Werrej
Fittex fil-gwida

Appoġġ Jean Monnet għal assoċjazzjonijiet

Jean Monnet jappoġġja assoċjazzjonijiet li għandhom għan espliċitu li jikkontribwixxu għall-istudju tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom ikunu interdixxiplinarji u miftuħa għall-professuri, l-għalliema u r-riċerkaturi kollha li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiż jew ir-reġjun rilevanti. Huma għandhom ikunu rappreżentattivi tal-komunità akkademika fi studji tal-Unjoni Ewropea fuq livell reġjonali, nazzjonali jew sovranazzjonali.

Liema attivitajiet huma appoġġjati minn din l-azzjoni?

Matul iż-żmien tal-proġett, l-assoċjazzjonijiet jistgħu tipikament iwettqu firxa wiesgħa ta' attivitajiet, bħal pereżempju:

  • jorganizzaw u jwettqu attivitajiet statutorji ta' assoċjazzjonijiet li jittrattaw studji dwar l-Unjoni Ewropea u kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea (eż. il-pubblikazzjoni ta' newsletter, l-istabbiliment ta' sit elettroniku ddedikat, l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-bord, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti promozzjonali speċifiċi mmirati biex jipprovdu iktar viżibbiltà lis-suġġetti tal-Unjoni Ewropea, eċċ.);
  • iwettqu riċerka fil-qasam ta' kwistjonijiet speċifiċi Ewropej sabiex jagħtu parir lil dawk jfasslu l-politika lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej u jxerdu r-riżultati fost l-istituzzjonijiet involuti f'dawn il-kwistjonijiet, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll pubbliku usa' biex b'hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva.

X’inhu r-rwol tal-assoċjazzjonijiet?

  • L-Assoċjazzjonijiet Jean Monnet għandhom isiru punti ta’ referenza fl-Unjoni Ewropea fl-oqsma ta’ suġġetti li jkopru.
  • Sejrin jassumu r-rwol ta’ moltiplikaturi u sejrin ixerrdu l-għarfien; sejrin jikkontribwixxu wkoll għall-ġbir u l-kapitalizzazzjoni tal-informazzjoni minbarra li ser jipprovdu analiżi u viżjonijiet dwar suġġetti speċifiċi.
  • L-assoċjazzjonijiet huma finalment responsabbli għall-proposti tagħhom. Huma obbligati li jimplimentaw l-attivitajiet deskritti fil-programm ta’ ħidma tagħhom matul id-durata sħiħa tal-għotja.

X’inhuma l-kriterji użati biex ikun ivvalutat appoġġ ta' jean monnet lill-assoċjazzjonijiet?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li għandu jirrispetta appoġġ ta' Jean Monnet lill-assoċjazzjonijiet biex ikunu eliġibbli għal għotja tal-Erasmus+:

Kriterji tal-eliġibbiltà

Min jista’ japplika?

Kwalunkwe assoċjazzjoni ta' professuri u riċerkaturi li jispeċjalizzaw fl-Istudji dwar l-Unjoni Ewropea, stabbilita fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja.

L-għan espliċitu tal-assoċjazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għall-istudju tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali.

L-assoċjazzjoni għandha tkun ta' natura interdixxiplinarja.

Se jingħata appoġġ lill-assoċjazzjonijiet li huma rreġistrati uffiċjalment u li għandhom status legali indipendenti biss.

Individwi ma jistgħux japplikaw direttament għal għotja.

Durata tal-proġett

Tliet snin.

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta napplika? L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sal-20 ta' Frar fil-17:00 (ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Settembru tal-istess sena.
Kif napplika? Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

L-organizzazzjonijiet applikanti sejrin jiġu vvalutati wkoll skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta' din il-Gwida.

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)

Kemm il-proposta hija konsistenti mal-għan tal-istudji tal-Unjoni Ewropea:

  • tinkludi l-istudju tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu, b’enfasi partikolari fuq il-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE kemm fl-aspetti interni kif ukoll f’dawk esterni;
  • torbot l-acquis (acquis communautaire) u politiki eżistenti tal-UE;
  • tipprowovi ċ-ċittadinanza u l-valuri attivi tal-UE;
  • ittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-UE u tiffaċilita l-involviment fil-ġejjieni u d-djalogu bejn in-nies;

Ir-rilevanza tal-proposta għal wieħed jew aktar mill-objettivi tal-attivitajiet Jean Monnet li ġejjin:

  • il promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka dwar l-istudji tal-UE
  • il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tagħlim ġdid/attivitajiet ġodda fl-istudji tal-UE ;
  • il-ġenerazzjoni ta’ għarfien li jista’ jappoġġja t-tfassil tal-politika tal-UE u jsaħħaħ l-irwol tal-UE f’dinja globalizzata;
  • it-twassil ta’ benefiċċji għas-sistemi tal-politika li hi mfassla fihom;
  • it-trawwim ta’ djalogu bejn id-dinja akkademika u s-soċjetà;
  • l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili, dawk li jfasslu l-politika, ħaddiema taċ-ċivil, rappreżentanti tal-edukazzjoni u tal-media f’livelli differenti;
  • il-firxa ta’ għarfien dwar l-UE lis-soċjetà ġenerali, lil hinn minn udjenzi akkademiċi u speċjalizzati;
  • it-tqarrib tal-UE lejn il-pubbliku;

Kemm il-proposta tilħaq il-gruppi prijoritarji fil-mira :

  • istituzzjonijiet jew akkademiċi li għadhom ma rċevewx il-finanzjament ta’ Jean Monnet ;
  • studenti/udjenzi li ma jiġux f’kuntatt ma’ studji Ewropej awtomatikament (f’oqsma lil hinn mil-liġi, l-ekonomija u x-xjenza politika)
  • Għal pajjjiżi tat-tielet dinja, il-potenzjal tal-proġett biex itejjeb id-diplomazija pubblika tal-UE.
Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Iċ-ċarezża, il-kompletezza u l-kwalità tal-proposta u tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa tal-ippjanar tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, is-segwitu u t-tixrid;
  • Il-koerenza bejn l-objettivi u l-attivitajiet tal-proġett;
  • Il-kwalità, in-novità, u l-fattibbiltà tal-proġett innifsu u l-vijabilità tal-metodoloġija proposta;
Il-kwalità tat-tim tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Il-pertinenza u l-kumplimentarità tal-profil u l-għarfien espert tal-persunal ewlieni involut fl-attivitajiet proposti fil-proġett (kemm fid-dominji akkademiċi kif ukoll mhux akkademiċi, jekk xierqa).
Impatt u tixrid (Massimu ta’ 25 punt)

L-impatt mistenni tal-proġett billi jkollu effetti fit-tul:

  • fuq l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq studenti u persuni li jitgħallmu li jibbenefikaw mill-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq organizzazzjonijiet u individwi oħrajn involuti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew

L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri li għandhom l-għan li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet fi ħdan u barra l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni Jean Monnet

  • ixerrdu l-kelma;
  • iqajmu kuxjenza dwar il-proġetti u r-riżultati, itejbu l-viżibilità tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet;
  •  jilħqu gruppi barra l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;
  • jiġu trasferiti u tradotti f’politiki ġodda u prattiċi mtejba.

Kemm it-tixrid tal-għodod previsti se jilħaq l-udjenza fil-mira permezz ta’:

  • esponiment fil-media (inklużi fil-media soċjali, pubblikazzjonijiet eċċ);
  • avvenimenti;
  • korsijiet tat-taħriġ;
  • L-użu ta’ teknoloġiji ġodda (għodod tal-multimedia) inklużi riżorsi tal-edukazzjoni miftuħa (OER)

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt f’kull waħda mill-kategoriji ta’ kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq.

X’għandek tkun taf iktar dwar l-appoġġ ta' jean monnet lill-assoċjazzjonijiet?

Tixrid u impatt

L-assoċjazzjonijiet magħżulin għal din l-Azzjoni huma meħtieġa jxerrdu u jisfruttaw ir-riżultati tal-attivitajiet promozzjonali tagħhom lil hinn mill-partijiet ikkonċernati involuti direttament. Dan sejjer iżid l-impatt b'mod konsiderevoli u jikkontribwixxi għal bidla sistemika.

Biex jiżdied l-impatt tagħhom, dawn għandhom jinkludu fl-attivitajiet ta’ tixrid tagħhom il-ħolqien u joffru riżorsi edukattivi miftuħa (OER) u jinvolvu attivitajiet ta’ edukazzjoni miftuħa biex iżommu mal-progress teknoloġiku. Dan sejjer irawwem modi aktar flessibbli u kreattivi ta’ tagħlim u lħiq ta’ numru dejjem akbar ta’ studenti, professjonisti, dawk li jfasslu l-politika u gruppi interessati oħra.

L-Assoċjazzjonijiet kollha, li jingħataw għotja Jean Monnet, ser jintalbu jaġġornaw it-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-għodda onlajn speċifika għal Erasmus+ li fiha ser ikun hemm it-tagħrif kollu dwar l-Attivitajiet Jean Monnet. Sejrin jitħeġġu b’qawwa sabiex jużaw il-pjattaformi u l-għodod eżistenti rilevanti (jiġifieri d-direttorju ta’ Jean Monnet, il-komunità virtwali ta’ Jean Monnet). Dawn il-funzjonijiet, bħala parti mill-għodda informatika ġenerali għal Erasmus+, ser jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jkun mgħarraf fuq l-assoċjazzjonijiet u l-attivitajiet Jean Monnet tagħhom. Id-detenturi tal-għotjiet sejrin jintalbu jaġġornaw b’mod regolari l-għodda bir-riżultati tal-ħidma tagħhom.

Jekk jintgħażel il-proġett, sejrin japplikaw ir-regoli ta' finanzjament li ġejjin għall-għotja:

Appoġġ jean monnet għal assoċjazzjonijiet

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Regola tal-allokazzjoni

Spejjeż diretti eliġibbli

  • Spejjeż tal-persunal
  • Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza
  • Spejjeż ta' sottokuntrattar (massimu ta' 30 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli)
  • Spejjeż tat-tagħmir (massimu ta' 10 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli)
  • Spejjeż oħrajn (inklużi l-ispejjeż għal kwalunkwe awditu finanzjarju/ċertifikat tal-awditjar obbligatorji)

Spejjeż indiretti eliġibbli

Ammont b'rata fissa, li ma jaqbiżx is-7% tal-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett, hu eliġibbli taħt l-ispejjeż indiretti, u jirrappreżenta l-ispejjeż amministrattivi ġenerali tal-benefiċjarju li mhumiex diġà koperti bl-ispejjeż diretti eliġibbli (eż. kontijiet tad-dawl jew tal-Internet, spejjeż tal-post, eċċ) iżda li jistgħu jitqiesu bħala debitabbli lill-proġett.

Spejjeż reali

Massimu ta' EUR 50 000

80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli (sakemm ma tintalabx % inqas mill-applikant)

Kundizzjonali: l-objettivi u l-programm ta’ ħidma għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-formola ta’ applikazzjoni