Moduli Jean Monnet

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

X'inhu l-għan?

Il-Moduli Jean Monnet huma maħsuba biex:

  • jippromwovu r-riċerka u l-ewwel esperjenza ta' tagħlim għar-riċerkaturi, l-istudjużi u l-prattikanti dwar kwistjonijiet tal-UE
  • iqajmu l-interess fl-UE u joħolqu l-bażi għal arbli futuri tal-għarfien Ewropew
  • irawmu l-introduzzjoni ta' angolu Ewropew f'ċerti oqsma ta' studju
  • jagħtu korsijiet imfassla apposta dwar kwistjonijiet speċifiċi tal-UE li huma rilevanti għall-gradwati fil-ħajja professjonali tagħhom
  • irawmu l-pubblikazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka akkademika

Il-Moduli għandhom l-għan li jipprovdu aktar informazzjoni u għarfien dwar l-UE lil aktar ċittadini kif ukoll li jwasslu biex l-affarijiet tal-UE jkunu aktar integrati mal-pubbliku.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ joffri l-opportunità lill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja (HEIs) li jospitaw programm jew kors qasir ta' tagħlim fil-qasam tal-istudji tal-UE. Modulu jista' jkun:

  • kors ġenerali jew introduttorju dwar kwistjonijiet tal-UE
  • tagħlim speċjalizzat dwar żviluppi tal-UE
  • korsijiet tas-sajf jew intensivi rikonoxxuti bis-sħiħ.

Kif taħdem?

Organizzazzjoni bil-ħsieb li tapplika trid tkun HEI stabbilita fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja. Jekk l-HEI hi minn Pajjiżi tal-Programm irid ikollha Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja valida.

Modulu jrid idum tliet snin u jrid ikollu tul minimu ta' 40 siegħa ta' tagħlim kull sena akkademika.

L-40 siegħa jinkludu lekċers fi grupp, seminars, u tutorials, inkluż fil-format ta' tagħlim mill-bogħod, iżda mhux istruzzjoni individwali.

L-HEIs huma mistennija jappoġġjaw u jippromwovu l-koordinaturi tal-Modulu u jippromwovu l-parteċipazzjoni fil-kors jew fil-programm. Huma mistennija wkoll ikomplu bl-attivitajiet tal-Modulu matul iż-żmien kollu tal-Proġett.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Jekk ikun hemm il-ħtieġa li koordinatur ta' Modulu jiġi sostitwit, trid tintbagħat talba bil-miktub lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura , u s-sostitut propost irid ikollu l-istess livell ta' speċjalizzazzjoni bħall-koordinatur li se jitlaq.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar il-Moduli Jean Monnet, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.

Aqsam din il-paġna