Jekk issib diffikultà biex taqra din l-email, aqra l-verżjoni onlajn.
European Commission Newsletter Saħħa-UE
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
F'din il-ħarġa - 23 Frar 2017
 

        Twitter Health  icon Twitter    
Editorjal
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE tal-2016 jgħin lill-NGOs ikomplu l-ġlieda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi
Il-premju ta’ din is-sena rrikonoxxa NGOs Ewropej li qed jaħdmu biex titnaqqas it-theddida għas-saħħa tal-bniedem mir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). Tħabbru tliet rebbieħa - magħżulin minn 26 kandidat - fis-6 ta’ Frar 2017 fiċ-ċerimonja konġunta tal-Premju Orizzont u l-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs f’Leuven, il-Belġju, fejn tkellmu man-newsletter Saħħa-UE. Kull wieħed ġie mistoqsi dwar il-fokus prinċipali tal-ħidma tagħhom u l-impatt proġettat tal-premju.
Go to related site
Ċifri Ewlenin

  top
Proġett fl-Istampa
ARNA - Ir-Reżistenza Antimikrobika u l-kawżi tal-Użu mhux prudenti tal-Antibijotiċi
Il-proġett ARNA kien maħsub biex jidentifika l-fatturi ewlenin li jixprunaw il-bejgħ u l-użu mhux prudenti ta’ antibijotiċi mingħajr riċetta tat-tabib, jevalwa l-livell ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ ta’ aġenti antimikrobiċi fl-UE “bir-riċetta biss”, jiddokumenta prattiki tajbin u jiżviluppa għażliet ta’ politika.
Go to related site
  top
Aħbarijiet mill-UE
L-Azzjoni Konġunta CANCON taqsam ir-riżultati tagħha fil-konferenza finali f’Malta, 14 - 15 ta’ Frar 2017
L-imsieħba tal-Azzjoni Konġunta dwar il-Kontroll tal-Kanċer (CANCON), ikkofinanzjata mill-Programm tas-Saħħa tal-UE, ippreżentaw ir-riżultati ewlenin lill-UE u lil dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u lill-imsieħba, inkluż ir-riżultat ewlieni ta’ CANCON, il-Gwida Ewropea dwar it-Titjib tal-Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer.
Aqra aktar...
Konferenza dwar il-HepHIV 2017 f’Malta tiffoka fuq d-dijanjosi bikrija tal-HIV u l-epatite virali
Organizzata minn HIV fl-Ewropa, f’kollaborazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati Ewropej, il-konferenza, li saret mill-31 ta’ Jannar sat-2 ta’ Frar, kienet it-tieni konferenza Ewropea li laqqgħet flimkien l-oqsma tal-HIV u l-epatite virali biex tiddiskuti d-dijanjosi bikrija taż-żewġ kundizzjonijiet relatati.
Aqra aktar...
L-SCHEER jippubblika l-Opinjoni Finali dwar il-lampi UV-C
Wara talba mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti (SCHEER) għamel rieżami ta’ evidenza reċenti biex jiġu valutati r-riskji tas-saħħa assoċjati mar-radjazzjoni UV-C mil-lampi. Aqra l-konklużjonijiet tiegħu hawnhekk.
Aqra aktar...
Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-Opinjoni Preliminari dwar il-ħtieġa ta’ primati mhux umani fir-riċerka bijomedika
Il-partijiet ikkonċernati huma mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom sas-26 ta’ Marzu 2017 rigward l-Opinjoni dwar “Il-ħtieġa ta’ primati mhux umani fir-riċerka bijomedika, il-produzzjoni u l-ittestjar ta’ prodotti u strumenti”. Se ssir seduta pubblika dwar l-opinjoni preliminari fl-14 ta’ Marzu 2017.
Aqra aktar...
Il-Jum tal-112: Teknoloġija ġdida tgħin biex tiġi identifikata l-lokalizzazzjoni ta’ min ikun qed iċempel fi żminijiet ta’ diffikultà
Il-11 ta’ Frar kien il-Jum tal-112 – mill-1991 ‘l hawn, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jitolbu l-għajnuna mingħajr ħlas, billi jużaw in-Numru Uniku Ewropew ta’ Emerġenza 112. Illum, il-lokalizzazzjoni ta’ min iċempel tista’ tiġi identifikata fi ftit Stati Membri, u dan isalva għadd bla qies ta’ ħajjiet. Madwar 300,000 persuna li jċemplu fis-sena mhumiex kapaċi jirrapportaw il-lokalizzazzjoni tagħhom meta jċemplu għall-għajnuna.
Aqra aktar...
Ara l-impatt! Il-proġett pilota ffinanzjat mill-UE “Flimkien” laħaq kważi miljun mara tqal u li jreddgħu
Dan l-infograff juri l-impatt tal-proġett pilota “Flimkien”, inizjattiva Ewropea li tippromwovi dieti aktar tajbin għas-saħħa u attività fiżika regolari qabel, matul u wara t-tqala. Din hi mmirata lejn in-nisa li se jsiru ommijiet, b’mod speċjali minn gruppi żvantaġġati.
Aqra aktar...
Is-Saħħa Pubblika: żviluppi inkoraġġanti fil-qasam tal-programmi nazzjonali għall-iskrining tal-kanċer
Ir-rapport li ġie ppubblikat reċentement dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2003 dwar l-iskrining tal-kanċer juri żieda qawwija fil-programmi nazzjonali tal-iskrining tal-kanċer tas-sider, dak ċervikali u kolorettali.
Aqra aktar...
Donazzjoni u trapjanti ta' organi: żieda rekord fl-Italja matul l-aħħar 10 snin
Fl-2016, 1596 donatur fl-Italja taw ir-rigal tal-ħajja permezz tad-donazzjoni ta’ organi, partikolarment il-kliewi, il-fwied u l-pulmuni, u b’kollox saru 3736 trapjant (it-Toskana ġiet l-ewwel fost ir-reġjuni, bl-akbar numru ta’ donaturi). Bis-saħħa ta’ din ix-xejra pożittiva, il-listi ta’ stennija għall-kliewi u l-pulmuni issa huma iqsar.
Aqra aktar...
L-aġenzija għall-ikel Franċiża taġġorna l-linji gwida dwar in-nutrizzjoni, u ssejjaħ għal tibdil drammatiku
Wara aġġornament ta’ għaxar snin tal-gwida uffiċjali dwar l-ikel tal-pajjiż, l-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u s-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (ANSES) tħeġġeġ lill-Franċiżi biex jagħmlu bidla sinifikanti lejn aktar legumi u ċereali mhux ipproċessati u inqas laħam aħmar u pproċessat.
Aqra aktar...
L-Iżvezja tniedi strateġija nazzjonali ġdida għall-ikel ta’ biljun Krone
L-istrateġija l-ġdida hi mfassla biex tagħti spinta lill-produzzjoni tal-ikel Żvediża, jinħolqu l-impjiegi u tittejjeb is-sostenibbiltà sa tmiem l-2019. Din tara wkoll li jsir enfasi akbar fuq ikel tajjeb għas-saħħa u tkompli żżid l-għarfien dwar is-simbolu tat-toqba tas-serratura ħadra (Green Keyhole) li jintuża biex jiġbed l-attenzjoni dwar għażliet aħjar għas-saħħa .
Aqra aktar...
  top
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
Ikel tajjeb għas-saħħa fl-iskejjel: il-Kummissjoni u l-Presidenza Maltija jippreżentaw riżorsa ġdida ta’ valur għall-awtoritajiet tal-akkwist pubbliku
Ir-rapport, li ġie ppreżentat fil-laqgħa dwar strateġiji li jindirizzaw l-obeżità fit-tfal bejn it-22 u t-23 ta’ Frar f’Malta, jindirizza ostaklu ewlieni fl-akkwist tal-ikel għall-iskejjel tajjeb għas-saħħa, jiġifieri t-traduzzjoni ta’ standards tal-ikel għall-iskejjel f’lingwaġġ adegwat għall-kuntratti tal-akkwist.
Aqra aktar...
Aqsam l-opinjonijiet tiegħek għaddejja konsultazzjoni pubblika biex tgħin fit-tfassil tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà sal-31 ta’ Marzu 2017
Billi s-saħħa hija waħda mill-prijoritajiet tal-Korp, l-organizzazzjonijiet u l-professjonisti tas-saħħa huma mħeġġa b’mod partikolari biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-Korp imniedi dan l-aħħar u biex jissuġġerixxu modi kif jissaħħaħ. Nilqgħu l-input minn għalliema, żgħażagħ, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, min iħaddem u partijiet ikkonċernati oħra.
Aqra aktar...
Riċerka fil-qasam tas-saħħa: il-Kummissjoni tagħti €1 miljun għal test rivoluzzjonarju li jiddistingwi bejn infezzjonijiet virali jew batterjali
Il-premjijiet għal proġetti ta’ riċerka dwar is-saħħa eċċellenti huma parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi użu aktar għaqli tal-antibijotiċi u għall-ġlieda kontra l-problema dejjem tikber tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.
Aqra aktar...
  top
Avvenimenti li ġejjin
Konferenza finali ta’ JA-CHRODIS: L-indirizzar tal-Mard Kroniku u t-Tixjiħ f’Saħħtu madwar l-Ewropa (Brussell, 27 – 28 ta’ Frar 2017)
Dan huwa avveniment ta’ ġurnata u nofs bla ħlas, bl-ewwel nofstanhar jiffoka fuq il-ħidma u r-riżultati ta’ JA-CHRODIS u dwar kif ir-riżultati ta’ din il-kollaborazzjoni Ewropea tista’ tintuża u tiġi aċċettata. It-tieni ġurnata se tiffoka fuq l-istampa sħiħa tal-isfida tal-mard kroniku.
Aqra aktar...
Jum tal-Mard Rari 2010 (it-28 ta' Frar 2017)
Din is-sena timmarka l-għaxar Jum internazzjonali tal-Mard Rari kkoordinat minn EURORDIS, u s-slogan hu “Bir-riċerka, il-possibiltajiet huma bla limitu”. F'dan il-jum u madwaru, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti minn madwar id-dinja kollha se jorganizzaw attivitajiet biex iqajmu għarfien abbażi tat-tema ta’ riċerka.
Aqra aktar...
  top
Pubblikazzjonijiet ġodda
Gwida Ewropea dwar it-Titjib tal-Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer
Il-Gwida, li hi maħsuba għall-gvernijiet, id-deputati parlamentari, il-fornituri u l-finanzjaturi tal-kura tas-saħħa u l-professjonisti fil-kura tal-kanċer f’kull livell, inħolqot mill-azzjoni konġunta CANCON u għandha l-għan li tgħin biex mhux biss jitnaqqas il-piż tal-kanċer fl-UE kollha iżda wkoll l-inugwaljanzi fil-kontroll u l-kura tal-kanċer.
Go to related site
L-istudju maġġuri I.Family iffinanzjat mill-KE jsejjaħ lill-gvernijiet biex jappoġġjaw lill-familji għall-ġlieda kontra l-obeżità fit-tfal
Wara ħames snin ta’ eżaminazzjoni tal-fatturi tas-saħħa ta’ aktar minn 16,000 tifel u tifla fi tmien Stati Membri tal-UE, l-istudju I.Family iffinanzjat mill-UE, ippubblikat fid-9 ta’ Frar, ikkonkluda li l-gvernijiet għandhom jaġixxu biex jgħinu lill-familji biex itejbu s-saħħa tat-tfal u biex tiġi indirizzata l-epidemija tal-obeżità.
Go to related site
Skeda informattiva ġdida titfa’ dawl fuq il-lampi UV-C
Il-lampi UV-C, ġeneralment użati għal skopijiet ta’ diżinfettar, huma ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem? Aqra t-taqsira tal-Opinjoni Finali dwar il-lampi UV-C, li għadha kif ġiet ippubblikata mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti.
Get this document
  top
Fl-edizzjoni li jmiss
Netwerks ta’ Referenza Ewropej
  top

Abbona/Waqqaf l-abbonament | Edizzjonijiet preċedenti | Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti | Ibgħat lil ħabib

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE