Jekk issib diffikultà biex taqra din l-email, aqra l-verżjoni onlajn.
European Commission Newsletter Saħħa-UE
Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika
F'din il-ħarġa - 09 Frar 2017
 

        Twitter Health  icon Twitter    
Editorjal
Il-Panel Espert dwar is-Saħħa jgħin fit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa tal-UE

Il-Panel Espert imġedded appuntat dwar Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa reċentement kellu l-ewwel Laqgħa Plenarja tiegħu fi Brussell fl-24 ta’ Jannar 2017 u issa se jibda x-xogħol fuq tliet Opinjonijiet ġodda. Il-Prof. Jan De Maeseneer, iċ-chairperson tal-Panel Espert u l-Kap tad-Dipartiment tal-Mediċina tal-Familja u tal-Kura tas-Saħħa Primarja tal-Università ta’ Ghent, jispjega r-rwol, ix-xogħol u l-impatt tal-Panel.

Go to related site
Ċifri Ewlenin

  top
Aħbarijiet mill-UE
Kunsultazzjoni Pubblika Miftuħa tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-3 Programm tas-Saħħa 2014-2020
L-aħħar ġranet biex tagħti l-parir tiegħek dwar it-3 Programm tas-Saħħa tal-UE
Aqra aktar...
Adottat il-Pjan ta’ Ħidma 2017 - It-Tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020)
Il-Programm ta’ Ħidma Annwali 2017 tal-Programm tas-Saħħa kien adottat fis-26 ta’ Jannar 2017. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) qed timplimenta l-Programm tas-Saħħa u dalwaqt tippubblika s-sejħiet rispettivi.
Aqra aktar...
Il-Pjan direzzjonali tal-Kummissjoni jenfasizza l-proċess ippjanat għal valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli
Il-leġiżlazzjoni dwar l-istandards tal-kwalità u tas-sikurezza għad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli ilu fis-seħħ għal aktar minn deċennju u l-Kummissjoni attwalment trid tivvaluta jekk din il-leġiżlazzjoni wettqitx l-għanijiet oriġinali tagħha u għadhiex tajba għall-iskop tagħha jew jekk hemmx kwalunkwe lakuna li trid tingħalaq.
Aqra aktar...
Jonqsok biss tikklikkja biex tiskopri l-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni Ewropea!
Kont taf li l-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni Ewropea qed jaħdmu bi sħiħ biex jipproteġu lil saħħtek? Huma jgħinuk tibqa’ sikur billi jikkunsidraw bir-reqqa l-affarijiet li għandu mnejn int anqas biss taħseb dwarhom u xogħolhom iħalli impatt fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE. Ħares lejn dan il-vidjow klipp biex tiskopri aktar!
Aqra aktar...
Imnedijin rakkomandazzjonijiet ġodda dwar il-lunch tal-iskejjel fil-Finlandja
Ir-rakkomandazzjonijiet il-ġodda mnedijin mill-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa u l-Benessri fit-23 ta’ Jannar 2017 jiffokaw fuq l-involviment tal-istudent, ir-role models ipprovduti mill-adulti, is-saħħa u s-sostenibbiltà.
Aqra aktar...
Pjan ġdid nazzjonali ta’ tilqim 2017-2019 approvat fl-Italja
Il-pjan jimmira li jinżamm l-istatus mingħajr poljo, ikompli x-xogħol biex jiġu eradikati l-ħożba u r-rubella, jiżgura servizz bla ħlas u aċċessibbli u d-disponibbiltà tat-tilqim u jimmira lejn gruppi vulnerabbli u li huma diffiċli li jintlaħqu.
Aqra aktar...
Il-Kunsill Nazzjonali tan-Netherlands jirrakkomanda li joffri ultrasound fit-13-il ġimgħa tat-tqala.
Bosta abnormalitajiet li attwalment jinstabu waqt l-ultrasound fl-20 ġimgħa tat-tqala jistgħu fil-fatt jinstabu qabel, skont il-Kunsill tas-Saħħa. Il-benefiċċji u r-riskji possibbli ta’ ultrasound bikri xorta waħda għad jeħtiġilhom jiġu vvalutati.
Aqra aktar...
  top
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE
Il-Presidenza Maltija u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jospitaw laqgħa teknika dwar l-HIV
Bħala waħda mill-inizjattivi tal-Presidenza ta’ Malta, esperti ewlenin dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-HIV mill-UE kollha ltaqgħu fil-31 ta’ Jannar f’Malta biex jiddiskutu dwar kif l-Ewropa tista’ ttejjeb ir-rispons tagħha għall-HIV u tikseb il-miri stabbiliti fil-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli
Aqra aktar...
  top
Avvenimenti li ġejjin
Jum tal-Mard Rari 2010 (it-28 ta' Frar 2017)
Din is-sena timmarka l-għaxar Jum internazzjonali tal-Mard Rari kkoordinat minn EURORDIS, u s-slogan hu “Bir-riċerka, il-possibiltajiet huma bla limitu”. F'dan il-jum u madwaru, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti minn madwar id-dinja kollha se jorganizzaw attivitajiet biex iqajmu għarfien abbażi tat-tema ta’ riċerka.
Aqra aktar...
Laqgħa ta’ bidu, Kampanja tal-Forum Ewropej tal-Pazjenti dwar l-Aċċess għall-Kura tas-Saħħa (Brussell, is-27 ta’ Frar 2017)
Il-laqgħa tal-politika, “Kif Tinkiseb Kopertura Universali tas-Saħħa għall-Pazjenti kollha sal-2030” hi miftuħa għall-partijiet ikkonċernati ta’ livell għoli u l-pazjenti kollha li jixtiequ jiddiskutu azzjonijiet konkreti fil-livell tal-UE biex tinkiseb Kopertura Universali tas-Saħħa għal kulħadd sal-2030.
Aqra aktar...
CANCON (Azzjoni Konġunta dwar il-Kontroll tal-Kanċer) Konferenza Finali Malta (Malta, 14 - 15 ta’ Frar 2017)
Fost bosta temi li se jkunu diskussi huma s-Sejbiet u r-Rakkomandazzjonijiet Ewlenin mill-Gwida Ewropea dwar it-Titjib ta’ Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer u r-Rwol Evoluttiv tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizzar tat-Tibdiliet tal-Politika tal-Kanċer.
Aqra aktar...
  top
Pubblikazzjonijiet ġodda
L-ispiża għall-obeżità tat-tfulija: Dokument ta’ Evidenza u Protokolli ta’ Studji
Ippubblikat mill-Azzjoni Konġunta dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika kkofinanzjata mill-Kummissjoni, dan id-dokument jagħti fil-qosar l-evidenza dwar il-prevalenza tal-obeżità tat-tfulija, l-impatti tas-saħħa u soċjetali, u l-ispejjeż għall-kura tas-saħħa u soċjetali.
Get this document
Studju dwar l-Ispejjeż ta’ kura mhux sikura u l-kosteffettività ta’ programmi ta’ sikurezza għall-pazjenti
Fost ħwejjeġ oħrajn, dan l-istudju jimmira biex jipprovdi stampa komprensiva tal-impatt finanzjarju ta’ sikurezza ħażin tal-pazjenti, inklużi prevenzjoni u kontroll ħażin tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa fis-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa.
Get this document
L-EMA tippubblika rapport ta’ 10 snin dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq
Mill-2006 ’l hawn, total ta’ 30 mediċina rċevew awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq (CMA), li tista’ taċċellera l-aċċess għal mediċini għal pazjenti bi ħtiġijiet mediċi mhux milħuqin. Il-mediċini mogħtijin CMA jimmiraw kundizzjonijiet li jiddebbulixxu b’mod serju jew li huma ta’ theddida għal ħajja.
Go to related site
  top
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs
Imħabbrin ir-rebbieħa tal-Premju tal-UE tas-Saħħa għall-NGOs!
Ir-rebbieħa tħabbru fis-6 ta’ Frar 2017, f’Leuven, il-Belġju waqt iċ-ċeremonja konġunta tal-Premju Orizzont u l-Premju tal-UE tas-Saħħa għall-NGOs, fil-preżenza tal-Kummissarju tal-UE għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni Carlos Moedas u l-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis.
Go to related site
Fl-edizzjoni li jmiss


Il-Premju tal-UE tas-Saħħa għall-NGOs u l-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa

 

  top

Abbona/Waqqaf l-abbonament | Edizzjonijiet preċedenti | Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti | Ibgħat lil ħabib

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE