Ir-rappreżentanza f'Malta

Aħbarijiet

Pages

European Semester 2018
22/11/2017

Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-UE għas-sena li jmiss, tagħti rakkomandazzjonijiet ta' politika għaż-Żona tal-Ewro u tlesti l-valutazzjoni tal-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri fiż-żona tal-ewro.

A Europe of equals
20/11/2017

Il-Kummissjoni Ewropea llum tagħti bidu għal avveniment importanti dwar “id-Drittijiet tan-Nisa fi żminijiet ta' taqlib”, it-tema magħżula għall-Kollokju annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' din is-sena.

Pillar of Social Rights
17/11/2017

Illum, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea pproklamaw solennement il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fis-Samit Soċjali għal impjiegi u tkabbir ġust f'Gothenburg, l-Iżvezja. Il-Pilastru inizjalment kien tħabbar mill-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2015 u ppreżentat mill-Kummissjoni f'April 2017. Illum dan ġie ffirmat mill-President Juncker għall-Kummissjoni Ewropea, il-President Tajani għall-Parlament Ewropew u l-Prim Ministru Ratas għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

European Education Area
14/11/2017

Bid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-aqwa tiegħu, illum il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tistabbilixxi l-viżjoni tagħha dwar kif nistgħu noħolqu Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025. L-ideat ifformulati huma intiżi bħala kontribut għal-laqgħa tal-Mexxejja tal-UE f'Gothenburg li se sseħħ fis-17 ta' Novembru 2017, fejn dawn se jiddiskutu l-ġejjieni tal-edukazzjoni u tal-kultura. Il-Kummissjoni temmen li huwa fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u tal-kultura bħala xpruni għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir ekonomiku u għall-ġustizzja soċjali kif ukoll bħala mezz li bih tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha.

Fake news
13/11/2017

Illum, il-Kummissjoni varat konsultazzjoni pubblika dwar l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni fuq l-internet u waqqfet Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli li jirrappreżenta l-akkademiċi, il-pjattaformi online, il-midja tal-aħbarijiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

ET Monitor
09/11/2017

L-edizzjoni tal-2017 tal-Kummissjoni tal-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, li ġiet ippubblikata llum, turi li s-sistemi edukattivi nazzjonali qegħdin isiru iktar inklużivi u effettivi. Minkejja dan, tikkonferma wkoll li l-livell edukattiv milħuq mill-istudenti jiddependi ferm fuq l-isfondi soċjoekonomiċi tagħhom.

EC Autumn Forecast
09/11/2017

L-ekonomija taż-żona tal-ewro tinsab fit-triq it-tajba biex din is-sena tikber bl-aktar pass mgħaġġel tagħha f'dawn l-aħħar għaxar snin, bit-tbassir tat-tkabbir reali tal-PDG ikun ta' 2.2 %. Dan huwa sostanzjalment ogħla milli kien mistenni fir-Rebbiegħa (1.7%). L-ekonomija tal-UE kollha kemm hi hija prevista ukoll li taqbeż l-aspettattivi bi tkabbir qawwi ta' 2.3 % din is-sena (li huwa aktar mill-1.9% tar-Rebbiegħa).

#COP23
07/11/2017

L-UE tistenna li din is-sena, il-konferenza tan-NU dwar il-klima (COP23) terġa' tafferma mill-ġdid l-impenn tal-komunità internazzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim storiku s-sena li għaddiet, issa t-tfassil tal-linji gwida ta' implimentazzjoni huwa element kruċjali.

Half mast
03/11/2017

Illum, id-dinja ssellem lil Daphne Caruana Galizia. Kollha kemm aħna ninsabu xxukkjati bl-aħbar li din il-ġurnalista Maltija magħrufa u rrispettata tilfet ħajjitha fis-16 ta' Ottubru f'att kriminali ta' brutalità bla preċedent. Il-karriera ta' Daphne Caruana Galizia kienet twila aktar minn 30 sena, hija kienet minn tal-ewwel fil-qasam tal-ġurnaliżmu investigattiv f'Malta. Il-ħila tagħha li tqajjem dibattitu hija prova tas-suċċess tar-rappurtar tagħha u d-dedikazzjoni li tfiitex il-verità.

Equal Pay Day
02/11/2017

Illum il-ġurnata, il-paga medja fis-siegħa li jaqilgħu n-nisa fl-Ewropa hija inqas minn dik tal-irġiel b'16.3 %. Il-Jum Ewropew għall-Pagi Indaqs, li din is-sena jaħbat fit-3 ta' Novembru, huwa l-aħħar jum din is-sena meta, effettivament, meta mqabbla mal-kollegi tagħhom irġiel, in-nisa jieqfu jieħdu l-paga, meta fil-fatt ikun għad baqa' kważi xahrejn sa tmiem is-sena.

Pages