Werrej
Fittex fil-gwida

Katedri ta’ jean monnet

X’inhi katedra ta’ jean monnet?

Il-Katedra ta' Jean Monnet huwa post tat-tagħlim bi speċjalizzazzjoni fl-istudji tal-Unjoni Ewropea għall-professuri universitarji għal perjodu ta' tliet snin. Il-Katedra ta' Jean Monnet tinżamm minn professur wieħed biss, li jipprovdi l-minimu ta' 90 siegħa ta' tagħlim kull sena akkademika.

Liema attivitajiet huma appoġġjati minn din l-azzjoni?

L-attivitajiet ewlenin (minimu ta' 90 siegħa fis-sena akkademika):

  • tapprofondixxi t-tagħlim fl-istudji tal-Unjoni Ewropea inkluż f'kurrikulu uffiċjali ta' istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja;
  • tipprovdi taħriġ profond dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea għal professjonisti futuri fl-oqsma li huma dejjem aktar mitluba fis-suq tax-xogħol;

Attivitajiet addizzjonali:

  • tipprovdu tagħlim/lekċers lill-istudenti minn dipartimenti oħra (eż arkitettura, mediċina, eċċ) sabiex iħejju aħjar għall-ħajja professjonali futura tagħhom.
  • tinkoraġġixxi u tipprovdi konsulenza u mentoraġġ lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ għalliema u riċerkaturi fl-oqsma tas-suġġetti tal-istudji tal-Unjoni Ewropea;
  • twettaq, timmonitorja u tissorvelja r-riċerka fuq suġġetti tal-UE għal livelli edukattivi oħra bħat-taħriġ tal-għalliema u l-edukazzjoni obbligatorja;
  • torganizza attivitajiet (konferenza, seminars/webinars, sessjonijiet ta’ ħidma, eċċ.) immirati lejn dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll lejn is-soċjetà ċivili;

X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f’katedra ta’ jean monnet?

Il-Katedri ta’ Jean Monnet huma parti integrali mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li tikkonkludi l-ftehim/deċiżjoni ta’ għotja.

Il-Katedri ta’ Jean Monnet huma iskritti fl-attivitajiet akkademiċi uffiċjali tal-istituzzjoni tagħhom. L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja huma mitluba jappoġġjaw id-detenturi ta’ Katedra ta’ Jean Monnet fl-attivitajiet ta’ tagħlim, riċerka u riflessjoni, billi jippermettu l-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta’ kurrikuli biex jibbenefikaw mill-korsijiet; dawn għandhom jirrikonoxxu l-attivitajiet ta’ tagħlim żviluppati.

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja għandhom ir-responsabbiltà finali għall-applikazzjonijiet tagħhom. Huma obbligati jżommu l-attivitajiet ta’ President ta’ Jean Monnet matul id-durata sħiħa tal-proġett. Jekk l-istituzzjoni hija obbligata tissostitwixxi d-detentur tal-Presidenza, għandha tintbagħat talba bil-miktub lill-Aġenzija Eżekuttiva. Barra minn hekk, id-detenutur tal-katedra għandu jkollu l-istess livell ta’ speċjalizzazzjoni fl-istudji tal-Unjoni Ewropea.

X’inhuma l-kriterji użati biex tiġi vvalutata katedra ta’ jean monnet?

Hawn taħt hawn elenkati l-kriterji formali li Katedra ta’ Jean Monnet għandha tħares sabiex tkun eliġibbli għal għotja Erasmus+:

Kriterji tal-eliġibbiltà

Min jista’ japplika?

Istituzzjoni ta' Edukazzjoni Għolja (HEI) stabbilita fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. HEIs stabbiliti f'Pajjiżi tal-Programm għandu jkollhom Karta għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tal-Erasmus. ECHE mhijiex meħtieġa għal HEIs parteċipanti f'Pajjiżi Sħab. Il-Katedra Jean Monnet tinżamm minn professur wieħed biss.

Individwi ma jistgħux japplikaw direttament għal għotja.

Profili tal-Katedri ta’ Jean Monnet Id-detenturi ta' Katedra ta' Jean Monnet għandhom ikunu membri permanenti tal-persunal mal-istituzzjoni applikanti u jkollhom il-grad ta' professur. Ma jistgħux ikunu "professur mistieden" mal-HEI li tkun qiegħda tapplika għall-għotja.
Durata tal-proġett Tliet snin.
Durata tal-attività

Id-detenturi tal-Katedri ta' Jean Monnet għandhom jgħallmu tal-inqas 90 siegħa għal kull sena akkademika (għal tliet snin konsekuttivi) u jwettqu mill-inqas attività addizzjonali waħda għal kull sena akkademika kif deskritt hawn fuq.
Tal-anqas għandha jkun proposta waħda mill-attivitajiet addizzjonali deskritti hawn fuq.
Is-sigħat ta' tagħlim jitqiesu li jinkludu s-sigħat ta' kuntatt dirett fil-kuntest ta' lekċers fi grupp, seminars, tutorials u jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ssemmew qabel f'forma ta' tagħlim mill-bogħod iżda ma jinkludux struzzjoni u/jew superviżjoni individwali.

Fejn napplika? Mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, li tinsab fi Brussell.
Meta napplika? L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għal għotja tagħhom sal-20 ta' Frar fil-17:00 (ħin ta' Brussell) għal proġetti li jibdew fl-1 ta' Settembru tal-istess sena.
Kif napplika? Jekk jogħġbok ara l-Parti Ċ ta' din il-Gwida għad-dettalji dwar kif wieħed għandu japplika.

*Jekk il-membru tal-persunal ma għandux il-ġrad ta’ Professur il-proposta ssir proposta ta’ Modulu ta’ Jean Monnet.
L-organizzazzjonijiet applikanti sejrin jiġu vvalutati wkoll skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti Ċ ta' din il-Gwida.

Kriterji tal-għoti

Il-proġetti se jiġu vvalutati skont il-kriterji li ġejjin:

Rilevanza tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)

Kemm il-proposta hija konsistenti mal-għan tal-istudji tal-Unjoni Ewropea:

  • tinkludi l-istudju tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu, b’enfasi partikolari fuq il-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE kemm fl-aspetti interni kif ukoll f’dawk esterni;
  • torbot l-acquis (acquis communautaire) u politiki eżistenti tal-UE;
  • tipprowovi ċ-ċittadinanza u l-valuri attivi tal-UE;
  • ittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-UE u tiffaċilita l-involviment fil-ġejjieni u d-djalogu bejn in-nies;

Ir-rilevanza tal-proposta għal wieħed jew aktar mill-objettivi tal-attivitajiet Jean Monnet li ġejjin:

  • il promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka dwar l-istudji tal-UE
  • il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tagħlim ġdid/attivitajiet ġodda fl-istudji tal-UE ;
  • il-ġenerazzjoni ta’ għarfien li jista’ jappoġġja t-tfassil tal-politika tal-UE u jsaħħaħ l-irwol tal-UE f’dinja globalizzata;
  • it-twassil ta’ benefiċċji għas-sistemi tal-politika li hi mfassla fihom;
  • it-trawwim ta’ djalogu bejn id-dinja akkademika u s-soċjetà;
  • l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili, dawk li jfasslu l-politika, ħaddiema taċ-ċivil, rappreżentanti tal-edukazzjoni u tal-media f’livelli differenti;
  • il-firxa ta’ għarfien dwar l-UE lis-soċjetà ġenerali, lil hinn minn udjenzi akkademiċi u speċjalizzati;
  • it-tqarrib tal-UE lejn il-pubbliku;

Kemm il-proposta tilħaq il-gruppi prijoritarji fil-mira :

  • istituzzjonijiet jew akkademiċi li għadhom ma rċevewx il-finanzjament ta’ Jean Monnet ;
  • studenti/udjenzi li ma jiġux f’kuntatt ma’ studji Ewropej awtomatikament (f’oqsma lil hinn mil-liġi, l-ekonomija u x-xjenza politika)
  • Għal pajjjiżi tat-tielet dinja, il-potenzjal tal-proġett biex itejjeb id-diplomazija pubblika tal-UE.
Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Iċ-ċarezża, il-kompletezza u l-kwalità tal-proposta u tal-programm ta' ħidma, inkluż fażijiet xierqa tal-ippjanar tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, is-segwitu u t-tixrid;
  • Il-koerenza bejn l-objettivi u l-attivitajiet tal-proġett;
  • Il-kwalità, in-novità, u l-fattibbiltà tal-proġett innifsu u l-vijabilità tal-metodoloġija proposta;
Il-kwalità tat-tim tal-proġett (Massimu ta’ 25 punt)
  • Il-pertinenza u l-kumplimentarità tal-profil u l-għarfien espert tal-persunal ewlieni involut fl-attivitajiet proposti fil-proġett (kemm fid-dominji akkademiċi kif ukoll mhux akkademiċi, jekk xierqa).
Impatt u tixrid (Massimu ta’ 25 punt)

L-impatt mistenni tal-proġett billi jkollu effetti fit-tul:

  • fuq l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq studenti u persuni li jitgħallmu li jibbenefikaw mill-Azzjoni ta' Jean Monnet;
  • fuq organizzazzjonijiet u individwi oħrajn involuti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew

L-adegwatezza u l-kwalità tal-miżuri li għandhom l-għan li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet fi ħdan u barra l-istituzzjoni li tospita l-Azzjoni Jean Monnet

  • ixerrdu l-kelma;
  • iqajmu kuxjenza dwar il-proġetti u r-riżultati, itejbu l-viżibilità tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet;
  •  jilħqu gruppi barra l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;
  • jiġu trasferiti u tradotti f’politiki ġodda u prattiċi mtejba.

Kemm it-tixrid tal-għodod previsti se jilħaq l-udjenza fil-mira permezz ta’:

  • esponiment fil-media (inklużi fil-media soċjali, pubblikazzjonijiet eċċ);
  • avvenimenti;
  • korsijiet tat-taħriġ;
  • L-użu ta’ teknoloġiji ġodda (għodod tal-multimedia) inklużi riżorsi tal-edukazzjoni miftuħa (OER)

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti għandhom jiksbu mill-inqas 60 punt. Barra minn hekk, għandhom jiksbu tal-inqas 13-il punt f'kull waħda mill-kategoriji ta' kriterji tal-għoti msemmija hawn fuq.

x'għandek tkun taf aktar dwar katedra ta' jean monnet?

Tixrid u impatt

Il-Presidenti ta' Jean Monnet huma meħtieġa jxerrdu u jisfruttaw ir-riżultati tal-attivitajiet organizzati lil hinn il-partijiet interessati involuti direttament. Dan sejjer iżid l-impatt b'mod konsiderevoli u jikkontribwixxi għal bidla sistemika.

Biex jiżdied l-impatt tagħhom, id-detenturi tal-Katedra għandhom jinkludu fl-attivitajiet ta' tixrid tagħhom il-ħolqien u l-offerta ta' riżorsi edukattivi miftuħa (OER) u jinvolvu attivitajiet ta' edukazzjoni miftuħa biex iżommu mal-progress teknoloġiku. Dan sejjer irawwem modi aktar flessibbli u kreattivi ta' tagħlim u lħuq ta' numru dejjem akbar ta' studenti, professjonisti, dawk li jfasslu l-politika u gruppi interessati oħra.

Il-Katedri ta' Jean Monnet sejrin jintalbu jaġġornaw it-taqsima rispettiva tagħhom tal-għodda onlajn speċifika tal-Erasmus+ fejn sejra tiġi ospitata l-informazzjoni kollha dwar l-Attivitajiet Jean Monnet. Sejrin jitħeġġu b'qawwa sabiex jużaw il-pjattaformi u l-għodod eżistenti rilevanti (jiġifieri d-direttorju ta' Jean Monnet, il-komunità virtwali ta' Jean Monnet). Dawn il-funzjonijiet, li huma parti mill-għodda ġenerali tal-IT għal Erasmus+, sejrin jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jkun informat dwar l-istituzzjonijiet u l-korsijiet ta' Jean Monnet tagħhom. Id-detenturi tal-għotjiet sejrin jintalbu jaġġornaw b'mod regolari l-għodda bir-riżultati tal-ħidma tagħhom.

Il-Katedri ta’ Jean Monnet huma mħeġġin:

  • jippubblikaw tal-inqas ktieb wieħed mal-Istamperija tal-Università matul il-perjodu tal-għotja. L-għotja sejra tkopri parti mill-pubblikazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, parti mill-ispejjeż għat-traduzzjoni;
  • jieħdu sehem fl-avvenimenti ta’ tixrid u informazzjoni fil-livell nazzjonali u Ewropew;
  • jorganizzaw avvenimenti (lekċers, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, eċċ.) ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali (eż. sindki u kunsilliera), reġjonali u nazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili organizzata u l-iskejjel;
  • ixerrdu r-riżultati tal-attivitajiet permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars jew lekċers immirati u adattati għall-pubbliku ġenerali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;
  • jagħmlu netwerk ma’ Katedri ta’ Jean Monnet, koordinaturi ta’ Moduli, Ċentri ta’ Eċċellenza u l-Istituzzjonijiet appoġġjati;
  • japplikaw riżorsi edukattivi miftuħa (OER), jippubblikaw is-sommarji, il-kontenut u l-iskeda tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll ir-riżultati mistennija.

X’inhuma r-regoli dwar il-finanzjament?

L-għotja massima li tista’ tingħata hija ta’ 50 000 EUR li tista’ tirrappreżenta l-massimu ta’ 75 % tal-ispiża totali tal-Katedra ta’ Jean Monnet.

Tapplika sistema bbażata fuq kombinazzjoni ta’ skali ta’ spejjeż għal kull unità u finanzjament b’rata fissa għall-għoti ta’ għotjiet skont l-Attivitajiet Jean Monnet. Din is-sistema hija ddeterminata abbażi ta’ spiża ta’ tagħlim nazzjonali kkalkolata fis-siegħa. Jintuża l-metodu li ġej:

  • L-iskala tal-ispejjeż għal kull unità ta’ tagħlim: l-ispiża ta’ tagħlim nazzjonali kkalkolata fis-siegħa D.1 hija mmultiplikata bin-numru ta’ sigħat ta’ tagħlim għal Katedra ta’ Jean Monnet;
  • Finanzjament b’rata fissa addizzjonali: huwa miżjud perċentwal ‘top-up’ ta’ 10 % għal Katedra ta’ Jean Monnet mal-bażi ta’ spejjeż għal kull unità imsemmija hawn fuq. Dan il-perċentwal top-up iqis l-attivitajiet addizzjonali inklużi f’Katedra bħall-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, l-ispejjeż ta’ tixrid, l-ispejjeż għall-materjali ta’ tagħlim u l-ispejjeż indiretti, eċċ.

Imbagħad, l-għotja finali tinkiseb billi jiġi applikat il-massimu ta’ 75 % ta’ finanzjament tal-UE tal-ammont totali kkalkulat u billi jitħares il-limitu ta’ għotja massima għal Katedra ta’ Jean Monnet (50 000 EUR).

L-ammonti speċifiċi li japplikaw għall-Katedri ta’ Jean Monnet jistgħu jinstabu fit-taqsima “spejjeż għal kull unità ta’ Jean Monnet” fi tmiem il-kapitolu ta’ Jean Monnet f'din il-Parti tal-Gwida