|
Newsletter Saħħa-UE
|
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
|
|
|

|
 |
F'din il-ħarġa
- 09 April 2018
|
 |
|
|
|
|
 |
|
  |
|
Twitter Health
|
|
 |
Editorjal
|
L-aqwa parir s’issa? Tibdiex. Il-Premju tas-Saħħa tal-UE tal-2018 jirrikonoxxi lill-NGOs li jaħdmu biex jgħinu liż-żgħażagħ ma jużawx it-tabakk
|
Id-Direttur tas-Saħħa Pubblika fid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni Ewropea, John-F. Ryan jistieden lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jissottomettu l-inizjattivi tagħhom għall-Premju tas-Saħħa tal-UE tal-2018 għall-NGOs u jitkellem dwar il-Premju u l-fokus tal-2018 tiegħu.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
|
Ċifri Ewlenin
|
|
|
 |
|
 |
Proġett fl-Istampa
|
In-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip u tal-Konsum tat-Tabakk (ENSP)
|
L-ENSP kellu diversi proġetti ffinanzjati permezz tal-Programm tas-Saħħa, fosthom il-linji gwida dwar il-waqfien mit-tipjip, iżda wkoll oħrajn dwar il-kontroll tat-tipjip u azzjonijiet iffokati fuq il-prevenzjoni tat-tipjip u tat-tabakk.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
 |
Aħbarijiet mill-UE
|
Il-Jum Dinji tas-Saħħa: Nofs id-dinja ma għandhiex aċċess għall-kura essenzjali tas-saħħa
|
Il-Jum Dinji tas-Saħħa 2018, organizzat ta’ kull sena mid-WHO fis-7 ta’ April ippromwova l-kura universali tas-saħħa. Nofs id-dinja ma għandhiex aċċess għal kura, filwaqt li 100 miljun persuna għadhom qed jiġu mbuttati lejn faqar estrem minħabba li għandhom iħallsu għall-kura tas-saħħa.
|
Aqra aktar...
|
|
Tnedija ta’ 5 proġetti ġodda dwar ir-reġistri tal-Mard Rari Komuni fis-17 ta’ April 2018
|
Il-benefiċjarji kollha li jirrappreżentaw diversi Netwerks Ewropej ta' Referenza (ENRs) se jiltaqgħu flimkien biex jiddeliberaw dwar l-implimentazzjoni prattika tal-proġetti biex jintlaħqu l-miri ewlenin tagħhom – il-ħolqien ta’ reġistri ta’ Mard Rari, u l-interazzjoni bejniethom.
|
Aqra aktar...
|
|
Ħames sessjonijiet ta’ ħidma dwar il-forzi tax-xogħol tas-saħħa qed jiġu organizzati biex jiskambjaw l-għarfien espert fl-Ewropa kollha
|
Is-sessjonijiet ta’ ħidma qed jiġu organizzati bħala parti mill-Offerta Konġunta “Appoġġ għan-Netwerk Espert tal-ippjanar u tat-tbassir tal-forza tax-xogħol tas-Saħħa”, li jimmira li jistabbilixxi netwerk espert dwar l-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol tas-saħħa. L-ewwel sessjoni ta’ ħidma seħħet fi Frar.
|
Aqra aktar...
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport
|
Il-kwestjonarju hu disponibbli bil-lingwi tal-UE kollha u se jibqa’ miftuħ sat-18 ta’ Mejju 2018. Kun sportiv u pparteċipa!
|
Aqra aktar...
|
|
Imniedi u għadu qed jinbena sit web ġdid għall-Azzjoni Konġunta dwar il-Kontroll tat-Tabakk
|
Dan il-proġett iffinanzjat mill-UE, li deher fin-newsletter Saħħa-UE tal-1 ta’ Frar, jaħdem biex jappoġġja l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk fl-Istati Membri u biex għalhekk titnaqqas il-ħsara enormi fuq il-ħajja u s-saħħa kkawżata mill-konsum tat-tabakk.
|
Aqra aktar...
|
|
Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi f’batterji żoonotiċi għadha għolja fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ikel, jgħid rapport ġdid.
|
Batterji mill-bniedem u l-annimali jkomplu juru reżistenza għall-antimikrobiċi skont ir-rapport il-ġdid ippubblikat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).
|
Aqra aktar...
|
|
Public Health England tippreżenta programm b’riduzzjoni ta’ kaloriji u evidenza ta’ appoġġ għall-ħtieġa tiegħu
|
Passi ewlenin biex jitnaqqas it-teħid eċċessiv ta’ kaloriji min-nies ġew żvelati bħala parti mill-istrateġija tal-gvern biex tonqos l-obeżità fit-tfulija u fl-adulti. Il-pakkett jinkludi sfida lill-industrija tal-ikel biex tnaqqas il-kaloriji fil-prodotti kkunsmati mill-familji b’20% sal-2014.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
 |
Avvenimenti li ġejjin
|
It-28 Kungress Ewropew tal-Mikrobijoloġija Klinika u l-Mard li Jittieħed (Madrid, 21–24 ta’ April 2018)
|
|
Aqra aktar...
|
|
Il-Konferenza Ewropea dwar il-Mard Rari u l-Prodotti Orfni 2018 (Vjenna, 10 – 12 ta’ Mejju)
|
Il-konferenza se tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati kollha li jifformaw l-ambjent tal-mard rari: il-pazjenti, dawk li jfasslu l-politiki, ir-riċerkaturi, l-industrija, ir-regolaturi, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE, il-kliniċi u oħrajn.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
 |
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
|
It-Task Force Transatlantika dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (TATFAR) tiltaqa’ f’Atlanta biex jissaħħu s-sħubijiet
|
Ir-rappreżentanti mill-erba’ membri tat-TATFAR – l-UE, l-Istati Uniti, il-Kanada u n-Norveġja – iltaqgħu mad-WHO, mal-NGOs u ma’ sħab oħrajn mill-akkademja u mill-industrija mis-6 sat-8 ta’ Marzu biex jiddiskutu t-tisħiħ tas-sħubijiet fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
|
Aqra aktar...
|
|
In-Netwerk Saħħa Waħda tal-UE jorganizza t-tieni laqgħa fi Brussell
|
Il-laqgħa biannwali tan-Netwerk Saħħa Waħda kienet pjattaforma għall-preżentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjonijiet nazzjonali, għall-aġġornament tal-membri dwar il-progress li sar, għall-iskambju tal-aħjar prattiki, u biex jiġu diskussi l-aħjar opzjonijiet ta’ politika u kif tista’ tissaħħaħ il-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
|
Aqra aktar...
|
|
Ir-rikonoxximent reċiproku tal-UE u tal-Federal Drug Administration tal-Istati Uniti dwar il-mediċini manifatturati jidħol fil-fażi operazzjonali
|
Dan il-ftehim importanti jaġġorna l-ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku mill-1998 u jsaħħaħ id-dipendenza reċiproka tal-UE u tal-Istati Uniti dwar l-għarfien espert u r-riżorsi ta’ xulxin fl-ispezzjonijiet.
|
Aqra aktar...
|
|
Il-Kummissarju għas-Saħħa tal-UE jiltaqa’ mal-Ministru Iranjan tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni Medika
|
Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Vytenis Andriukaitis u l-Ministru tas-Saħħa u Edukazzjoni Medika tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran Hassan Ghazizadeh Hashemi ltaqgħu biex jiddiskutu għadd ta’ kwistjonijiet inklużi r-reżistenza għall-antimikrobiċi u s-sigurtà tas-saħħa.
|
Aqra aktar...
|
|
Meta jivvjaġġa l-għarfien, mhux il-pazjenti: in-Netwerks Ewropej ta’ Referenza għal mard rari jiċċelebraw l-ewwel anniversarju
|
Fil-Jum Ewropew tal-Mard Rari 2018, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Vytenis Andriukaitis irrifletta dwar il-valur miżjud enormi mwassal mill-UE fil-ġbir flimkien tal-għarfien u l-kompetenzi permezz tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza biex jingħataw għajnuna eluf ta’ pazjenti li jsofru minn mard rari.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
 |
Pubblikazzjonijiet ġodda
|
Aspetti transkonfinali tal-politika dwar l-alkoħol – L-Indirizzar tal-Użu Dannuż tal-Alkoħol
|
It-taqsira u l-konklużjonijiet tal-konferenza.
|
Aqra aktar...
|
|
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aspetti transkonfinali tal-politika dwar l-akoħol — l-indirizzar tal-użu dannuż tal-alkoħol
|
Il-konklużjonijiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
|
Aqra aktar...
|
|
Is-Sistemi tas-Saħħa fl-UE: Il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar il-Kura Primarja
|
Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti tal-UE dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa dwar l-għodod u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kura primarja hu intenzjonat biex jgħin lil dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti tas-saħħa biex jissettjaw l-objettivi u jkejlu l-progress fit-titjib tas-servizzi tal-kura primarja.
|
Aqra aktar...
|
|
Studju tal-Kummissjoni: L-attività fiżika fuq il-post tax-xogħol - analiżi tal-letteratura u studji ta’ każijiet tal-aqwa prattika
|
Ikkummissjonat bħala segwitu għas-Sejħa ta’ Tartu għal Stil ta’ Ħajja Tajjeb għas-Saħħa f’Settembru 2017, dan l-istudju jipprovdi għarfien dwar l-interventi l-aktar effettivi ta’ promozzjoni ta’ attività fiżika fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa.
|
Aqra aktar...
|
|
Inizjattivi dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika
|
Skopri x’għodod prattiċi toffri l-Kummissjoni Ewropea bħala għajnuna lill-Istati Membri u liċ-ċittadini tal-UE biex jagħmlu progress reali fl-oqsma tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika.
|
Aqra aktar...
|
|
Linji Gwida Riveduti dwar l-Eċċipjenti fit-tikketta u l-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
|
Ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea f’Marzu 2018
|
Aqra aktar...
|
|
 |
|
 |
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE
|
Il-Konfederazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Menigitus (CoMO)
|
Is-CoMo ġiet magħżula għall-Premju tas-Saħħa tal-UE 2017, li rrikonoxxa l-NGOs għax-xogħol eċċezzjonali tagħhom fil-qasam tat-tilqim, għall-“Inizjattiva favur it-Tilqim Matul il-Ħajja” tagħha li ppromwoviet it-tilqim matul il-ħajja kontra t-theddid transkonfinali.
|
Aqra aktar...
|
|
|
 |
|
|