kriterji speċifiċi:

  • id-disponibbiltà u l-livell ta' sorsi oħra ta' kofinanzjament minn korpi privati jew pubbliċi fuq livell lokali, reġjonali jew nazzjonali biex jissupplimentaw l-għotja tal-UE;
  • il-livell ġenerali tad-domanda tal-istudenti li beħsiebhom jistudjaw jew jirċievu taħriġ barra l- pajjiż.

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jagħtu flessibbiltà lill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja tagħhom billi jistabbilixxu meded minflok ammonti fil-livell nazzjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq raġunijiet ġustifikati, pereżempju f'pajjiżi fejn il-kofinanzjament hu disponibbli fil-livell reġjonali jew istituzzjonali.

Mobilità fi ħdan Pajjiżi tal-Programm - Kriterju 2 - Appoġġ addizzjonali għall-gruppi fil-mira, attivitajiet u pajjiżi/reġjuni speċifiċi li jibagħtu

Studenti minn sfondi żvantaġġati (minbarra dawk bi bżonnijiet speċjali)

L-awtoritajiet nazzjonali flimkien mal-Aġenziji Nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ f’Pajjiż tal-Programm partikulari jistgħu jiddeċiedu (abbażi ta’ għażla opt-in/opt-out, skont l-appoġġ diġà pprovdut fuq livell nazzjonali) li l-HEIs kollha fil-pajjiż tagħhom għandhom jissupplimentaw l-appoġġ individwali mill-għotja tal-UE tagħhom għall-istudenti minn sfondi żvantaġġati (inklużi refuġjati, applikanti għall-ażil u migranti), b’ammont uniku ta' bejn EUR 100 u EUR 200 fix-xahar. L-ammont preċiż uniku ta’ kull xahar u l-kriterji li għandhom jiġu applikati jkunu definiti fuq livell nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali.

Studenti fi traineeships

L-istudenti fi traineeships se jirċievu suppliment addizzjonali mill-għotja tal-UE b’ammont bejn EUR 100 u EUR 200 fix-xahar. Il-livell preċiż se jiġi stabbilit mill-Aġenziji Nazzjonali u/jew l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja skont il-livell tad-domanda u l-livell ta’ kofinanzjament għal dan it-tip ta’ mobilità. Fil-każijiet kollha, l-istess livell għandu jingħata lill-istudenti kollha fl-istess istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, indipendentement minn kwalunkwe suppliment u/jew kontribuzzjoni in natura li l-istudent jista’ jirċievi mill-intrapriża ospitanti. Studenti minn sfondi żvantaġġati li jieħdu sehem fit-traineeships huma intitolati li jirċievu supplimenti għall-istudenti minn sfondi żvantaġġati minflok is-suppliment għat-traineeships, f'każ li s-suppliment għat-traineeships ikun aktar baxx.

Studenti minn Pajjiżi tal-Programm u r-reġjuni l-aktar imbiegħda u mill-OCTs

Meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet imposti mill-bogħod minn Pajjiżi tal-Programm oħrajn, studenti mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, Ċipru, l-Iżlanda, Malta u l-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (OCTs) se jirċievu dawn l-ammonti ogħla li ġejjin għall-appoġġ individwali:

Minn

Sa

Ammont

Reġjuni l-aktar imbiegħda, Ċipru, l-Iżlanda u Malta, Pajjiżi u TerritorjiExtra-Ewropej

pajjiżi tal-Grupp 1

EUR 770 fix-xahar

pajjiżi tal-Grupp 2

EUR 720 fix-xahar

pajjiżi tal-Grupp 3

EUR 670 fix-xahar

Barra mill-ammonti msemmija hawn fuq għal appoġġ individwali, l-istudenti minn dawn il-pajjiżi se jirċievu l-ammonti addizzjonali li ġejjin sabiex jappoġġjawhom biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom:

Distanzi tal-ivvjaġġar10

Ammont

Bejn 10 u 99 KM:

EUR 20 għal kull parteċipant

Bejn 100 u 499 KM:

EUR 180 għal kull parteċipant

Bejn 500 u 1999 KM:

EUR 275 għal kull parteċipant

Bejn 2000 u 2999 KM:

EUR 360 għal kull parteċipant

Bejn 3000 u 3999 KM:

EUR 530 għal kull parteċipant

Bejn 4000 u 7999 KM:

EUR 820 għal kull parteċipant

8000 KM jew aktar:

EUR 1500 għal kull parteċipant

Supplimenti għat-traineeships jew sfondi żvantaġġati ma japplikawx f’dan il-każ.

Livell ta’ appoġġ finanzjarju definit mill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja

Fil-każijiet kollha, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja se jkunu meħtieġa jirrispettaw il-prinċipji u l-kriterji li ġejjin meta jiddefinixxu u/jew japplikaw ir-rati tal-UE fi ħdan l-istituzzjoni tagħhom:

  • Ladarba r-rati jkunu ġew definiti mill-istituzzjonijiet, huma għandhom jibqgħu l-istess matul it-tul ta’ żmien tal-proġett ta’ mobilità. Mhux possibbli li jnaqqsu jew iżidu l-livell ta’ għotjiet fl-istess proġett. 
  • Ir-rati jridu jiġu definiti u/jew applikati b’mod oġġettiv u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji kollha u l-metodoloġija deskritta hawn fuq (jiġifieri b’kunsiderazzjoni tal-fluss tal-mobilità kif ukoll il-finanzjament addizzjonali speċifiku);
  • L-istess livell ta' għotja għandu jingħata lill-istudenti kollha li jmorru fl-istess grupp ta' pajjiżi għall-istess tip ta' mobilità - studji jew traineeships (ħlief studenti minn sfondi żvantaġġati jew bi bżonnijiet speċjali).

Mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab

L-ammonti għall-appoġġ individwali huma stabbiliti kif ġej:

Minn

Sa

Ammont

Pajjiżi Sħab Eleġibbli

Pajjiżi tal-Programm ta’ Grupp 1

EUR 900 fix-xahar

Pajjiżi tal-Programm tal-Grupp 2

EUR 850 fix-xahar

Pajjiżi tal-Programm tal-Grupp 3

EUR 800 fix-xahar

Pajjiżi tal-Programm

Pajjiżi Sħab

EUR 700 fix-xahar

Barra minn hekk, l-istudenti li jkunu sejrin lejn/ġejjin lura mill-Pajjiżi Sħab se jirċievu l-ammonti addizzjonali li ġejjin sabiex jappoġġjawhom biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom:

Distanzi tal-ivvjaġġar11

Ammont

Bejn 10 u 99 KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Bejn 100 u 499 KM:

EUR 180 għal kull parteċipant

Bejn 500 u 1999 KM:

EUR 275 għal kull parteċipant

Bejn 2000 u 2999 KM:

EUR 360 għal kull parteċipant

Bejn 3000 u 3999 KM:

EUR 530 għal kull parteċipant

Bejn 4000 u 7999 KM:

EUR 820 għal kull parteċipant

8000 KM jew aktar:

EUR 1500 għal kull parteċipant

Appoġġ addizzjonali għall-gruppi fil-mira, attivitajiet u pajjiżi/reġjuni speċifiċi li jibagħtu

Studenti minn sfondi żvantaġġati (minbarra dawk bi bżonnijiet speċjali)

L-awtoritajiet nazzjonali flimkien mal-Aġenziji Nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ f'Pajjiż tal-Programm partikulari jistgħu jiddeċiedu (abbażi ta' għażla opt-in/opt-out, skont l-appoġġ diġà pprovdut fuq livell nazzjonali) li l-HEIs kollha fil-pajjiż tagħhom għandhom jissupplimentaw l-appoġġ individwali mill-għotja tal-UE tagħhom għall-istudenti minn sfondi żvantaġġati (inklużi refuġjati, applikanti għall-ażil u migranti), b'ammont uniku ta' bejn EUR 100 u EUR 200 fix-xahar. L-ammont preċiż uniku ta' kull xahar u l-kriterji li għandhom jiġu applikati jkunu definiti fuq livell nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali.

C) Appoġġ tal-Għotja għall-Mobilità tal-Persunal

Il-persunal se jirċievi għotja mill-UE bħala kontribut għall-ispejjeż tiegħu għall-ivvjaġġar u s-sussistenza matul il-perjodu barra mill-pajjiż kif ġej:

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Ivvjaġġar

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti, mill-post ta' oriġini tagħhom għall-post tal-attività u lura

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 10 u 99 KM: EUR 20 għal kull parteċipant

Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar iridu jiġu kkalkulati billi jintuża l-kalkolatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea12. L-applikant għandu jindika d-distanza ta’ vjaġġ bla ritorn biex jikkalkula l-ammont tal-għotja tal-UE li tkun se tappoġġja l-vjaġġ ’l hemm u lura 13

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM: EUR 180 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM: EUR 275 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM: EUR 360 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM: EUR 530 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM: EUR 820 għal kull parteċipant

Għad-distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew aktar: EUR 1 500 għal kull parteċipant

Individwi

appoġġ

Spejjeż marbutin direttament mas-sussistenza tal-parteċipanti matul l-attività

Kontribuzzjoni għall-kostijiet unitarji

sal-14-il jum tal-attività: A1.1, f'każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm jew A1.2 f'każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab, kull jum għal kull parteċipanti

+

bejn il-15 u s-60 jum tal-attività: 70% ta' A1.1, f'każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm jew A1.2 f'każ ta' mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab, għal kull jum għal kull parteċipanti

Abbażi tat-tul tas-soġġorn għal kull parteċipant (jekk ikun hemm bżonn, inklużi wkoll jum ta' vvjaġġar wieħed qabel l-attività u jum ta' vvjaġġar ieħor wara l-attività).

Tabella A – Appoġġ Individwali (Ammonti f’Euro kull Jum)

L-ammonti jiddependu fuq il-pajjiż li jilqa'. Dawn l-ammonti jiġu stabbiliti fil-meded minimi u massimi pprovduti fit-tabella ta’ hawn taħt. Meta jiġu definiti l-ammonti li jridu jiġu applikati mill-benefiċjarji f’pajjiżhom, l-Aġenziji Nazzjonali, bi qbil mal-Awtoritajiet Nazzjonali, se jikkunsidraw żewġ kriterji speċifiċi:

  • id-disponibbiltà u l-livell ta' sorsi oħra ta' kofinanzjament minn korpi privati jew pubbliċi fuq livell lokali, reġjonali jew nazzjonali biex jissupplimentaw l-għotja tal-UE;
  • il-livell ġenerali tad-domanda tal-persunal li għandu l-ħsieb li jgħallem jew jirċievi taħriġ barra mill-pajjiż.

L-istess perċentwal fil-medda għandu jiġi applikat għall-pajjiżi destinatarji kollha. Mhux possibbli li jingħata l-istess ammont għall-pajjiżi destinatarji kollha.

Persunal mill-Pajjiżi tal-Programm

Persunal mill-Pajjiżi Sħab

Pajjiż li jilqa'

Min-Mass (kull jum)

Ammont (kull jum)

A1.1

A1.2

In-Norveġja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, l-Iżlanda, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Liechtenstein

80-180

180

In-Netherlands, l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Portugall

70-160

160

Is-Slovenja, l-Estonja, il-Latvja, il-Kroazja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, it-Turkija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja

60-140

140

Pajjiżi Sħab

180

Mhux eliġibbli

Għall-attivitajiet ta’ mobilità bejn il-Pajjiżi tal-Programm, l-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jagħtu flessibbiltà lill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja tagħhom billi jistabbilixxu meded minflok ammonti fil-livell nazzjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq raġunijiet ġustifikati, pereżempju f’pajjiżi fejn il-kofinanzjament hu disponibbli fil-livell reġjonali jew istituzzjonali. L-ammonti eżatti sejrin jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ kull Aġenzija Nazzjonali u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja.

  • 1. Kwalunkwe traineeship se jitqies bħala "traineeship f'ħiliet diġitali" meta trainee jipprattika waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin: is-suq diġitali (eż. l-immaniġġjar tal-media soċjali, l-analitika tal-web); id-disinn grafiku diġitali, mekkaniku jew arkitettorali; l-iżvilupp ta' apps, softwer, skripts, jew siti web; l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-immaniġġjar tas-sistemi u tan-netwerks tal-IT; iċ-ċibersigurtà; l-analitika, il-mining u l-viżwalizzazzjoni tad-dejta; l-ipprogrammar u t-taħriġ tar-robots u l-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali. L-appoġġ ġeneriku tal-klijenti, it-twettiq tal-ordni, id-dħul tad-dejta u l-inkarigi tal-uffiċċju mhumiex ikkunsidrati f'din il-kategorija.
  • 2. It-tipi li ġejjin ta' organizzazzjonijiet mhumiex eliġibbli bħala organizzazzjonijiet li jilqgħu għat-traineeships tal-istudenti:
  • 3. It-tul ta' żmien minimu ta' perjodu ta' studju hu 3 xhur, jew term akkademiku wieħed jew trimester.
  • 4. L-esperjenza ta' qabel taħt Programm LLL-Erasmus u/jew bħala benefiċjarji ta' borża ta' studju Erasmus Mundus jitqiesu bħala parti mit-12-il xahar għal kull ċiklu ta' studju.
  • 5. Fi programmi ta' studju ta' ċiċklu wieħed, bħall-Mediċina, l-istudenti jistgħu jkunu mobbli sa 24 xahar.
  • 6. Fil-każ tal-fergħat ta' kampusijiet li huma dipendent mill-istituzzjoni prinċipali u koperti bl-istess ECHE, il-pajjiż li fih tinsab l-istituzzjoni prinċipali se jkun ikkunsidrat bħala l-pajjiż li jibgħat. Għalhekk, mhux possibbli li jiġu organizzati mobilitajiet ta' Erasmus+ bejn fergħat ta' kampusijiet u l-istituzzjoni prinċipali koperti mill-istess ECHE.
  • 7. Indikattivi biss. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou u tal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020.
  • 8. Ara t-taqsima "pajjiżi eliġibbli" f'Parti A ta' dan il-Gwida.
  • 9. Mobilità fiż-żewġ direzzjonijiet
  • 10. Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivjvaġġar iridu jiġu kkalkulati billi jintuża l-kalkulatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea (https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt). Trid tintuża d-distanza ta' vjaġġ f'direzzjoni waħda biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-għotja mill-UE li se jappoġġja l-vjaġġ bir-ritorn.
  • 11. Abbażi tad-distanza tal-ivvjaġġar għal kull parteċipant. Id-distanzi tal-ivvjaġġar iridu jiġu kkalkulati billi jintuża l-kalkulatur tad-distanza sostnut mill-Kummissjoni Ewropea (https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt). Trid tintuża d-distanza ta' vjaġġ f'direzzjoni waħda biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-għotja mill-UE li se jappoġġja l-vjaġġ bir-ritorn.
  • 12. https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/distance-calculator_mt
  • 13. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) se tieħu sehem f'attività li se ssir f'Ruma (l-Italja), l-applikant a) se jikkalkula d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) se jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u c) jikkalkula l-għotja mill-UE li se tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-parteċipant minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).