Ir-rappreżentanza f'Malta

Pjan ta' Investiment

Il-Pjan ta’ Investiment jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-investiment, l-għoti ta’ aktar viżibbiltà, u assistenza teknika għal proġetti ta’ investiment u użu iktar intelliġenti ta’ riżorsi finanzjarji ġodda u eżistenti.

Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, il-pjan huwa attiv fi tliet oqsma:

  • il-mobilizzazzjoni ta’ investiment ta’ mill-anqas EUR 315-il biljun fi tliet snin
  • l-appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali
  • il-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi l-investiment

Skopri l-Istat Attwali tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.