Opportunitajiet Għall-Individwi

Għal kważi 30 sena, l-UE ffinanzjat il-programm Erasmus, li ppermetta lil aktar minn 3 miljun student Ewropew iqattgħu parti mill-istudji tagħhom f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja oħra jew ma' organizzazzjoni fl-Ewropa.

Erasmus+ jagħti dawn l-opportunitajiet lil kulħadd - studenti, persunal, trainees, għalliema, voluntiera u oħrajn. Dan il-programm lanqas mhu limitat għall-Ewropa jew l-Ewropej biss - b'Erasmus+, nies mid-dinja kollha jista' jkollhom aċċess għal dawn l-opportunitajiet.

Opportunitajiet għal:

Studenti

L-istudju barra l-pajjiż hu parti ċentrali minn Erasmus+ u rriżulta li għandu effett pożittiv fuq prospettivi ta' impjieg aktar tard. Hu wkoll ċans biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi, tikseb kunfidenza fik innifsek u indipendenza filwaqt li tidħol b'ruħek u b'ġismek f'kultura ġdida.

Sir af iktar

Persunal (tagħlim)

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni tal-edukazzjoni barra pajjiżek. Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli kemm għal persunal li jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni kif ukoll għal individwi li jaħdmu barra s-settur li jiġu mistiedna jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom.

Sir af iktar

Persunal (taħriġ)

B'Erasmus+, huma disponibbli opportunitajiet ta' taħriġ għal persunal li jaħdem fl-edukazzjoni, kemm bħala għalliema kif ukoll f'kapaċità oħra. Il-perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'monitoraġġ tal-impjieg, perjodi ta' osservazzjoni jew korsijiet speċifiċi ta' taħriġ barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Trainees

Erasmus+ jgħinek tikseb esperjenza ta' valur fuq il-post tax-xogħol billi jappoġġja t-traineeships barra l-pajjiż. L-appoġġ ta' Erasmus+ għat-traineeships hu disponibbli għal studenti fl-edukazzjoni għolja u gradwati reċenti, kif ukoll għal studenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, apprendisti u gradwati reċenti.

Sir af iktar

Żgħażagħ

Erasmus+ hu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha, mhux biss għal dawk li huma rreġistrati fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. B'Erasmus+ tista' tkun voluntier fl-Ewropa kollha u lil hinn mill-Ewropa jew tipparteċipa fi skambju ta' żgħażagħ barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Ħaddiema żgħażagħ

Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema żgħażagħ permezz ta' perjodi ta' taħriġ u netwerking barra l-pajjiż. Il-perjodi barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'korsijiet ta' taħriġ, żjarat ta' studju, monitoraġġ tal-impjieg jew perjodi ta' osservazzjoni f'organizzazzjonijiet rilevanti u aktar.

Sir af iktar