Organizzazzjonijiet

Shutterstock

Ħarsa ġenerali

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw f'Erasmus+ jistgħu jimpenjaw ruħhom f'numru ta' attivitajiet ta' żvilupp u ta' netwerking, inkluż titjib strateġiku tal-ħiliet professjonali tal-persunal tagħhom, il-bini tal-kapaċità organizzazzjonali tagħhom, u l-ħolqien ta' sħubijiet kooperattivi transnazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn sabiex jipproduċu outputs innovattivi jew skambji tal-aħjar prattiki.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet jiffaċilitaw l-opportunitajiet ta' tagħlim b'mobilità għal studenti, persunal, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ.

Il-benefiċċji għal organizzazzjonijiet involuti jinkludu kemm kapaċità miżjuda biex joperaw fil-livell internazzjonali, metodi ta' maniġment imtejbin, aċċess għal opportunitajiet u għal proġetti ta' finanzjament, abilità miżjuda biex jippreparaw, jimmaniġġjaw, u jsegwu proġetti, kif ukoll portafoll aktar attraenti għal opportunitajiet għal studenti u persunal f'organizzazzjonijiet parteċipanti.

Kalkulatur tad-distanza

Azzjonijiet Ewlenin

Azzjoni Ewlenija 1: Mobilità fit-tagħlim tal-individwi

L-Azzjoni Ewlenija 1 timmira biex tinkuraġġixxi l-mobilità tal-istudenti, il-persunal, il-voluntiera, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, u ż-żgħażagħ. L-organizzazzjonijiet jistgħu jirranġaw kemm biex jibagħtu jew jirċievu studenti u persunal lejn jew minn pajjiżi parteċipanti, kif ukoll biex jorganizzaw attivitajiet ta' tagħlim minn għalliema, ta' taħriġ, ta' tagħlim għall-istudenti u ta' volontarjat.

Skopri aktar

Azzjoni Ewlenija 2: Innovazzjoni u prattiki tajba

L-Azzjoni Ewlenija 2 hi mfassla biex tiżviluppa l-edukazzjoni, it-taħriġ, u s-setturi taż-żgħażagħ permezz ta' ħames attivitajiet prinċipali:

  1. Sħubijiet strateġiċi biex jappoġġjaw kemm l-innovazzjoni fis-settur kif ukoll inizjattivi konġunti li jippromwovu l-kooperazzjoni, it-tagħlim mill-pari, u l-iskambju tal-esperjenza.
  2. Alleanzi tal-Għarfien sabiex titrawwem l-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja u permezz tagħha flimkien man-negozji, u lil hinn, li jikkontribwixxu għal approċċi ġodda għat-tagħlim mill-għalliema u tal-istudenti, għall-intraprenditorija fl-edukazzjoni, u għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa.
  3. Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali sabiex jittrattaw il-lakuna tal-ħiliet u jiżguraw allinjament aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Jeżistu opportunitajiet biex jiġu mmodernizzati l-ETV, jiġu skambjati l-għarfien u l-aħjar prattiki, jitħeġġeġ ix-xogħol f'pajjiżi barranin, u jiżdied ir-rikonoxximent tal-kwalifiki.
  4. Proġetti ta' bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja biex jappoġġjaw il-modernizzazzjoni, l-aċċessibilità, u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fil-Pajjiżi Sħab.
  5. Proġetti ta' bini tal-kapaċità fil-qasam tal-żgħażagħ biex jappoġġjaw kemm l-iżvilupp tax-xogħol għaż-żgħażagħ, it-tagħlim mhux formali, u x-xogħol volontarju, kif ukoll biex jippromwovu opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali mal-Pajjiżi Sħab.

Skopri aktar

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għal riforma politika

L-Azzjoni ewlenija 3 timmira biex iżżid kemm il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, speċjalment b'diskussjonijiet ma’ dawk li jfasslu l-politika, kif ukoll l-iżvilupp tal-għarfien fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

Skopri aktar

Jean Monnet

L-opportunitajiet għat-tagħlim, ir-riċerka, u d-dibattitu ta' politiki dwar l-UE u l-politiki tagħha.

Skopri aktar

Sport

Opportunitajiet maħsubin biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika, jidentifikaw u jimplimentaw attivitajiet innovattivi fil-qasam tal-isport, u biex jimmaniġġjaw avvenimenti mingħajr profitt sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.

Skopri aktar