Ċentri ta' Eċċellenza Jean Monnet

Profil tal-applikant

  • Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. Dawk stabbiliti f’Pajjiżi tal-Programm Erasmus+ għandu jkollhom Karta valida tal-Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE).
  • Mhux disponibbli għall-individwi.

Tul ta’ żmien: 3 snin

Għotja massima: €100,000 (massimu ta’ 80% tal-ispejjeż totali tal-programm ta’ tagħlim jew tal-kors)

X’inhu Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet u x’jagħmel?

Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet huma proposti u ospitati minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, jistgħu jinvolvu l-kooperazzjoni ta’ diversi fakultajiet/dipartimenti u jinkludu wkoll organizzazzjonijiet oħra speċjalizzati fl-istudji tal-UE.

Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet huma punti fokali ta’ kompetenza u għarfien dwar is-suġġetti tal-Unjoni Ewropea. Huma jiġbru l-għarfien espert u l-kompetenzi ta’ esperti ta’ livell għoli bil-għan li jiżviluppaw sinerġiji bejn id-diversi dixxiplini u riżorsi fl-istudji Ewropej.

Dawn għandhom irwol ewlieni fl-ilħuq tal-istudenti minn fakultajiet li normalment ma jittrattawx kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk li jfasslu l-politika, is-soċjetà ċivili u l-pubbliku inġenerali. Huma jagħtu wkoll lill-esperti l-opportunità li joħolqu attivitajiet transnazzjonali konġunti.

X’inhu mistenni minn Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet?

Iċ-Ċentri għandhom

  • jorganizzaw u jikkoordinaw ir-riżorsi tal-istituzzjoni tagħhom relatati mal-istudji tal-Unjoni Ewropea
  • imexxu l-attivitajiet ta' riċerka dwar suġġetti speċifiċi marbuta mal-UE
  • jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw l-aktar riżultati rilevanti

Huma jistgħu jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kontenut dwar suġġetti tal-UE biex jaġġornaw u jikkomplementaw il-kurrikuli attwali u jżommu d-dibattitu u l-iskambju tal-esperjenzi dwar l-UE ħajjin.

Dawn għandhom isiru r-referenza akkademika għas-suġġetti tal-UE u jilħqu livelli oħra ta’ edukazzjoni u għall-pubbliku ġenerali.

Din l-outreach tista’ tinkludi

  • komunikazzjoni u informazzjoni fil-livell Ewropew u nazzjonali,
  • lectures, seminars, jew sessjonijiet ta’ ħidma ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili organizzata,
  • parteċipazzjoni f’eżerċizzju speċifiku ta’ tagħlim fil-livell skolastiku u VET
  • networking ma' organizzazzjonijiet u individwi oħrajn appoġġjati mill-Azzjonijiet Jean Monnet
  • pubblikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom bħala riżorsi edukattivi miftuħin.

Skadenzi u formoli ta’ applikazzjoni

Gwida tal-Programm Erasmus+

Gwida pass pass dwar il-proċess ta’ applikazzjoni

Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA)

Aqsam din il-paġna