Werrej
Fittex fil-gwida

Parteċipanti

Bħala regola ġenerali, il-parteċipanti fil-proġetti Erasmus+ iridu jkunu stabbiliti f’Pajjiż tal-Programm. Xi Azzjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ, huma miftuħa wkoll għal parteċipanti mill-Pajjiżi Sħab.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni fi proġett Erasmus+ jiddependu fuq it-tip ta’ Azzjoni kkonċernata.

F’termini ġenerali:

  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, il-miri ewlenin huma: studenti ta’ edukazzjoni għolja (ċiklu qasir, l-ewwel, it-tieni jew it-tielet ċiklu), għalliema u professuri tal-edukazzjoni għolja, persunal ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, ħarrieġa u professjonisti fl-intrapriżi;
  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali, il-miri ewlenin huma: apprendisti u studenti fl-edukazzjoni vokazzjonali, professjonisti u ħarrieġa fit-taħriġ vokazzjonali, persunal ta’ organizzazzjonijiet inizjali tal-edukazzjoni vokazzjonali, ħarrieġa u professjonisti fl-intrapriżi;
  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika, il-miri ewlenin huma: mexxejja fl-iskejjel, għalliema fl-iskejjel u l-persunal fl-iskejjel, studenti fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja, tal-primarja u tas-sekondarja;
  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti, il-miri ewlenin huma: membri ta’ organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti mhux vokazzjonali, ħarrieġa, persunal u studenti fl-edukazzjoni għall-adulti mhux vokazzjonali;
  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam taż-żgħażagħ, il-miri ewlenin huma: żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u t-301sena , dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, persunal u membri ta’ organizzazzjonijiet attivi fil-qasam taż-żgħażagħ;
  • Għal proġetti rilevanti fil-qasam tal-isport, il-miri ewlenin huma: professjonisti u voluntiera fil-qasam tal-isport, atleti u kowċijiet.

Għal aktar dettalji dwar il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kull Azzjoni speċifika, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti B u l-Anness I ta’ din il-Gwida.

  • 1.

    Japplikaw limiti tal-età differenti skont it-tipi differenti ta’ attivitajiet. Għal iktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti B u l-Anness I ta’ din il-Gwida. Jekk jogħġbok qis ukoll dawn li ġejjin:

    • limiti inferjuri tal-età - il-parteċipanti jridu jkunu laħqu l-età minima fid-data tal-bidu tal-attività.
    • limiti superjuri tal-età - il-parteċipanti ma jistgħux ikunu ikbar mill-età massima indikata fid-data ta’ skadenza tal-applikazzjoni.