L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Ħarsa ġenerali

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) barra l-pajjiż.

Jekk taħdem f'VET, tista' tqatta' żmien tgħallem f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Eżempji ta' organizzazzjonijiet bħal dawn jinkludu negozji, korpi pubbliċi, imsieħba soċjali, istituzzjonijiet ta' riċerka u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Tul ta' żmien

Inkarigu ta' tagħlim irid idum minimu ta' jumejn u ma jistax idum iktar minn xahrejn. Dan jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar.

Kundizzjonijiet

Qabel tibda l-perjodu ta' tagħlim tiegħek, int, l-istituzzjoni tiegħek u l-organizzazzjoni riċeventi tagħmlu Ftehim ta' Mobilità. Dan id-dokument jistabbilixxi l-għanijiet, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek u wkoll kif se jiġi formalment rikonoxxut il-perjodu ta' tagħlim.

Appoġġ finanzjarju

L-għotjiet tal-UE huma mfassla biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u sussistenza tiegħek matul iż-żmien li tqatta' barra l-pajjiż, kif ukoll joffru appoġġ organizattiv lill-istituzzjonijiet parteċipanti.

Għalkemm huma ffinanzjati mill-UE, l-għotjiet huma mmaniġġjati mill- istituzzjonijiet involuti tal-VET u huma responsabbli biex iwettqu l-pagamenti lill-individwi.

Kif tapplika

Jekk taħdem f'VET, ma tistax tapplika għal għotja bħala individwu. L-applikazzjonijiet isiru mill-istituzzjonijiet tal-VET li min-naħa tagħhom jagħżlu lill-kandidati għall-inkarigi ta' tagħlim barra l-pajjiż mill-persunal tagħhom.

L-għażla tal-persunal biex jgħallem barra l-pajjiż għandha tkun ġusta, trasparenti u ddokumentata kif xieraq.

Jekk ma taħdimx f'istituzzjoni tal-VET, biex tgħallem barra l-pajjiż ma' Erasmus+ trid tiġi mistieden minn istituzzjoni tal-VET.

Kun af aktar

Ikkuntattja lill-istituzzjoni tal-VET tiegħek biex issir taf jekk dawn l-opportunitajiet humiex disponibbli għalik.

Il-Gwida tal-Programm ta' Erasmus+ ukoll toffri informazzjoni dettaljata dwar dawn l-opportunitajiet.

  • Ikkonsulta l-Parti B għall-kriterji tal-għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà, u r-regoli ta' finanzjament.

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jgħinuk bil-mistoqsijiet u l-applikazzjonijiet.

Aqsam din il-paġna