Mobilità tat-tagħlim tal-individwi

L-opportunitajiet tal-mobilità tat-tagħlim għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-mobilità ta' studenti, persunal, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet f'dan il-proċess hu li jorganizzaw dawn l-opportunitajiet għall-individwi. Il-benefiċċji għall-organizzazzjonijiet parteċipanti jinkludu b'mod ugwali żieda fil-kapaċità li joperaw fuq livell internazzjonali, titjib tal-ħiliet maniġerjali, aċċess għal aktar opportunitajiet ta' finanzjament u proġetti, żieda fl-abilità ta' preparazzjoni, immaniġġjar u segwitu ta' proġetti, portafoll aktar attraenti ta' opportunitajiet għall-istudenti u l-persunal tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-opportunità ta' żvilupp ta' proġetti innovattivi ma' sħab mid-dinja kollha.

Opportunitajiet KA1

Studenti u persunal tal-edukazzjoni għolja

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu studenti, u persunal lejn u mingħand pajjiżi parteċipanti. Il-persunal jista' jgħallem jew jitħarreġ barra l-pajjiż, filwaqt li l-istudenti u l-kandidati tad-dottorat jistgħu jagħmlu traineeship jew parti mill-istudji tagħhom barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Studenti u persunal tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu apprendisti u studenti għal traineeships vokazzjonali barra l-pajjiż, kif ukoll jibagħtu l-persunal tagħhom għat-tagħlim jew għat-taħriġ.

Sir af iktar

Persunal tal-edukazzjoni skolastika

Dawn l-opportunitajiet jippermettu l-organizzazzjonijiet jibagħtu u jirċievu persunal għat-tagħlim u għall-iżvilupp personali.

Sir af iktar

Persunal tal-edukazzjoni tal-adulti

Huma disponibbli opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti biex jibagħtu jew jirċievu persunal għat-tagħlim u t-taħriġ, kif ukoll biex jagħtu korsijiet.

Sir af iktar

Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

L-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw biex imexxu proġetti. Għaż-żgħażagħ, dawn jinkludu skambji taż-żgħażagħ li jippermettu lil gruppi ta' żgħażagħ jgħixu u jaħdmu flimkien għal perjodu sa tliet ġimgħat, u proġetti tas-Servizz Volontarju Ewropew għal perjodu sa 12-il xahar. Għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-proġetti jiffukaw fuq it-taħriġ u n-netwerking.

Sir af iktar

Avvenimenti tas-Servizz Volontarju Ewropew fuq skala kbira

L-opportunitajiet jappoġġjaw proġetti ta' volontarjat ta' tal-inqas 30 voluntier tas-SVE għal xogħol full-time, bla ħlas barra l-pajjiż għal perjodu sa xahrejn. L-organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-ippjanar u l-immaniġġjar tal-attivitajiet, l-akkomodazzoni, is-sussistenza, u t-trasport għall-parteċipanti, kif ukoll għall-appoġġ tagħhom matul l-attività.

Sir af iktar

Lawrji tal-Masters Konġunti Erasmus Mundus

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet biex jorganizzaw programmi ta' lawrja tal-Masters. L-UE tipprovdi finanzjament għal dawn il-programmi biex isiru erba' selezzjonijiet annwali ta' studenti.

Sir af iktar

Self għal Masters ta’ Erasmus+

Jeżistu opportunitajiet għall-intermedjarji finanzjarji eleġibbli biex jipprovdu self, taħt kundizzjonijiet speċjali, lil studenti tal-Masters li jistudjaw barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Aqsam din il-paġna