Werrej
Fittex fil-gwida

Self għall-Master ta’ Erasmus+

Studenti ta' edukazzjoni għolja li jixtiequ jtemmu programm ta' studju sħiħ fil-livell ta' Master f'Pajjiż ieħor tal-Programm ikunu jistgħu japplikaw għal self iggarantit tal-UE biex jikkontribwixxi għall-ispejjeż tagħhom.

Is-Self għal-Lawrji Master ta' Erasmus+ jippermetti lill-istudenti tal-Master potenzjali jiksbu aċċess għal self jew jibbenefikaw minn ħlas bin-nifs tal-ispejjeż tat-tagħlim u tal-akkomodazzjoni (ipprovdut mill-banek u l-universitajiet parteċipanti u ggarantit mill-UE, permezz tal-imsieħeb tagħha l-Fond Ewropew tal-Investiment) biex jappoġġja l-istudji tagħhom barra l-pajjiż matul il-perjodu tal-Programm Erasmus+. L-allokazzjoni tal-baġit tal-UE se tiġġenera ammont multiplu fil-finanzjament mis-settur bankarju jew minn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja għas-self (jew servizzi ekwivalenti) lill-istudenti mobbli tal-master.

L-iskema tnediet fl-2015 u s-self għal Master ta' Erasmus+ se jsir disponibbli b'mod inkrementali f'aktar pajjiżi u għal aktar studenti matul is-snin.

Aktar informazzjoni dwar l-Iskema u l-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti hi disponibbli fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/node/11_en

Ammonti u għan

tas-self

Is-self hu sa EUR 12,000 għal programm ta' Master ta' sena u sa EUR 18,000 għal Master ta' massimu ta' sentejn u jista' jkopri l-ispejjeż tal-għajxien, tat-tagħlim u spejjeż oħra marbuta mal-istudju fi kwalunkwe wieħed mit-34 Pajjiż tal-Programm ta' Erasmus+.

Is-salvagwardji soċjali ewlenin jinkludu ebda kollaterali mill-istudenti jew il-ġenituri, rata ta' mgħax favorevoli, termini ta' ripagament favorevoli.

Kriterji tal-eleġibilità

Biex ikunu eleġibbli sabiex japplikaw l-istudenti għandhom:

  • Ikunu residenti ta' wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm Erasmus+.
  • Ikunu temmew b'suċċess l-istudji tal-ewwel ċiklu tal-edukazzjoni għolja (Baċellerat jew ekwivalenti)
  • Ikunu ġew aċċettati għat-tieni programm taċ-ċiklu (Master jew ekwivalenti) f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja rikonoxxuta (HEI) li tkun detentriċi ta' Karta Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE).

Il-Master (jew ekwivalenti) li huma jkollhom l-intenzjoni li jistudjaw għandu:

  • Jingħata f'pajjiż ta' residenza differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom u minn fejn huma jkunu kisbu l-lawrja ta' Baċellerat tagħhom (jew il-lawrja ekwivalenti li tagħtihom aċċess għall-programm tal-Master)
  • Ikun programm sħiħ li jwassal għal lawrja (Master jew ekwivalenti). Fejn napplika?

Fejn tapplika?

Direttament ma' banek parteċipanti, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja jew ma' kumpaniji ta' self lill-istudenti