Werrej
Fittex fil-gwida

Ggħan ġenerali

Il-Programm Erasmus+ għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta':

  • l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, inkluża l-mira ewlenija tal-edukazzjoni1;
  • l-għanijiet tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020), inklużi l-punti ta' riferiment korrispondenti;
  • l-iżvilupp sostenibbli tal-Pajjiżi Sħab fil-qasam tal-edukazzjoni għolja;
  • l-għanijiet globali tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ);
  • l-għan tal-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, b'mod partikolari l-isport fil-livell lokali, f'konformità mal-pjan ta' ħidma tal-UE għall-isport;
  • il-promozzjoni tal-valuri Ewropej skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea2.
  • 1. Il-mira ewlenija għall-edukazzjoni hija li jonqos l-abbandun bikri mill-iskola għal inqas minn 10 % u li jiżdied l-ilħuq tal-edukazzjoni terzjarja għal tal-inqas 40 % sal-2020.
  • 2. L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni bejn l-Istati Membri f'soċjetà li fiha huma prevalenti l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.