Werrej
Fittex fil-gwida

Proġetti ta’ jean monnet (dibattitu politiku mad-dinja akkademika)

X’inhu proġett ta’ jean monnet?

Il-Proġetti ta' Jean Monnet jappoġġjaw l-innovazzjoni, it-transfertilizzazzjoni u t-tixrif ta' kontenut tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti sejrin ikunu bbażati fuq proposti unilaterali - għalhemm l-attivitajiet proposti jistgħu jinvolvu sħab oħra - u jistgħu jdumu bejn 12 u 24 xahar.

  • Il-proġetti ta' "innovazzjoni" sejrin jesploraw perspettivi ġodda u metodoloġiji differenti bl-għan li jagħmlu s-suġġetti tal-Unjoni Ewropea aktar attraenti u adattati għal tipi differenti ta' popolazzjonijiet fil-mira (eż. proġetti dwar il-Learning EU @ School);
  • Il-proġetti ta' "transfertilizzazzjoni" sejrin jippromwovu diskussjoni u riflessjoni fuq kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jsaħħu l-għarfien dwar l-Unjoni u l-proċessi tagħha. Dawn il-proġetti sejjer ikollhom l-għan li jagħtu spinta lill-għarfien fuq l-UE f'kuntesti speċifiċi;
  • Il-proġetti ta' "tixrid tal-kontenut" sejrin jikkonċernaw prinċipalment l-attivitajiet ta' informazzjoni u tixrid.

 

Liema attivitajiet huma appoġġjati mill-proġetti ta' jean monnet?

Matul il-ħajja tagħhom, il-Proġetti ta' Jean Monnet jistgħu ġeneralment iwettqu firxa wiesgħa ta' attivitajiet, bħal pereżempju:

"Innovazzjoni"

  • jiżviluppaw u jittestjaw metodoloġiji, kontenut u għodod li għadhom kif jitfasslu dwar temi speċifiċi tal-Unjoni Ewropea;
  • joħolqu klassijiet virtwali fuq oqsma ta' suġġetti speċifiċi u l-ittestjar tagħhom f'kuntesti differenti;
  • ifasslu, jipproduċi u jimplimentaw l-għodod ta' awtotaħriġ li jippromwovu ċ-ċittadinanza ativa fl-UE;
  • jiżviuppaw u jagħtu kontenut pedagoġiku xieraq u materjal didattiku ġdid/adattat għat-tagħlim ta' kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-livell tal-edukazzjoni primarja jew sekondarja (Learning EU @ School);
  • ifasslu u jimplimentaw attivitajiet tat-tagħlim tal-għalliema u l-edukazzjoni kontinwata għall-għalliema, u jipprovduhom bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jgħallmu suġġetti tal-Unjoni Ewropea;
  • jipprovdu attivitajiet imfassla apposta dwar l-Unjoni Ewropea lill-istudenti fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

"Transfertilizzazzjoni"

  • jappoġġjaw il-ħolqien ta' studji tal-UE u/jew jagħtu spinta lill-għarfien eżistenti u/jew itejbu d-dinamika ta'' "dipartiment/presidenza/tim ta' riċerka" f'pajjiż speċifiku f'istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li wera interess/bżonn speċifiku;
  • jiżviluppaw b'mod konġunt kontenut u tagħlim konġunt għall-istudenti li jinvolvi bosta istituzzjonijiet. Istituzzjonijiet parteċipanti jistgħu jorganizzaw attivitajiet komuni u t-tħejjija ta' għodod li jappoġġaw il-korsijiet tagħhom;

"Tifrix tal-kontenut"

  • jappoġġjaw b'mod attiv attivitajiet ta' informazzjoni u tixrid għall-persunal u tal-amministrazzjoni pubblika, għal esperti f'suġġetti speċifiċi u għas-soċjetà ċivili kollha kemm hi;
  • jorganizzaw konferenzi, seminars u/jew taħditiet bejn sħab fi kwistjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea għall- firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' partijiet interessati.

 

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti fi proġett ta’ jean monnet?

L-istituzzjoni li tipproponi l-proġett hija meħtieġa tħejji strateġija ċara u sostenibbli bi programm ta' ħidma dettaljat li jinkludi informazzjoni fuq ir-riżultati mistennija. Għandha tiġi ġġustifikata l-ħtieġa tal-attivitajiet proposti, il-benefiċjarji diretti u indiretti, għandha tiggarantixxi r-rwol attiv tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha.

Il-proposti huma ffirmati mir-rappreżentant legali tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (jew organizzazzonijiet eliġibbli oħra) u jipprovdu informazzjoni dwar l-istatus legali, l-objettivi u l-attivitajiet tal-istituzzjoni applikanti.

L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja (jew organizzazzjonijiet eliġibbli oħra) għandhom ir-responsabbiltà finali għall-proposti tagħhom. Huma obbligati jimplimentaw l-attivitajiet deskritti fil-proġetti tagħhom matul id-durata sħiħa tal-proġett.

 

x'inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat proġett ta' jean monnet?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li Proġett ta' Jean Monnet għandu jħares sabiex ikun eliġibbli għal għotja Erasmus+:

Kriterji tal-eliġibbiltà

Min jista’ japplika?

L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. HEI li jinsabu f'Pajjiżi tal-Programm tal-Erasmus+ għandu jkollhom Karta tal-Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE). ECHE mhijiex meħtieġa għal HEIs parteċipanti f'Pajjiżi Sħab. L-istituzzjonijiet magħżula (iddefiniti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Erasmus+) li jsegwu mira ta' interess Ewropew mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt din l-Azzjoni.

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni primarja u sekondarja mhumiex eliġibbli biex japplikaw, għalkemm jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għat-twettiq tal-attivitajiet.

Durata tal-proġett

12-il xahar, 18-il xahar jew 24 xahar.

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta napplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sal-20 ta' Frar fil-17:00 (ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Settembru tal-istess sena.

Kif napplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

 

L-organizzazzjonijiet applikanti sejrin jiġu vvalutati wkoll skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta' din il-Gwida.

 

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)

Kemm il-proposta hija konsistenti mal-għan tal-istudji tal-Unjoni Ewropea:

  • tinkludi l-istudju tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu, b’enfasi partikolari fuq il-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE kemm fl-aspetti interni kif ukoll f’dawk esterni;
  • torbot l-acquis (acquis communautaire) u politiki eżistenti tal-UE;
  • tipprowovi ċ-ċittadinanza u l-valuri attivi tal-UE;
  • ittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-UE u tiffaċilita l-involviment fil-ġejjieni u d-djalogu bejn in-nies;

Ir-rilevanza tal-proposta għal wieħed jew aktar mill-objettivi tal-attivitajiet Jean Monnet li ġejjin:

  • il promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka dwar l-istudji tal-UE
  • il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tagħlim ġdid/attivitajiet ġodda fl-istudji tal-UE ;
  • il-ġenerazzjoni ta’ għarfien li jista’ jappoġġja t-tfassil tal-politika tal-UE u jsaħħaħ l-irwol tal-UE f’dinja globalizzata;
  • it-twassil ta’ benefiċċji għas-sistemi tal-politika li hi mfassla fihom;
  • it-trawwim ta’ djalogu bejn id-dinja akkademika u s-soċjetà;
  • l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili, dawk li jfasslu l-politika, ħaddiema taċ-ċivil, rappreżentanti tal-edukazzjoni u tal-media f’livelli differenti;
  • il-firxa ta’ għarfien dwar l-UE lis-soċjetà ġenerali, lil hinn minn udjenzi akkademiċi u speċjalizzati;
  • it-tqarrib tal-UE lejn il-pubbliku;

Kemm il-proposta tilħaq il-gruppi prijoritarji fil-mira :

  • istituzzjonijiet jew akkademiċi li għadhom ma rċevewx il-finanzjament ta’ Jean Monnet ;
  • studenti/udjenzi li ma jiġux f’kuntatt ma’ studji Ewropej awtomatikament (f’oqsma lil hinn mil-liġi, l-ekonomija u x-xjenza politika)
  • Għal pajjjiżi tat-tielet dinja, il-potenzjal tal-proġett biex itejjeb id-diplomazija pubblika tal-UE.

 

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Iċ-ċarezża, il-kompletezza u l-kwalità tal-proposta u tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa tal-ippjanar tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, is-segwitu u t-tixrid;
  • Il-koerenza bejn l-objettivi u l-attivitajiet tal-proġett;
  • Il-kwalità, in-novità, u l-fattibbiltà tal-proġett innifsu u l-vijabilità tal-metodoloġija proposta;
Il-kwalità tat-tim tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Il-pertinenza u l-kumplimentarità tal-profil u l-għarfien espert tal-persunal ewlieni involut fl-attivitajiet proposti fil-proġett (kemm fid-dominji akkademiċi kif ukoll mhux akkademiċi, jekk xierqa).
Impatt u tixrid (Massimu ta’ 25 punt)

L-impatt mistenni tal-proġett billi jkollu effetti fit-tul:

  • fuq l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq studenti u persuni li jitgħallmu li jibbenefikaw mill-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq organizzazzjonijiet u individwi oħrajn involuti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew

L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri li għandhom l-għan li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet fi ħdan u barra l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni Jean Monnet

  • ixerrdu l-kelma;
  • iqajmu kuxjenza dwar il-proġetti u r-riżultati, itejbu l-viżibilità tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet;
  •  jilħqu gruppi barra l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;
  • jiġu trasferiti u tradotti f’politiki ġodda u prattiċi mtejba.

Kemm it-tixrid tal-għodod previsti se jilħaq l-udjenza fil-mira permezz ta’:

  • esponiment fil-media (inklużi fil-media soċjali, pubblikazzjonijiet eċċ);
  • avvenimenti;
  • korsijiet tat-taħriġ;
  • L-użu ta’ teknoloġiji ġodda (għodod tal-multimedia) inklużi riżorsi tal-edukazzjoni miftuħa (OER)

 

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt f’kull waħda mill-kategoriji ta’ kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq.

 

X'għandek tkun taf aktar dwar proġett ta' Jean Monnet?

Tixrid u impatt

Il-Proġetti ta’ Jean Monnet huma meħtieġa jxerrdu u jisfruttaw ir-riżultati tal-attivitajiet lil hinn il-partijiet interessati involuti direttament. Dan sejjer iżid l-impatt b'mod konsiderevoli u jikkontribwixxi għal bidla sistemika.

Il-Proġetti ta' Jean Monnet sejrin jintalbu jaġġornaw it-taqsima rispettiva tagħhom tal-għodda onlajn speċifika tal-Erasmus+ fejn sejra tiġi ospitata l-informazzjoni kollha dwar l-Attivitajiet Jean Monnet. Sejrin jitħeġġu b'qawwa sabiex jużaw il-pjattaformi u l-għodod eżistenti rilevanti (jiġifieri d-direttorju ta' Jean Monnet, il-komunità virtwali ta' Jean Monnet). Dawn il-funzjonijiet, li huma parti mill-għodda ġenerali tal-IT għal Erasmus+, sejrin jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jkun infurmat dwar ir-riżultati. Id-detenturi tal-għotjiet sejrin jintalbu jaġġornaw b'mod regolari l-għodda bir-riżultati tal-ħidma tagħhom.

Il-Proġetti ta’ Jean Monnet huma mħeġġa biex:

  • jieħdu sehem fl-avvenimenti ta’ tixrid u informazzjoni fil-livell nazzjonali u Ewropew;
  • jorganizzaw avvenimenti (lekċers, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, eċċ.) ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali (eż. sindki u kunsilliera), reġjonali u nazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili organizzata u l-iskejjel;
  • ixerrdu r-riżultati tal-attivitajiet tagħhom permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars jew lekċers immirati u adattati għall-pubbliku ġenerali u r-rappreżentati tas-soċjetà ċivili;
  • jibnu kuntatti ma’ Ċentri ta’ Eċċellenza, Katedri ta’ Jeaan Monnet, koordinaturi tal-Moduli u l-Istituzzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet appoġġjati;
  • japplikaw riżorsi edukattivi miftuħa (OER), jippubblikaw is-sommarji, il-kontenut u l-iskeda tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll ir-riżultati mistennija.

 

X’inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Il-baġit tal-proġett irid jiġi abbozzat skont ir-regoli ta’ finanzjament li ġejjin (f’euro):

Għotja massima għal Proġett ta' Jean Monnet:

EUR 60 000 (li tirrappreżenta massimu ta' 75 % tal-ispejjeż totali)

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Parteċipazzjoni f’konferenzi

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta' konferenzi, seminars, sessjonijiet ta' ħidma, eċċ, eskluż l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni ta' kelliema mhux lokali

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal kull unità

 

D.2 għal kull jum għal kull parteċipant

Ivvjaġġar (kelliema mhux lokali)

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' kelliema mhux lokali li jattendu l-konferenzi, abbażi tad-distanza vjaġġata. Id-distanzi vjaġġati għandhom jiġu kkalkolati permezz ta' kalkolatur tad-distanza appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea1, li jindika d-distanza ta' vjaġġ lejn naħa waħda sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-għotja tal-UE li tkun sejra tappoġġa l-vjaġġ 'l hinn u lura2

Spejjeż għal kull unità

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 100 u 499 KM: EUR 180 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 500 u 1999 KM: EUR 275 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 2000 u 2999 KM: EUR 360 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 3000 u 3999 KM: EUR 530 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar bejn 4000 u 7999 KM: EUR 820 għal kull parteċipant

Għal distanzi tal-ivvjaġġar ta' 8000 KM jew iktar: EUR 1 500 għal kull parteċipant

Sussistenza (kelliema mhux lokali)

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ sussistenza tal-kelliema mhux lokali li jattendu l-konferenzi

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal kull unità

D.3 għal kull jum għal kull parteċipant

Attivitajiet komplimentari

Kontribuzzjoni għal kwalunkwe spiża periferali addizzjonali relatata mal-attivitajiet komplimentari żviluppati f’din l-Azzjoni: eż. segwitu akkademiku għall-avveniment, ħolqien u manutenzjoni ta’ websajt, dsinn, stampar u tixrid tal-pubblikazzjonijiet; spejjeż tal-interpretazzjoni; spejjeż tal-produzzjoni

Somma f’daqqa

25.000 EUR

 

L-ammonti speċifiċi li japplikaw għall-Proġetti ta’ Jean Monnet huma disponibbli fit-taqsima “spejjeż għal kull unità ta’ Jean Monnet” fi tmiem il-kapitolu ta’ Jean Monnet f’din il-Parti tal-Gwida.

 

Spejjeż għal kull unità ta' Jean Monnet

D.1 - spejjeż ta' tagħlim nazzjonali (f'euro għal kull siegħa ta' tagħlim)

L-ammonti jiddependu skont il-pajjiż fejn issir l-attività ta’ tagħlim.

Pajjiżi tal-programm

il-Belġju

200

il-Bulgarija

80

ir-Repubblika Ċeka

107

id-Danimarka

200

il-Ġermanja

200

l-Estonja

107

l-Irlanda

172

il-Greċja

129

Spanja

161

Franza

184

il-Kroazja

96

l-Italja

166

Ċipru

151

il-Latvja

98

il-Litwanja

106

il-Lussemburgu

200

l-Ungerija

104

Malta

138

in-Netherlands

200

l-Awstrija

200

il-Polonja

104

il-Portugall

126

ir-Rumanija

81

is-Slovenja

136

is-Slovakkja

114

il-Finlandja

193

l-Iżvezja

200

ir-Renju Unit

184

ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

80

l-Iżlanda

159

il-Liechtenstein

80

in-Norveġja

200

it-Turkija

87

is-Serbja 80

Pajjiżi Sħab

Antigwa u Barbuda

92

l-Awstralja

200

il-Baħrejn

110

il-Barbados

94

il-Brunej

200

il-Kanada

200

iċ-Ċilì

83

Ginea Ekwatorjali

131

Ħong Kong

200

l-Israel

144

il-Ġappun

178

(ir-Repubblika tal-) Korea

153

il-Kuwajt

200

il-Libja

90

il-Messiku

86

New-Zealand

153

l-Oman

131

il-Qatar

200

Saint Kitts u Nevis

84

l-Arabja Sawdija

126

is-Seychelles

126

Singapor

200

l-Iżvizzera

200

it-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali

109

Trinidad u Tobago

115

l-Emirati Għarab Magħquda

200

l-Istati Uniti tal-Amerika

200

Oħrajn

80

 

D.2 - L-ispejjeż ta' konferenza nazzjonali (f'euro kull jum)

Pajjiżi tal-programm

il-Belġju

88

il-Bulgarija

40

ir-Repubblika Ċeka

55

id-Danimarka

94

il-Ġermanja

90

l-Estonja

47

l-Irlanda

75

il-Greċja

56

Spanja

70

Franza

80

il-Kroazja

42

l-Italja

73

Ċipru

66

il-Latvja

43

il-Litwanja

47

il-Lussemburgu

144

l-Ungerija

46

Malta

60

in-Netherlands

97

l-Awstrija

94

il-Polonja

45

il-Portugall

55

ir-Rumanija

40

is-Slovenja

59

is-Slovakkja

50

il-Finlandja

84

l-Iżvezja

95

ir-Renju Unit

81

ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

40

l-Iżlanda

69

il-Liechtenstein

40

in-Norveġja

138

it-Turkija

40

is-Serbja 40

 

Pajjiżi Sħab

l-Arġentina

44

l-Awstralja

90

il-Baħrejn

43

il-Barbados

41

il-Brunej

115

il-Kanada

89

Ginea Ekwatorjali

57

Ħong Kong

117

l-Israel

63

il-Ġappun

78

(ir-Repubblika tal-) Korea

67

il-Kuwajt

110

il-Makaw

154

New-Zealand

67

l-Oman

57

il-Qatar

194

l-Arabja Sawdija

55

is-Seychelles

55

Singapor

133

l-Iżvizzera

118

it-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali

48

Trinidad u Tobago

50

l-Emirati Għarab Magħquda

107

l-Istati Uniti tal-Amerika

109

Oħrajn

40

 

D.3 – Sussistenza: Kelliema mhux lokali (f'euro kull jum)

L-ammonti jiddependu fuq il-pajjiż fejn issir l-attività.

Pajjiżi tal-programm

il-Belġju

232

il-Bulgarija

227

ir-Repubblika Ċeka

230

id-Danimarka

270

il-Ġermanja

208

l-Estonja

181

l-Irlanda

254

il-Greċja

222

Spanja

212

Franza

245

il-Kroazja

180

l-Italja

230

Ċipru

238

il-Latvja

211

il-Litwanja

183

il-Lussemburgu

237

l-Ungerija

222

Malta

205

in-Netherlands

263

l-Awstrija

225

il-Polonja

217

il-Portugall

204

ir-Rumanija

222

is-Slovenja

180

is-Slovakkja

205

il-Finlandja

244

l-Iżvezja

257

ir-Renju Unit

276

ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

210

l-Iżlanda

245

il-Liechtenstein

175

in-Norveġja

220

it-Turkija

220

is-Serbja 220

 

Pajjiżi Sħab

L-Afganistan

125

l-Albanija

210

l-Alġerija

170

Andorra

195

l-Angola

280

Antigwa u Barbuda

225

l-Arġentina

285

l-Armenja

280

l-Awstralja

210

l-Ażerbajġan

270

il-Baħamas

190

il-Baħrejn

275

il-Bangladexx

190

il-Barbados

215

il-Belarus

225

il-Beliże

185

il-Benin

150

il-Butan

180

il-Bolivja

150

il-Bożnija-Ħerzegovina

200

il-Botswana

185

il-Brażil

245

il-Brunej

225

il-Burkina Faso

145

il-Burundi

165

il-Kambodja

165

il-Kamerun

160

il-Kanada

230

Cape Verde

125

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

140

iċ-Ċad

210

iċ-Ċilì

245

iċ-Ċina

210

il-Kolombja

170

Komoros

135

il-Kongo

185

Il-Kongo (Ir-Repubblika Demokratika ta’)

245

tal-Gżejjer Cook

185

il-Costa Rica

190

Kuba

225

Ġibuti

235

Dominika

215

Repubblika Dominikana

230

l-Ekwador

190

l-Eġittu

205

El Salvador

180

Ginea Ekwatorjali

145

l-Eritrea

130

l-Eswatini   140

l-Etjopja

195

il-Fiġi

170

il-Gabon

190

il-Gambja

170

il-Georgia

295

il-Gana

210

il-Grenada

215

il-Gwatemala

175

il-Ginea

185

il-Ginea-Bissau

140

il-Gujana

210

Ħaiti

190

il-Honduras

175

Ħong Kong

265

l-Indja

245

l-Indonesja

195

l-Iran

200

l-Iraq

145

l-Israel

315

ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju

190

il-Ġamajka

230

il-Ġappun

405

il-Ġordan

195

il-Każakistan

245

il-Kenja

225

Kiribati

205

(ir-Repubblika tal-) Korea

230

(ir-Repubblika tal-) Korea

300

il-Kosovo, skont il-KSNU 1244/1999

220

il-Kuwajt

280

il-Kirgiżistan

255

il-Laos

195

il-Libanu

260

il-Lesoto

150

il-Liberja

235

il-Libja

225

il-Makaw

150

il-Madagaskar

155

il-Malawi

215

il-Malasja

250

il-Maldive

185

il-Mali

155

il-Gżejjer Marshall

185

il-Mawritanja

125

il-Mawrizju

200

il-Messiku

255

Il-Mikroneżja

190

il-Moldova

250

Monako

170

il-Mongolja

160

il-Montenegro

220

Il-Marokk

205

il-Możambik

200

il-Mjanmar

125

in-Namibja

135

Nawru

185

in-Nepal

185

New-Zealand

185

in-Nikaragwa

185

in-Niġer

125

in-Niġerja

235

Nju

185

l-Oman

205

il-Pakistan

180

il-Palaw

185

il-Palestina

170

il-Panama

210

Papua New il-Ginea

190

il-Paragwaj

190

il-Perù

210

il-Filippini

210

il-Qatar

200

ir-Rwanda

225

Saint Kitts u Nevis

270

Santa Luċija

215

Saint-Vincent u l-Grenadines

265

il-Samoa

185

San Marino

175

São Tomé u Príncipe

155

l-Arabja Sawdija

280

is-Senegal

200

is-Serbja

220

is-Seychelles

225

Sjerra Leone

190

Singapor

225

il-Gżejjer Solomon

170

is-Somalja

175

l-Afrika t'Isfel

195

is-Sri Lanka

155

is-Sudan

270

is-Surinam

180

l-Iżvizzera

220

Is-Sirja

225

it-Taġikistan

185

it-Tajwan

255

it-Tanzanija

250

it-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali

365

it-Territorju tal-Ukrajna kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali

270

It-Tajlandja

205

Timore Leste – Ir-Repubblika Demokratika ta’

160

it-Togo

155

Tonga

155

Trinidad u Tobago

175

It-Tuneżija

145

it-Turkmenistan

230

Tuvalu

185

l-Uganda

235

l-Emirati Għarab Magħquda

265

l-Istati Uniti tal-Amerika

280

l-Urugwaj

215

l-Uzbekistan

230

il-Vanwatu

170

l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

175

il-Venezwela

210

Il-Vjetnam

255

il-Jemen

225

iż-Żambja

185

iż-Żimbabwe

165

Oħrajn

205

 

  • 1. http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources_mt
  • 2. Pereżempju, jekk persuna minn Madrid (Spanja) ser tieħu sehem f'attività li ser issir f'Ruma (l-Italja), l-applikant ser a) jikkalkola d-distanza minn Madrid sa Ruma (1365,28 KM); b) jagħżel il-faxxa applikabbli tad-distanza tal-vjaġġ (jiġifieri bejn 500 u 1999 KM) u ċ) jikkalkola l-għotja mill-UE li ser tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-vjaġġ tal-kelliem mhux lokali minn Madrid sa Ruma u r-ritorn (EUR 275).