Werrej
Fittex fil-gwida

Organizzazzjonijiet parteċipanti

Il-proġetti Erasmus+ huma ppreżentati u ġestiti mill-organizzazzjonijiet parteċipanti li jirrappreżentaw lill-parteċipanti. Jekk jingħażel proġett, l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika ssir benefiċjarju ta’ għotja Erasmus+. Il-benefiċjarji jiffirmaw ftehim ta’ għotja jew jiġu nnotifikati dwar deċiżjoni ta’ għotja li tintitolahom biex jirċievu appoġġ finanzjarju għat-twettiq tal-proġett tagħhom (ftehimiet ta’ għotja mhumiex iffirmati ma’ parteċipanti individwali). Xi Azzjonijiet tal-Programm huma miftuħa wkoll għal gruppi informali ta’ żgħażagħ.

Bħala regola ġenerali, l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi proġetti Erasmus+ għandhom jiġu stabbiliti f’Pajjiż tal-Programm. Xi Azzjonijiet huma miftuħa wkoll għall-organizzazzjonijiet parteċipanti mill-Pajjiżi Sħab, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni fi proġett Erasmus+ jiddependu mit-tip ta’ Azzjoni appoġġjata mill-Programm. F'termini ġenerali, il-Programm huwa miftuħ għal kwalunkwe organizzazzjoni attiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ jew l-isport. Diversi azzjonijiet huma wkoll miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ atturi oħra fis-suq tax-xogħol.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti B u l-Anness I ta’ din il-Gwida.