Il-Kummissjoni Ewropea nediet Strateġija ġdida tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju fis-17 ta' Ġunju 2014
L-istrateġija hi msejsa prinċipalment fuq l-opportunitajiet tal-ekonomija marittima - “it-tkabbir blu”, it-trasport bejn l-art u l-baħar, il-konnettività tal-enerġija, il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar u l-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli - setturi li għandhom rwol kruċjali biex jinħolqu l-impjiegi u biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku fir-reġjun. Il-punt ta' tluq għal dan hu l-Istrateġija Marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju, adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2012 u li issa hi inkorporata fl-Istrateġija.
Din hija l-ewwel 'strateġija makroreġjonali tal-UE' bi proporzjon daqshekk kbir ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE (l-Albanija, il-Bożnja Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja) li jikkooperaw ma’ pajjiżi tal-UE (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja). Il-pajjiżi ngħaqdu f'pari (pajjiż tal-UE u pajjiż mhux tal-UE) biex jikkoordinaw l-iżvilupp ta' kull element tal-Pjan ta’ Azzjoni:
1. Il-Greċja u l-Montenegro ħadmu fuq "it-Tkabbir Blu": dan il-pilastru hu intiż li jistimola l-innovazzjoni marittima u t-tkabbir marittimu fir-Reġjun, bill-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-impjiegi, u b'opportunitajiet ta' negozju fl-ekonomija Blu.
2. L-Italja u s-Serbja ħadmu fuq il-pilastru "Nikkollegaw ir-Reġjun" (netwerks tat-trasport u tal-enerġija): dan għandu l-għan li jtejjeb il-konnettività tat-trasport u l-enerġija fir-Reġjun u mal-bqija tal-Ewropa.
3. Is-Slovenja u l-Bożnja Ħerzegovina ħadmu fuq "il-Kwalità tal-Ambjent": dan il-pilastru jindirizza l-kwalità tal-ambjent permezz ta' kooperazzjoni aħjar fil-livell tar-Reġjun
4. Il-Kroazja u l-Albanija ħadmu fuq "it-Turiżmu Sostenibbli": dan il-pilastru għandu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tar-Reġjun f'termini ta' turiżmu innovattiv, sostenibbli, responsabbli u ta' kwalità.
Barra minn hekk, il-bini tal-kapaċitajiet kif ukoll ir-riċerka, l-innovazzjoni u n-negozji ta' daqs żgħir u medju huma aspetti trasversali. Il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri huma prinċipji orizzontali rilevanti għall-erba’ pilastri kollha.
Sfond
L-istrateġija marittima għall-baħar Adrijatiku u l-baħar Jonju (2012) tevalwa l-ħtiġijiet u l-potenzjal ta' attivitajiet relatati mal-baħar u tistabbilixxi qafas għal sforzi koordinati mill-partijiet interessati kollha fil-qasam marittimu b'dawn l-għanijiet:
Dawn l-għanijiet jikkostitwixxu l-erba' oqsma ta' prijorità tal-istrateġija u wasslu għal konsultazzjonijiet estensivi tal-partijiet interessati fl-2012 (gruppi ta' ħidma tal-partijiet interessati (1: Ateni 2: Trieste u 3: Portoroz). Dawn l-għanijiet u l-azzjonijiet proposti kienu diskussi fil-konferenza tal-partijiet interessati "Aġenda għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklużiv mill-Baħar Adrijatiku u l-baħar Jonju" (Żagreb, il-Kroazja, 6 ta' Diċembru 2012).
Il-konklużjonijiet tal-konferenza kkonfermaw appoġġ wiesgħa favur id-direzzjoni meħuda mill-istrateġija marittima tal-2012 u wittew it-triq għal ħidma dwar pjan ta' azzjon. Madankollu, urew ukoll il-bżonn ta' strateġija makroreġjonali usa'.
Il-kontenut tal-Istrateġija Marittima issa hu inkorporat b’mod sħiħ fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (filmat).
Il-Kunsill Ewropew tat-13-14 ta' Diċembru 2012 talab lill-Kummissjoni biex tressaq Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju qabel it-tmiem tal-2014, billi tibni fuq l-esperjenzi tar-Reġjuni tad-Danubju u l-Baħar Baltiku. L-istrateġija li għadha kif tnediet tagħti kont tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi onlajn tal-partijiet interessati ta' Settembru 2013 u Jannar 2014 kif ukoll id-diskussjonijiet fis-seminar tal-partijiet interessati "Nagħtu spinta lit-tkabbir blu fir-Reġjun Adrijatiku u Jonju: lejn Pjan ta' Azzjoni, għall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR)" (Brussel) u l-Konferenza tal-Partijiet Interessati f' Ateni fis-6-7 ta' Frar 2014. Ġiet trażmessa lill-Kunsill fit-18 ta’ Ġunju 2014 u hu mistenni li l-mexxejja tal-UE fil-Kunsill Ewropew, taħt il-Presidenza Taljana, se japprovaw l-istrateġija aktar tard din is-sena.
Żewġ studji evalwaw il-potenzjal tat-tkabbir blu tal-Ibħra tal-Adrijatiku u l-Jonju u analizzaw il-qagħda kurrenti u l-iżvilupp potenzjali ta' raggruppamenti marittimi fil-baċiri tal-baħar. Ir-riżultati huma ppubblikati fuq il-Forum Marittimu.
/maritimeaffairs/file/rss-backgroundicon1gif_mt
Fittex fl-aħbarijiet kollha
The European Commission is partnering with the European Investment Fund, to announce EUR 45 million of BlueInvest fund financing into 2 funds targeting the blue economy across Europe.
The European Commission and the External Action Service have released the summary of the results of the public consultation on the way forward for the European Union’s Arctic policy.
After the launch of the Farm to Fork Strategy in 2020 and just ahead of the start of DG MARE’s own #TastetheOcean campaign, the latest episode of Ocean looks at the complex journey of seafood from the moment it is caught to the moment it lands on your plate.