Appoġġ għar-riforma politika

L-opportunitajiet taħt din l-Azzjoni Ewlenija jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-aġenda ta' politika ġenerali tal-UE, il-qafas ta' kooperazzjoni 2020 tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u l-Istrateġija taż-Żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fl-Ewropa, kif ukoll għall-promozzjoni tat-tagħlim transnazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. Se jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tal-bażi tat-tfassil ta' politika fuq il-bażi tal-evidenza kif ukoll jappoġġjaw in-netwerks u l-għodda għall-implimentazzjoni ta' politika.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-involviment taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u l-impenn tagħhom mal-politikanti.

Opportunitajiet KA3

Djalogu Strutturat

Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ, maħsuba biex jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.

Sir af iktar

Kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili: iż-żgħażagħ

L-opportunitajiet għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ strutturali lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej u lil netwerks attivi mal-UE kollha fil-qasam taż-żgħażagħ. L-organizzazzjonijiet parteċipanti huma mistennija jippromwovu l-impjegabilità taż-żgħażagħ, jagħtuhom is-setgħa, jappoġġjaw l-inklużjoni tagħhom u jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali, professjonali u edukattiv tagħhom, fost oħrajn.

Sir af iktar

Kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili: l-edukazzjoni u t-taħriġ

L-opportunitajiet għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ strutturali lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej u lil netwerks attivi mal-UE kollha fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn l-organizzazzjonijiet huma mistennija jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji innovattivi, immirati u kreattivi u attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi u azzjonijiet fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' attività, skont l-aġendi ta' politika Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Sir af iktar

Inizjattivi għall-politiki dwar l-innovazzjoni

Dawn l-inizjattivi huma maħsuba biex jiżviluppaw politiki ġodda jew jippreparaw l-implimentazzjoni tagħhom. Hemm żewġ tipi ta' azzjonijiet: proġetti ta' kooperazzjoni li jħarsu 'l quddiem, li għandhom l-għan li jistimulaw żvilupp ta' politika dwar l-innovazzjoni; u esperimentazzjonijiet ta' politiki Ewropej, immexxija minn awtoritajiet pubbliċi ta' livell għoli biex jippruvaw u jevalwaw l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi.

Sir af iktar

Oqsfa ta' politika komprensivi għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali kontinwi

L-għan ta' din is-sejħa, li għalqet fl-2015, kien li tappoġġja l-iżvilupp ta' politiki pubbliċi li fittxew li jikkoordinaw l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kontinwi ta' kwalità għolja, rilevanti u aċċessibbli, kif ukoll li jiżguraw żieda sinifikanti fit-teħid ta' opportunitajiet għal aktar taħriġ.

Sir af iktar

Appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li huma impenjati fl-apprendistati

L-għan ta' din is-sejħa, li għalqet f'Jannar 2016, kien li jingħata appoġġ lil proġetti li jassistu lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li huma impenjati fl-apprendistati. Il-proġetti setgħu jinkludu attivitajiet bħall-bini tal-kapaċità ta' korpi intermedji, l-użu tal-katina ta’ provvista ta' kumpaniji akbar biex jiġu żviluppati u mwaqqfa strutturi ta' appoġġ għall-SMEs, jew il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjoni ġenerali ta' netwerks eżistenti Ewropej.

Sir af iktar

Aqsam din il-paġna