![European Commission](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/logo-ce-horizontal-mt.png) |
Newsletter Saħħa-UE
|
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/information_society/newsroom/image/document/2016-44/banner2_18871_18871.jpg)
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
F'din il-ħarġa
- 24 Lulju 2020
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/pix.png) |
|
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/information_society/newsroom/image/document/2016-44/newsletter_255_mail_18872.jpg) ![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
|
Twitter Health
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Editorjal
|
L-UE ssaħħaħ il-miżuri għat-tħejjija tas-saħħa fuq żmien qasir għal tifqigħat futuri tal-COVID-19
|
John F. Ryan, id-Direttur tas-Saħħa Pubblika, l-Għarfien dwar il-Pajjiżi Individwali u l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, jgħid li l-Kummissjoni Ewropea qed tieħu miżuri biex tiżgura t-tħejjija fuq żmien qasir għas-saħħa għal tifqigħat futuri tal-COVID-19 fl-UE.
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Proġett fl-Istampa
|
Tisħiħ tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa u l-Istat ta’ Preparazzjoni fl-Azzjoni Konġunta (Azzjoni Konġunta SHARP)
|
Permezz tal-Azzjoni Konġunta, se tissaħħaħ il-kapaċita komuni tal-istati membri, tal-istati sħab u tal-Unjoni li jimpedixxu, jidentifikaw u jirrispondu għal tifqigħat bijoloġiċi, kontaminazzjoni kimika u theddidiet ambjentali u mhux magħrufin għas-saħħa tal-bniedem .
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Aħbarijiet mill-UE
|
Laqgħa tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard li ma Jitteħidx
|
Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard li ma Jitteħidx iddiskuta l-Programm tal-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa u l-Pjan Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kanċer. Attendew ir-rappreżentanti ta’ 27 Stat Membru, in-Norveġja u l-Iżlanda.
|
Aqra aktar...
|
|
Il-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-istħarriġ dwar l-apparat mediku relatat mal-COVID-19 u l-apparat mediku dijanjostiku in vitro
|
Twettaq stħarriġ mis-7 sat-13 ta’ Mejju biex jiġbor informazzjoni dwar il-kapaċità tal-korpi notifikati rigward l-apparat relatat mal-COVID-19. Ħadu sehem awtoritajiet maħturin biex iwettqu valutazzjonijiet tal-konformità skont id-Direttivi u r-Regolamenti tal-UE għall-apparat mediku.
|
Aqra aktar...
|
|
Ir-rapport Annwali tal-2019 juri kif l-operazzjonijiet ta’ rutina taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka wasslu biex dan iżid l-attività tiegħu meta faqqgħet il-kriżi
|
Sa mill-bidu tal-kriżi tal-coronavirus, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea kien qed jimmobilizza approċċi analitiċi, antiċipatorji u innovattivi estensivi biex jgħin fil-ġlieda kontra l-pandemija u jħejji għal irkupru sostenibbli, inklużiv u ġust.
|
Aqra aktar...
|
|
Ir-rapport tad-WHO dwar il-vjolenza u l-korrimenti jiżvela statistika kerha dwar l-imwiet li jistgħu jiġu evitati
|
Rapport ġdid mid-WHO jenfasizza li l-vjolenza u l-korrimenti huma kawża ewlenija ta’ mwiet fil-pajjiżi kollha tar-Reġjun Ewropew tad-WHO, irrispettivament mill-istatus ekonomiku. Fiż-żmien meta wieħed jieħu biex jaqra din l-aħbar, 2 persuni se jkunu mietu b’mewta vjolenti u trawmatika fir-Reġjun.
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Avvenimenti li ġejjin
|
Il-Jum Dinji tal-Epatite (it-28 ta’ Lulju 2017)
|
Id-WHO u s-sħab ifakkru l-Jum Dinji tal-Epatite biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-epatite virali u l-mard li jikkawża. Din id-data tagħti ġieħ lid-data tat-twelid tar-Rebbieħ tal-Premju Nobel, il-Professur Baruch Samuel Blumberg, li skopra l-virus tal-epatite B.
|
Aqra aktar...
|
|
Jum Dinji Kontra l-Epatite: L-Ewropa miexja fit-triq it-tajba biex tiġġieled l-epatite virali bħala theddida għas-saħħa pubblika?
|
L-Ewropa qiegħda fit-triq it-tajba biex tiġġieled l-epatite virali bħala theddida għas-saħħa pubblika sal-2030 kif deskritt fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli? Ejjew naraw fiex inhuma l-affarijiet fil-Jum Dinji tal-Epatite u niċċekkjaw id-data u l-pubblikazzjonijiet reċenti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-epatite A, B u C.
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
|
Coronavirus: Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-vot tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ vaċċini li fihom l-OĠM
|
Il-Kunsill approva l-bidu malajr kemm jista' jkun ta' provi kliniċi bi prodotti mediċinali li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM, bħala parti mill-istrateġija kontra l-coronavirus tal-Kummissjoni biex jiġu żviluppati prodotti sikuri, effettivi għat-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom.
|
Aqra aktar...
|
|
Coronavirus: il-passi li jmiss għall-istabbiliment ta’ soluzzjoni ta’ interoperabbiltà għall-apps tal-apparati mobbli għat-traċċar u għat-twissija
|
Il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex tappoġġja l-istabbiliment ta’ servizz gateway volontarju biex jiffaċilita l-interoperabbiltà tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti u tat-twissija.
|
Aqra aktar...
|
|
Ir-rispons tan-Network Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa għall-pandemija tal-COVID-19
|
In-network Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa nieda r-repożitorju tal-pubblikazzjonijiet u r-riżultati relatati mal-COVID-19 dwar metodi u apparati tal-ittestjar, għażliet ta’ trattament, u miżuri oħra tas-saħħa pubblika rilevanti għall-COVID-19.
|
Aqra aktar...
|
|
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tniedi konsultazzjoni pubblika ta’ xahrejn dwar strateġija ta’ networks konġunti għall-2025
|
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Kapijiet tal-Aġenziji tal-Mediċini żviluppaw strateġija konġunta għall-ħames snin li ġejjin li ġiet rilaxxata għal konsultazzjoni pubblika online ta’ xahrejn, li tagħlaq fl-4 ta’ Settembru 2020.
|
Aqra aktar...
|
|
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tiffinalizza l-opinjoni dwar il-preżenza tan-nitrosamini fil-mediċini
|
Il-kumitat għall-mediċini tal-bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ħareġ opinjoni li tirrikjedi lill-kumpaniji jieħdu miżuri biex jillimitaw kemm jista’ jkun il-preżenza tan-nitrosamini fil-mediċini tal-bniedem u biex jiżguraw li l-livelli ta’ dawn l-impuritajiet ma jaqbżux il-limiti stabbiliti.
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
|
Pubblikazzjonijiet ġodda
|
Apparati Mediċi: Il-Kummissjoni tippubblika Gwida dwar it-tiġdid tal-ħatra u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati
|
Titolu sħiħ: “Gwida tal-MDCG 2020-11 dwar it-tiġdid tal-ħatra u l-monitoraġġ ta’ korpi notifikati skont id-Direttivi 90/385/KEE u 93/42/KEE li għandu jsir f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/666 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni”.
|
Go to related site
|
|
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 920/2013 dwar il-ħatra ta’ korpi notifikati
|
Go to related site
|
|
Gwida dwar il-kummerċjalizzazzjoni u x-xiri ta’ apparat mediku u ta’ tagħmir protettiv personali
|
Dokument dwar “kif jiġi vverifikat li apparat mediku u tagħmir protettiv personali jista’ jitqiegħed fis-suq tal-UE legalment u għalhekk jinxtera u jintuża – anki fil-kuntest tal-COVID-19” issa hu disponibbli online, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.
|
Go to related site
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow1.png) |
Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE
|
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE 2020 – Ibgħat l-inizjattivi tiegħek li jippromwovu t-tilqim tat-tfal jew stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fost it-tfal sas-16 ta’ Settembru!
|
Minħabba l-isfidi ppreżentati mill-COVID-19, l-iskadenza għas-sottomissjonijiet għall-Premju tas-Saħħa tal-UE 2020 ġiet estiża sas-16 ta’ Settembru. Ikklikkja l-link biex tiskopri min hu eliġibbli, x’inhuma l-kriterji u x’inhuma l-premjijiet!
|
Aqra aktar...
|
|
|
![](https://ec.europa.eu/newsroom/templates/generic-newsletter/images/shadow2.png) |
|
|