X’impatt se jkollu l-Brexit fuq il-programm Erasmus+?

Ikun xi jkun l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin bejn l-UE u r-Renju Unit, il-Brexit huwa mistenni li jwassal għal ħafna bidliet għal Erasmus+. L-eżitu tan-negozjati għadu mhux magħruf, iżda hawnhekk se ssib l-aħħar informazzjoni dwar kif il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jista’ jaffettwa lill-organizzazzjonijiet u lill-individwi.

Attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim ta’ Erasmus+

Fid-19 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill u l-Parlament adottaw Regolament biex jevita t-tfixkil tal-attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim ta’ Erasmus+ li jinvolvu lir-Renju Unit f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim (“xenarju b’ebda ftehim”).

Ir-Regolament ta’ Kontinġenza ta’ Erasmus+ ikopri “l-mobbiltà għat-tagħlim” kif definita fir-Regolament Erasmus+. Dan ifisser:

  • il-mobbiltà tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja fiċ-ċikli kollha u ta' studenti, apprendisti u skulari fit-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali;
  • il-mobbiltà taż-żgħażagħ f’attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali u informali u f’attivitajiet ta’ volontarjat;
  • il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • il-mobbiltà ta’ persuni attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ.

Ir-Regolament jiżgura li persuni li jinsabu barra minn pajjiżhom permezz ta’ attività ta’ mobbiltà ta’ tagħlim iffinanzjata minn Erasmus+ dakinhar li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mhux se jaraw il-perjodu ta’ mobbiltà tagħhom interrott.
Dan japplika pereżempju għal student Franċiż tal-edukazzjoni għolja fuq mobbiltà ta’ Erasmus+ f’Londra, iżda ugwalment għal student tar-Renju Unit f’taħriġ vokazzjonali li jieħu sehem fi traineeship ta’ Erasmus+ f’Budapest.

Dawn il-miżuri se japplikaw sakemm l-attivitajiet kollha ta’ mobbiltà għat-tagħlim ta’ Erasmus+ li bdew qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea jkunu tlestew, filwaqt li jitqies li dawn l-attivitajiet ta’ mobbiltà jistgħu jdumu sa massimu ta’ 12-il xahar.

Hu applikabbli għall-pajjiżi tal-programm Erasmus+ kollha, jiġifieri l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżlanda, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u r-Renju Unit.

L-attivitajiet kollha ta’ mobbiltà ta’ Erasmus+ li għaddejjin bħalissa, inklużi l-attivitajiet internazzjonali li bdew qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, se jkunu koperti mill-miżuri ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+.

L-iskambji kollha ta’ Erasmus+ li għaddejjin bħalissa li bdew qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, se jkunu koperti mill-miżuri ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+.

Permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom ta’ Erasmus+: l-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ stabbiliti f’kull pajjiż tal-programm Erasmus+.

Ir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+ għandu l-għan li jevita l-impatt ta’ tfixkil qawwi li jkollu xenarju “mingħajr ftehim” għaċ-ċittadini li jkunu barra mill-pajjiż dakinhar li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni. Din hi soluzzjoni immedjata, għall-aktar problema immedjata. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jkoprix l-attivitajiet ta’ mobbiltà li jibdew mid-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-UE.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni pproponiet regolament ta’ kontinġenza orizzontali (ir-Regolament dwar il-miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 b’rabta mal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni). Jekk jiġi adottat mill-Kunsill, dan ir-regolament orizzontali jkopri l-iskambji ta’ tagħlim li jibdew wara d-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi u b’mod aktar restrittiv.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ mobbiltà li għaddejjin koperti mir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+ kienet diġà prevista fil-baġit ġenerali tal-UE.

Skont ir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+, l-Aġenzija Nazzjonali tar-Renju Unit se twettaq il-mobbiltà kontinwa għat-tagħlim li bdiet qabel id-data meta r-Renju Unita joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Ma nistgħux nispekulaw dwar id-destin tal-Aġenzija Nazzjonali tar-Renju Unit lil hinn minn dan il-punt.

Skont ir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+, il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja se tapplika għall-universitajiet tar-Renju Unit sakemm iwettqu l-mobbiltajiet għat-tagħlim li għadhom għaddejjin li bdew qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Ebda rikonoxximent formali ma hu awtomatikament marbut ma’ perjodu ta’ tagħlim barra mill-pajjiż. Dan hu f’idejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet akkademiċi.

Ir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+ ikopri attivitajiet iffinanzjati permezz tal-programm Erasmus+. Dan jinkludi attivitajiet ta’ mobbiltà ta’ volontarjat iffinanzjati taħt il-programm Erasmus+ u li jibdew qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma koperti mir-Regolament ta’ kontinġenza orizzontali propost.

DiscoverEU mhix iffinanzjata minn Erasmus+, u għalhekk mhix koperta mir-regolament ta’ kontinġenza ta’ Erasmus+.

Ħafna proġetti ta’ kooperazzjoni Ewropej jinvolvu sieħeb tar-Renju Unit jew għandhom koordinatur tar-Renju Unit. Id-destin ta’ proġetti kkuntrattati qabel id-data meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea se jiddependi mill-adozzjoni tar-regolament ta’ kontinġenza orizzontali tal-Brexit dwar il-baġit tal-UE għall-2019 u jekk ir-Renju Unit ikomplix jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu taħt il-baġit tal-UE. Jekk ir-Renju Unit jagħmel dan, il-finanzjament jista’ jkompli sa tmiem l-2019.

 

 

Links relatati

 

Aqsam din il-paġna