L-edukazzjoni tal-adulti

Ħarsa ġenerali

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż.

Jekk taħdem fl-edukazzjoni għall-adutli, tista' tqatta' żmien tgħallem jew tipprovdi taħriġ f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-Programm Erasmus+.

Esperjenzi u skambji bħal dawn jistgħu jgħinu fit-titjib tal-ħiliet lingwistiċi u tal-għarfien kulturali, kif ukoll jipprovdu perspettiva ġdida dwar prattiki u metodi ta’ tagħlim.

Tul ta' żmien

Inkarigu ta' tagħlim irid idum minimu ta' jumejn u ma jistax idum iktar minn xahrejn. Dan jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar.

Kundizzjonijiet

Biex tgħallem fl-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż ma' Erasmus+, l-organizzazzjoni tiegħek trid tapplika biex tipparteċipa fi proġett ta' mobilità.

Appoġġ finanzjarju

L-għotjiet tal-UE huma mfassla biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u sussistenza tiegħek matul iż-żmien li tqatta' barra l-pajjiż, kif ukoll joffru appoġġ organizattiv lill-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Għalkemm iffinanzjati mill-UE, l-għotjiet huma mmaniġġjati mill-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti involuti u huma responsabbli biex iwettqu l-pagamenti lill-individwi.

Kif tapplika

Ma tistax tapplika għal għotja bħala individwu. L-applikazzjonijiet iridu jsiru mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti li min-naħa tagħhom jagħżlu l-kandidati għall-inkarigi ta' tagħlim barra l-pajjiż mill-persunal tagħhom.

L-għażla tal-persunal biex jgħallem barra l-pajjiż għandha tkun ġusta, trasparenti u ddokumentata kif xieraq.

Kun af aktar

Staqsi fl-organizzazzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti tiegħek biex issir taf jekk dawn l-opportunitajiet humiex disponibbli.

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ ukoll toffri informazzjoni dettaljata dwar dawn l-opportunitajiet:

  • Ikkonsulta l-Parti B għall-kriterji tal-għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà, u r-regoli ta' finanzjament.

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jgħinuk bil-mistoqsijiet u l-applikazzjonijiet.

Aqsam din il-paġna

Aħbarijiet u Avvenimenti Relatati