|
Newsletter Saħħa-UE
|
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
|
|
|
|
|
F'din il-ħarġa
- 08 Ottubru 2020
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Twitter Health
|
|
|
Editorjal
|
Attitudni mentali b’saħħitha: Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali
|
John F. Ryan, id-Direttur tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika, jitkellem dwar il-ħidma tal-Kummissjoni fil-qasam tas-saħħa mentali, inklużi Azzjoni Konġunta ġdida għas-Saħħa Mentali u grupp ġdid ta’ partijiet ikkonċernati dwar il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE li jindirizza speċifikament kwistjonijiet ta’ saħħa mentali fid-dawl tal-COVID-19.
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|
Proġett fl-Istampa
|
Il-Mig-HealthCare stinka biex jimminimizza l-inugwaljanzi fis-saħħa u jappoġġja s-saħħa mentali fost il-migranti u r-refuġjati
|
Il-Mig-HealthCare pproduċa pjan direzzjonali għall-mudelli ta’ kura effettiva bbażata fil-komunità biex jittejbu s-servizzi tal-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jappoġġja l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-migranti u r-refuġjati fil-komunitajiet Ewropej u jnaqqas l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa.
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|
Fatti/Ċifri Ewlenin
|
|
|
|
|
|
Aħbarijiet mill-UE
|
Il-Kummissarju tas-Saħħa Stella Kyriakides titkellem fil-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein 2020
|
Il-Kummissarju ħadet sehem f’panel ta’ diskussjoni fit-2 ta’ Ottubru, organizzat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, b’ħarsa lejn kif l-aħjar jintużaw it-tagħlimiet bikrija meħudin mill-pandemija tal-COVID-19 biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa, ir-riċerka u l-isforzi tas-saħħa pubblika.
|
Aqra aktar...
|
|
Il-Bord ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa jiddiskuti l-organizzazzjoni tas-saħħa u l-kura soċjali wara l-COVID-19
|
F’laqgħa fis-16 ta’ Settembru 2020, il-membri tal-bord qajmu ħafna punti, inkluża l-ħtieġa li ssir enfasi fuq qafas ġdid għall-organizzazzjoni tas-saħħa u l-kura soċjali msawwar mill-esperjenzi tal-COVID-19, b’enfasi fuq ir-reżiljenza.
|
Aqra aktar...
|
|
Is-smigħ dwar l-Opinjoni dwar l-Organizzazzjoni ta’ Kura tas-Saħħa u Soċjali Reżiljenti wara l-Pandemija tal-Covid-19
|
Din is-smigħ se ssir mill-Bord ta’ Esperti dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa fuq il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE fil-20 ta’ Ottubru 2020. Din għandha l-għan li tagħti lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz ta’ opinjoni, li se jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Bord ta’ Esperti qabel is-seduta ta’ smigħ.
|
Aqra aktar...
|
|
Iċċekkja l-paġna web dedikata għall-aħħar aħbarijiet dwar ir-rispons tal-UE għall-coronavirus
|
Sib aġġornamenti u informazzjoni preċiża li tista’ sserraħ fuqha biex tibqa’ aġġornat dwar din is-sitwazzjoni li qed tevolvi kontinwament.
|
Aqra aktar...
|
|
Eurosurveillance fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-Idrofobija – 28 ta’ Settembru
|
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-Idrofobija fit-28 ta’ Settembru, Eurosurveillance ppubblika ħarġa ffukata fuq l-idrofobija, "Il-prevenzjoni tal-idrofobija umana: sfida għall-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ekonomika Ewropea”.
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|
Avvenimenti li ġejjin
|
Xahar ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer tas-sider - Ottubru
|
Ix-xahar ta’ Sensibilizzazzjoni dwar il-Kanċer tas-Sider, iċċelebrat f’pajjiżi madwar id-dinja kull Ottubru, jgħin biex jiżdiedu l-attenzjoni u l-appoġġ għas-sensibilizzazzjoni, id-detezzjoni bikrija u t-trattament kif ukoll il-kura palljattiva ta’ din il-marda.
|
Aqra aktar...
|
|
Is-16-il Kungress Dinji dwar is-Saħħa Pubblika, 12-16 ta’ Ottubru 2020 (avveniment online)
|
It-tema ta’ din is-sena hija dwar "Is-Saħħa Pubblika għall-Futur tal-Umanità: Analiżi, Appoġġ, u Azzjoni” u l-avveniment se jinkludi live streams ta’ 8 sessjonijiet plenarji, 30 World Leadership Dialogues u 150 workshop. Il-Kummissarju tas-Saħħa Stella Kyriakides se tipparteċipa.
|
Aqra aktar...
|
|
It-30 konferenza Alzheimer Europe, 20-22 ta’ Ottubru 2020 (avveniment online)
|
It-30 Konferenza Alzheimer Europe se tkun ospitata online mill-20 sat-22 ta’ Ottubru 2020, bil-motto “Demenzja f’dinja li qed tinbidel”.
|
Aqra aktar...
|
|
Summit Dinji tas-Saħħa, (Berlin, 25-27 ta’ Ottubru 2020)
|
Il-President Ursula von der Leyen se tkun fost 300 kelliem fl-avveniment virtwali ta’ 3 ijiem li se jlaqqa’ flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, l-akkademja, l-esperti ewlenin u partijiet ikkonċernati oħrajn.
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
|
WHO: Sħubija globali biex isiru disponibbli 120 miljun test rapidu ta’ kwalità u affordabbli tal-COVID-19 għall-pajjiżi bi dħul baxx u medju
|
Sett ta’ ftehimiet biex isiru disponibbli testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 affordabbli u ta’ kwalità għolja, għall-pajjiżi bi dħul baxx u medju tħabbar fit-28 ta’ Settembru 2020 mill-Aċċelleratur tal-Aċċess għall-Għodod għall-COVID-19 (ACT).
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE
|
Irreġistra mal-Pjattaforma biex torganizza u tippromwovi l-webinar li jmiss tiegħek
|
Il-pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE toffrilek il-possibbiltà li torganizza l-webinars tiegħek stess dwar inizjattivi ewlenin tal-UE kif ukoll li tipparteċipa f’avvenimenti online mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri jew organizzazzjonijiet oħrajn ta’ partijiet ikkonċernati fil-qasam tas-saħħa.
|
Aqra aktar...
|
|
|
|
|
|