Jekk issib diffikultà biex taqra din l-email, aqra l-verżjoni onlajn.
European Commission Newsletter Saħħa-UE
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
F'din il-ħarġa - 07 April 2017
 

        Twitter Health  icon Twitter    
Editorjal
Drawwiet tajbin għas-saħħa u skrinjar f’waqtu huma l-aħjar ħaġa għall-prevenzjoni tal-kanċer
Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer, sett ta’ rakkomandazzjonijiet biex jipprovdi pariri siewja dwar il-prevenzjoni tal-kanċer, din is-sena jiċċelebra t-30 anniversarju tiegħu. Wendy Yared tal-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej Kontra l-Kanċer (ECL), organizzazzjoni ċentrali pan-Ewropea tal-kanċer ta’ legi nazzjonali u reġjonali, titkellem dwar il-progress li sar fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kanċer.
Aqra aktar...
Ċifri Ewlenin

  top
Proġett fl-Istampa
Cancon - Gwida Ewropea dwar it-Titjib tal-Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer
Cancon kien proġett ta’ kooperazzjoni, jew “azzjoni konġunta”, iffinanzjat mill-Programm tas-Saħħa tal-UE u kkofinanzjat mill-Istati Membri parteċipanti, organizzazzjonijiet, istituti, universitajiet u unitajiet għall-kura tas-saħħa, u l-UE, li sar bejn l-2014 u l-2017. Huwa pproduċa Gwida għat-titjib tal-kwalità tal-kontroll komprensiv tal-kanċer, fost affarijiet tanġibbli oħra.
Aqra aktar...
  top
Aħbarijiet mill-UE
Ġiet ippubblikata sejħa għal proġetti u għotjiet operattivi li għandhom jiġu ffinanzjati bil-Programm ta’ Ħidma Annwali 2017
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, l-Agrikultura, is-Saħħa u l-Ikel.
Aqra aktar...
Il-Premju Horizon tal-Kummissjoni Ewropea għal Sptar b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju bi premju fi flus ta’ €1 miljun
L-isfida hija li tiġi żviluppata provvista tal-enerġija , li tkun 100% sikura għall-isptarijiet, u li tintegra diversi teknoloġiji Ewropej f’sistema waħda tal-enerġija. Id-data tal-għeluq hija t-3 ta’ April 2019, iżda ż-żmien li tippjana huwa issa!
Aqra aktar...
Asil fl-Istati Membri tal-UE: 1.2 miljun persuna qed jitolbu l-asil għall-ewwel darba fl-2016
Iċ-ċifra għall-2016 tbaxxiet ftit meta mqabbla mal-2015 (fejn ġew irreġistrati 1,257,000 applikant) iżda kważi d-doppju ta’ dak tal-2014 (562,700). Sirjani, Afgani u Iraqini komplew ikunu ċ-ċittadinanzi fil-quċċata ta’ dawk li jfittxu asil.
Aqra aktar...
Id-WHO tipproponi għodda ġdida għas-sorveljanza tal-promozzjoni tal-ikel u x-xorb għat-tfal fuq it-televixin u l-Internet
Id-WHO sejħet lill-Istati Membri biex jintroduċu restrizzjonijiet komprensivi fuq it-tqegħid fis-suq ta’ ikel b’livell għoli ta’ xaħam, melħ jew zokkor għat-tfal fil-midja kollha u qed tipproponi għodda ġdida biex tgħin tiżgura li l-għanijiet tal-politika nazzjonali jkunu sodisfatti.
Aqra aktar...
  top
Avvenimenti li ġejjin
Il-Jum Dinji dwar il-Parkinson (11 ta’ April)
Aqra aktar...
Il-Ġimgħa Ewropea dwar l-Immunizzazzjoni (24 – 30 ta' April)
Aqra aktar...
Il-Laqgħa annwali tan-Netwerk Spanjola tal-Aġenziji għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (Zaragoza, 27–28 ta’ April 2017)
Aqra aktar...
Il-Konferenza internazzjonali dwar il-Kura Integrata ICIC 2017 (Dublin, 8–10 ta’ Mejju 2017)
Aqra aktar...
Workshop tal-partijiet ikkonċernati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (Brussell, 15 ta’ Mejju 2017)
Aqra aktar...
  top
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
Il-Ministri tas-saħħa ltaqgħu biex jiffurmaw l-aġenda tas-saħħa dwar il-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal u l-kooperazzjoni dwar l-HIV/AIDS
Il-laqgħa Informali tal-Ministri tas-Saħħa (19–20 ta’ Marzu) kienet opportunità biex ikompli jsawru l-ġejjieni tal-aġenda tas-saħħa dwar il-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal, il-kooperazzjoni strutturata bejn is-sistemi tas-saħħa u l-HIV/AIDS.
Aqra aktar...
L-ispiża ta’ ambjent imniġġes: 1.7 miljun tifel u tifla fis-sena, skont id-WHO
Aktar minn 1 f’kull erbat itfal żgħar imutu minħabba ambjenti ħżiena għas-saħħa. Fatturi bħat-tniġġis tal-arja, it-tipjip passiv, ilma mhux sikur, u nuqqas ta’ iġjene huma responsabbli għall-mewt ta’ 1.7 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ 5 snin, skont id-WHO.
Aqra aktar...
  top
Pubblikazzjonijiet ġodda
Skeda informattiva: Il-Lampi UV-C: Jista’ jkun li xi ħaġa li toqtol il-batterji u l-viruses tagħmel il-ħsara lilek ukoll?
L-iskeda xjentifika informattiva ġdida dwar il-lampi UV-C issa tinstab kemm bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol, kif ukoll bl-Ingliż.
Aqra aktar...
Rapport: BLOCKS: Għodod u metodoloġiji għal Aċċess ta’ Kura Integrata fl-Ewropa
Aqra aktar...
Fuljett: In-Netwerks ta’ Referenza Ewropea għal mard rari u kumpless
Aqra aktar...
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE
Il-premju tas-Saħħa tal-UE tal-2016 irrikonoxxa l-NGOs attivi fil-ġlieda kontra l-AMR
Permezz ta’ dan il-premju, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tiġbed l-attenzjoni dwar prattiki tajbin eżemplari minn NGOs biex titnaqqas it-theddida għas-saħħa tal-bniedem mill-AMR u biex tħeġġeġ ir-replikazzjoni mifruxa tagħhom. L-inizjattivi huma enfasizzati hawnhekk fuq bażi ta’ rotazzjoni – arahom kollha fuq is-sit web tal-Premju.
Aqra aktar...
Il-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa
Il-Federazzjoni ġġieldet l-AMR fl-annimali sabiex jitnaqqas ir-riskju li n-nies jiġu f’kuntatt ma’ razez reżistenti u ppromwoviet l-użu responsabbli tal-antimikrobiċi u użu mnaqqas fil-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali.
Aqra aktar...
  top
Fl-edizzjoni li jmiss
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
  top

Abbona/Waqqaf l-abbonament | Edizzjonijiet preċedenti | Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti | Ibgħat lil ħabib

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE