Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus

Kif tapplika

Scholars and guest lecturers may contact directly the EMJMD consortia to express their interest.

Ħarsa ġenerali

L-EMJMD jappoġġja l-parteċipazzjoni ta’ studjużi/lekċerers mistiedna ta’ livell għoli biex il-korsijiet jiġbdu aktar studenti. Jekk għandek profil akkademiku u/jew professjonali li jispikka, tista’ tkun involut f’EMJMD.

L-istudjużi u l-lekċerers mistiedna jistgħu jkunu ġejjin kemm minn Pajjiżi tal-Programm kif ukoll minn Pajjiżi Sħab u l-involviment tagħhom għandu jwassal għal valur miżjud fl-ammont ta’ studenti għal EMJMD f’termini ta’ tagħlim u għoti ta’ lekċers li jkunu ċentrati madwar l-istudent, attivitajiet ta’ riċerka, appoġġ għat-teżijiet tal-Masters, netwerking akkademiku/professjonali, eċċ...

Tul ta’ żmien

It-tul minimu għal kull impenn ta’ studjuż tal-EMJMD hu minn 4 sa 7 ijiem kalendarji konsekuttivi (= ġimgħa waħda), Mhux possibbli li 8 ijiem konsekuttivi jitqiesu bħala ġimagħtejn. Il-jiem tax-xogħol tal-istudjuż jistgħu jinkludu l-ħin tal-ivvjaġġar.

Kundizzjonijiet

L-istudjużi u l-lekċerers mistiedna jistgħu jkunu ġejjin mis-sħab tal-EMJMD kif ukoll minn barra l-konsorzju.

Appoġġ finanzjarju

L-istudjużi u l-lekċerers mistiedna ma jistgħux jibbenefikaw minn skema ta’ finanzjament oħra tal-UE waqt li jkunu qed jipparteċipaw f’EMJMD.

Kif tapplika

L-istudjużi u l-lekċerers mistiedna jistgħu jikkuntattjaw lill-konsorzji tal-EMJMD direttament biex juru l-interess tagħhom.

Kun af aktar

Ikkuntattja lill-uffiċċju internazzjonali tal-istituzzjoni ta’ edukjazzjoni għolja tiegħek tal-konsorzji tal-EMJMD biex issir taf dwar l-opportunitajiet disponibbli għalik.

Aqsam din il-paġna