Werrej
Fittex fil-gwida

Netwerks ta’ jean monnet (dibattitu politiku mad-dinja akkademika)

X’inhu netwerk ta’ jean monnet?

In-Netwerks ta' Jean Monnet irawmu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' konsorzji ta' atturi internazzjonali (HEIs, Ċentri tar-Riċerka, Assoċjazzjonijiet, eċċ.) fil-qasam tal-istudji tal-Unjoni Ewropea.

Jikkontribwixxu għall-ġbir tal-informazzjoni, l-iskambju tal-prattiki, il-bini tal-għarifen u l-promozzjoni tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja. Din l-Azzjoni tista' tappoġġja wkoll it-tisħiħ ta' netwerks eżistenti li jappoġġjaw attivitajiet speċifiċi, b'mod partikolari tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi żgħażagħ f'temi relatati mal-UE.

Dawn il-proġetti sejrin ikunu bbażati fuq proposti, iffokati fuq attivitajiet li ma jistgħux jintlaħqu b'suċċess f'livell nazzjonali u jeħtieġu l-involviment ta' mill-inqas tliet organizzazzjonijiet sħab (inkluż l-istituzzjoni applikanti) minn tliet pajjiżi differenti. L-għan tagħhom huwa li jwettqu proġetti li għandhom dimensjoni multinazzjonali aktar milli nazzjonali.

Liema attivitajiet huma appoġġjati minn din l-azzjoni?

Matul il-ħajja ta' proġetti, in-netwerks jistgħu ġeneralment iwettqu firxa wiesgħa ta' attivitajiet, bħal pereżempju:

  • jiġbru informazzjoni u jippromwovu riżultati ta' metodoloġiji applikati minn riċerka u tagħlim ta' livell għoli fuq temi tal-UE;
  • isaħħu l-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u korpi rilevanti oħra madwar l-Ewropa kollha u madwar id-dinja;
  • jiskambjaw l-għarfien u l-kompetenzi bl-għan li tissaħħaħ b'mod reċiproku l-prassi tajba;
  • jitrawmu l-kooperazzjoni u l-ħolqien ta' pjattaforma ta' skambju ta' għarfien għoli mal-atturi pubbliċi u s-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fuq suġġetti tal-UE rilevanti ħafna.

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem f’netwerk ta’ jean monnet?

In-Netwerks ta’ Jean Monnet għandhom isiru punti ta’ referenza fl-Unjoni Ewropea suġġett għall-oqsma ta’ studju li jkopru. Sejrin jassumu r-rwol ta’ moltiplikaturi u jxerrdu l-għarfien; sejrin jikkontribwixxu wkoll biex jiġbru u jikkapitalizzaw l-informazzjoni kif ukoll jipprovdu analiżi u viżjonijiet dwar suġġetti speċifiċi.

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jikkoordinaw in-Netwerks ta’ Jean Monnet għandhom ir-responsabbiltà finali għall-proposti tagħhom. Huma obbligati li jimplimentaw l-attivitajiet deskritti fil-programm ta’ ħidma tagħhom matul id-durata sħiħa tal-għotja.

X’inhuma l-kriterji użati biex jiġi vvalutat appoġġ ta’ jean monnet lin-netwerks?

Here below are listed the formal criteria that a Jean Monnet Network must respect in order to be eligible for an Erasmus+ grant:

Kriterji tal-eliġibbiltà

Min jista’ japplika?

Istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja (HEI) jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra attiva fiż-żona Ewropea ta' integrazzjoni, stabbilita fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. HEI li jinsabu f'Pajjiżi tal-Programm tal-Erasmus+ għandu jkollhom Karta tal-Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE). ECHE mhijiex meħtieġa għal HEIs parteċipanti f'Pajjiżi Sħab.

L-applikant għandu jkun il-koordinatur tan-netwerk li jinkludi tal-inqas tliet organizzazzjonijiet parteċipanti minn tliet pajjiżi differenti.

L-istituzzjonijiet Ewropej magħżula (iddefiniti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Erasmus+) li jsegwu mira ta' interess Ewropew mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt din l-Azzjoni.

Durata tal-proġett

Tliet snin.

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.

Meta napplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sal-20 ta' Frar fil-17:00 (ħin ta' Brussell) Għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Settembru tal-istess sena.

Kif napplika?

Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

L-organizzazzjonijiet applikanti sejrin jiġu vvalutati wkoll skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta' din il-Gwida.

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)

Kemm il-proposta hija konsistenti mal-għan tal-istudji tal-Unjoni Ewropea:

  • tinkludi l-istudju tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu, b’enfasi partikolari fuq il-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE kemm fl-aspetti interni kif ukoll f’dawk esterni;
  • torbot l-acquis (acquis communautaire) u politiki eżistenti tal-UE;
  • tipprowovi ċ-ċittadinanza u l-valuri attivi tal-UE;
  • ittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-UE u tiffaċilita l-involviment fil-ġejjieni u d-djalogu bejn in-nies;

Ir-rilevanza tal-proposta għal wieħed jew aktar mill-objettivi tal-attivitajiet Jean Monnet li ġejjin:

  • il promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka dwar l-istudji tal-UE
  • il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tagħlim ġdid/attivitajiet ġodda fl-istudji tal-UE ;
  • il-ġenerazzjoni ta’ għarfien li jista’ jappoġġja t-tfassil tal-politika tal-UE u jsaħħaħ l-irwol tal-UE f’dinja globalizzata;
  • it-twassil ta’ benefiċċji għas-sistemi tal-politika li hi mfassla fihom;
  • it-trawwim ta’ djalogu bejn id-dinja akkademika u s-soċjetà;
  • l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili, dawk li jfasslu l-politika, ħaddiema taċ-ċivil, rappreżentanti tal-edukazzjoni u tal-media f’livelli differenti;
  • il-firxa ta’ għarfien dwar l-UE lis-soċjetà ġenerali, lil hinn minn udjenzi akkademiċi u speċjalizzati;
  • it-tqarrib tal-UE lejn il-pubbliku;

Kemm il-proposta tilħaq il-gruppi prijoritarji fil-mira :

  • istituzzjonijiet jew akkademiċi li għadhom ma rċevewx il-finanzjament ta’ Jean Monnet ;
  • studenti/udjenzi li ma jiġux f’kuntatt ma’ studji Ewropej awtomatikament (f’oqsma lil hinn mil-liġi, l-ekonomija u x-xjenza politika)
  • Għal pajjjiżi tat-tielet dinja, il-potenzjal tal-proġett biex itejjeb id-diplomazija pubblika tal-UE.
Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Iċ-ċarezża, il-kompletezza u l-kwalità tal-proposta u tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa tal-ippjanar tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, is-segwitu u t-tixrid;
  • Il-koerenza bejn l-objettivi u l-attivitajiet tal-proġett;
  • Il-kwalità, in-novità, u l-fattibbiltà tal-proġett innifsu u l-vijabilità tal-metodoloġija proposta;
Il-kwalità tat-tim tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Il-pertinenza u l-kumplimentarità tal-profil u l-għarfien espert tal-persunal ewlieni involut fl-attivitajiet proposti fil-proġett (kemm fid-dominji akkademiċi kif ukoll mhux akkademiċi, jekk xierqa).
Impatt u tixrid (Massimu ta’ 25 punt)

L-impatt mistenni tal-proġett billi jkollu effetti fit-tul:

  • fuq l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq studenti u persuni li jitgħallmu li jibbenefikaw mill-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq organizzazzjonijiet u individwi oħrajn involuti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew

L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri li għandhom l-għan li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet fi ħdan u barra l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni Jean Monnet

  • ixerrdu l-kelma;
  • iqajmu kuxjenza dwar il-proġetti u r-riżultati, itejbu l-viżibilità tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet;
  •  jilħqu gruppi barra l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;
  • jiġu trasferiti u tradotti f’politiki ġodda u prattiċi mtejba.

Kemm it-tixrid tal-għodod previsti se jilħaq l-udjenza fil-mira permezz ta’:

  • esponiment fil-media (inklużi fil-media soċjali, pubblikazzjonijiet eċċ);
  • avvenimenti;
  • korsijiet tat-taħriġ;
  • L-użu ta’ teknoloġiji ġodda (għodod tal-multimedia) inklużi riżorsi tal-edukazzjoni miftuħa (OER)

Biex jiġu kkunsidrati għal finanzjament, il-proposti għandhom iġibu punteġġ ta' mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt f'kull waħda mill-kategoriji ta' kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq.

X’għandek tkun taf aktar dwar l-appoġġ ta’ jean monnet lin-netwerks?

Tixrid u impatt

In-netwerks magħżula skont din l-Azzjoni huma meħtieġa jxerrdu u jisfruttaw ir-riżultati tal-attivitajiet lil hinn mill-parteċipanti involuti direttament. Dan sejjer iżid l-impatt b'mod konsiderevoli u jikkontribwixxi għal bidla sistemika.

Biex jiżdied l-impatt tagħhom, fl-attivitajiet ta’ tixrid tagħhom, għandhom jinkludu l-ħolqien ta’ għodod u avvenimenti adattati għall-objettivi tagħhom.

In-Netwerks ta’ Jean Monnet kollha sejrin jintalbu jaġġornaw it-taqsima rispettiva tagħhom tal-għodda onlajn speċifika tal-Erasmus+ fejn sejra tiġi ospitata l-informazzjoni kollha dwar l-Attivitajiet Jean Monnet. Sejrin jitħeġġu b’qawwa sabiex jużaw il-pjattaformi u l-għodod eżistenti rilevanti (jiġifieri d-direttorju ta’ Jean Monnet, il-komunità virtwali ta’ Jean Monnet). Dawn il-funzjonijiet, li huma parti mill-għodda ġenerali tal-IT għal Erasmus+, jiżguraw li l-pubbliku ġenerali ikun infurmat dwar l-attivitajiet tan-Netwerk ta’ Jean Monnet. Id-detenturi tal-għotjiet sejrin jintalbu jaġġornaw b’mod regolari l-għodda bir-riżultati tal-ħidma tagħhom.

X'inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

Jekk jintgħażel il-proġett, sejrin japplikaw ir-regoli ta’ finanzjament li ġejjin għall-għotja:

Spejjeż eliġibbli

Mekkaniżmu ta’ finanzjament

Ammont

Regola tal-allokazzjoni

Regola tal-allokazzjoni

Spejjeż diretti eliġibbli

  • Spejjeż tal-persunal
  • Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza
  • Spejjeż ta' sottokuntrattar (massimu ta' 30 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli)
  • Spejjeż tat-tagħmir (massimu ta' 10 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli)
  • Spejjeż tat-tagħlim
  • Spejjeż oħrajn (inklużi l-ispejjeż għal kwalunkwe awditu finanzjarju/ċertifikat tal-awditjar obbligatorji)

Spejjeż indiretti eliġibbli

Ammont b'rata fissa, li ma jaqbiżx is-7% tal-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett, hu eliġibbli taħt l-ispejjeż indiretti, u jirrappreżenta l-ispejjeż amministrattivi ġenerali tal-benefiċjarju li mhumiex diġà koperti bl-ispejjeż diretti eliġibbli (eż. kontijiet tad-dawl jew tal-Internet, spejjeż tal-post, eċċ) iżda li jistgħu jitqiesu bħala debitabbli lill-proġett.

Spejjeż reali

Massimu ta’ € 300 000

80% of the total Spejjeż eliġibbli (unless a lower % of grant is requested by the applicant).

Kundizzjonali: l-objettivi u l-programm ta’ ħidma għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fil-formola ta’ applikazzjoni