X'inhu Erasmus+?

Erasmus+ hu l-programm tal-UE biex jiġu appoġġjati l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa. Il-baġit tiegħu ta’ €14.7 biljun se jipprovdi opportunitajiet għal aktar minn 4 miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu, u jiksbu esperjenza barra minn pajjiżhom.

Erasmus+, li twaqqaf biex idum sal-2020, ma għandux biss opportunitajiet għall-istudenti. Hu jgħaqqad flimkien seba' programmi ta' qabel u joffri opportunitajiet għal varjetà wiesgħa ta' individwi u organizzazzjonijiet.

Informazzjoni ddettaljata dwar dawn l-opportunitajiet, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà, hi disponibbli fil-Gwida tal-Programm Erasmus+. Għal xi opportunitajiet ċentralizzati hemm ukoll gwida indikattiva tal-finanzjament.

Individwi

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal nies ta' kull età u jgħinhom jiżviluppaw u jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza f'istituzzjonijiet u f’organizzazzjonijiet b'pajjiżi differenti.

Opportunitajiet għall-individwi

Organizzazzjonijiet

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet, li jinkludu universitajiet, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, gruppi ta' riflessjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka, u negozji privati.

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet

Għanijiet

L-għan ta' Erasmus+ hu li jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-impjiegi, l-ekwità soċjali u l-inklużjoni, kif ukoll l-għanijiet ta' ET2020, il-qasam strateġiku tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

Erasmus+ għandu l-għan ukoll li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tas-sħab tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE.

Kwistjonijiet speċifiċi indirizzati mill-programm jinkludu:

Eżiti

Ir-riżultati ta' Erasmus+ huma disponibbli f'rapporti u ġabriet tal-istatistika, kif ukoll permezz tal-Pjattaforma tal-Proġetti Erasmus+, li tinkludi l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ffinanzjati mill-programm, kif ukoll għażla ta' prattiki tajbin u stejjer ta' suċċess.

Statistika

L-istatistika dwar Erasmus+ hi disponibbli mill-paġna tal-istatistika.

Fil-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ hemm disponibbli informazzjoni dwar il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020.

Il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020 tista' tarahom ukoll permezz ta' serje ta' mapep interattivi.

B'mod simili, tista' ssib informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa fil-Monitor taż-Żgħażagħ.

Rapporti

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Erasmus+ (2014–2020) hu disponibbli fi 23 lingwa u jibni fuq ir-rapporti nazzjonali ppreżentati mill-pajjiżi tal-Programm, rapporti ta’ evalwazzjoni minn kuntrattur estern indipendenti, studji oħrajn riveduti eż. l-istudju tal-Impatt tal-Erasmus 2014, esperjenza fl-immaniġġjar tal-programm u aktar minn miljun rispons mill-partijiet ikkonċernati kollha.

Wara t-tlestija tal-Programm Erasmus+ fl-2020, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.

Aktar informazzjoni hi disponibbli fir-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-Programm Erasmus+.

Iċċekkja s-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għal aktar rapporti u studji dwar il-Programm Erasmus+.

Aqsam din il-paġna