Werrej
Fittex fil-gwida

Anness I

Regoli speċifiċi u informazzjoni relatata ma’ attivitajiet ta’ mobilità, Sħubijiet Strateġiċi u Bini tal-Kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Dan l-Anness fih kriterji addizzjonali u informazzjoni importanti dwar it-tħejjija, l-implimentazzjoni, is-segwitu tal-proġetti ta’ mobilità u mobilità ta’ grad ta’ edukazzjoni għolja, kif ukoll eżempji konkreti tal-attivitajiet li jistgħu jitwettqu fi ħdan il-qafas tas-Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u aktar dettalji għall-Bini tal-Kapaċità fil-qasam ta’ proġetti tal-edukazzjoni għolja.

Dawk l-organizzazzjonijiet li beħsiebhom jiżviluppaw proġett taħt dawn l-Azzjonijiet huma mistiedna jaqraw bir-reqqa l-partijiet rilevanti ta’ dan l-Anness, qabel ma jissottomettu t-talba għal għotja tagħhom. L-Anness huwa maqsum fit-taqsimiet li ġejjin:

Proġett ta’ mobilità għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja

Proġett ta’ mobilità għall-istudenti u l-persunal tal-etv

Proġett ta’ mobilità għall-persunal tal-edukazzjoni skolastika

Proġett ta’ mobilità għall-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti

Proġett ta’ mobilità għaż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ

Lawrji master konġunti tal-erasmus mundus

Sħubijiet strateġiċi

Bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja